Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451
4 illum | Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 Ikompli minn paġna 1 ILLAQGĦA tal-Kabinett issejħet minn Gonzi tard il-Ġimgħa filgħaxija eżatt kif wasal minn safra li kellu fi Brussell. U dan flok ma l-laqgħa saret kmieni l-għada, is-Sibt filgħodu fejn kien ikun hemm differenza ta' ftit sigħat biss. Fost dawk li ddeċidew biex George Farrugia jingħata l-proklama kien hemm Austin Gatt, meta dan issejjaħ biex jagħmel dikjarazzjoni fid- Depot tal-Pulizija b'rabta mal-każ. Deċiżjoni maġġuri u daqshekk sensittiva bħal ma hi l-għoti ta' proklama lil George Farrugia fi skandlu daqshekk kbir bħal ma hu dak tax-xiri taż-żejt kienet titlob il-preżenza tal-membri kollha tal-Kabinett, inkluż dik ta' Tonio Fenech. Dan ikompli jorbot mad- dikjarazzjonijiet kuntrastanti li qed ikun hemm dwar min fil-verità ddeċieda li George Farrugia jingħata l-proklama. Lawrence Gonzi kemm-il darba pprova jagħti l-impressjoni li ma kienx il-Gvern li ħareġ bl-idea tal- proklama lil George Farrugia u li l-proklama ngħatat fuq parir tal-Kummissarju tal-Pulizija. Iżda dikjarazzjonijiet tal-eks Kummissarju John Rizzo jixhdu mod ieħor. John Rizzo fix-xhieda tiegħu fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi għall- aktar minn darba qal li ma kienx hu li ħareġ bl-idea tal- proklama. Fl-aħħar jiem komplew joħorġu aktar emails li kien hemm għaddejjin bejn Lawrence Gonzi u Cathy Farrugia, l-mara ta' George Farrugia. Qabel mal-emails ħarġu fil-pubbliku Lawrence Gonzi kien qiegħed jgħid li ma jafx lil Cathy Farrugia. La darba dawn l-emails saru pubbliċi Gonzi biddel il-verżjoni u qal li kien jafha iżda mhux mill-viċin. Għall-email partikulari li Cathy bgħatitlu, Gonzi rrisponda lura jselli għal kulħadd fil-familja. Għada t-Tnejn mistenni jkompli jiltaqa' l-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi fejn mistennija tkompli x-xhieda tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi b'rabta mal-iskandlu tax- xiri taż-żejt. Uħud mill-pożizzjonijiet li qegħdin jidhru f'din is-sejħa għall- applikazzjonijiet huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea HEAD (OPERATIONAL PROGRAMME) Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Head (Operational Programme) fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali. L-applikazzjonijiet flimkien ma' CV iddettaljata jridu jintbagħtu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, Tal-Pilar, 31B, Triq Marsamxett, Valletta, VLT 1850 jew jintbagħtu permezz tal-Online Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 13 ta' Frar 2015. Aktar dettalji jistgħu jiġu miksuba mill-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta' Jannar 2015. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://opm.gov.mt/en/PAHRO/RESOURCING/Documents/Forms%20and%20Templates/recruitenglish.pdf Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar DIN il-ġimgħa l-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia ħabbar inizjattiva ġdida Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar, bil-għan li tgħin lil familji fil-bżonn. Farrugia qal illi Għaqal id- Dar, Ħajja Aħjar huwa isem li kien deċiż li jingħata lil din l-inizjattiva għaliex nemmnu li bi ftit aktar għaqal, nistgħu ngħixu ħafna aħjar. Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar huma sensiela ta' korsijiet li se jingħataw lil persuni fil-bżonn b'kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali. Il-Ministru qal li l-għan ta' dawn il-korsijiet huwa li jgħin lil dawk kollha li jieħdu sehem biex jiksbu ħiliet u jagħżlu stil ta' ħajja li tgħinhom jimxu 'l quddiem għaliex nemmnu li t-taħriġ huwa parti mill-ġlieda tagħna kontra l-faqar. Dan huwa servizz ieħor ta' outreach fil-komunità li minbarra pjan ta' baġit għall- familja u informazzjoni dwar id-drittijiet, l-istess korsijiet se joffru wkoll gwida biex il-parteċipanti jagħżlu l-aħjar deċiżjonijiet fil-familja, jagħmlu użu għaqli mid- dawl, ilma u riżorsi oħra biex jiffrankaw, strateġiji differenti biex id-dar tkun dejjem nadifa u għarfien għal dieta tajba għal saħħa aħjar. Farrugia spjega kif il- korsijiet se jkunu qed jingħataw minn għalliema mill-grupp professjonali Home Economics in Action u minn mistednin esperti oħrajn. Semma wkoll li l-ewwel lokalitajiet li se jibdew b'din l-inizjattiva huma San Pawl il-Baħar, Ħal Qormi, Ħal Għaxaq u l-Kalkara fejn il-pjan huwa li matul din is-sena u s-sena d-dieħla jkunu bdew il- korsijiet fil-lokalitajiet kollha. Qal ukoll li matul il- korsijiet, l-istil ta' tagħlim se jkun wieħed attiv u interattiv fejn anki l-ħin tal-brejk se jkun wieħed edukattiv filwaqt li l-parteċipanti se jitgħallmu dwar ikel tajjeb għas-saħħa permezz ta' riċetti li ma jiswewx ħafna flus iżda li huma tajbin. Michael Farrugia qal li dan huwa Gvern iggwidat mill- valuri tal-ġustizzja soċjali u huwa għalhekk li rridu niżguraw tmexxija politika u ekonomika li tgħin lid- dgħajjef u lill-vulnerabbli bil- fatti u b'impenn determinat. "Dan huwa Gvern li, kif wiegħed fil-kampanja elettorali, qed jaħdem favur soċjetà ġusta fejn kulħadd ikollu l-opportunità jimxi 'l quddiem. Il-mira tagħna hi li nibnu soċjetà bbażata fuq is-solidarjetà soċjali. Aħna kommessi li nħallu wirt soċjali aqwa lit-tfal tagħna, biex uliedna jkunu aħjar minna" temm jgħid il- Ministru. "Aħna kommessi li nħallu wirt soċjali aqwa lit-tfal tagħna, biex uliedna jkunu aħjar minna" – Micheal Farrugia Għada se jkompli jiltaqa' l-PAC Ritratt: Ray Attard