Illum previous editions

illum 8 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

8 illum | Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 ILQTIL ta' Mario Bonnici, li kien magħruf bħala Maurice, ta' 45 sena mir-Rabat, ħalla familja mhux biss imkissra bin-niket, imma b'diversi mistoqsijiet li ħafna minnhom sal-lum għadhom mhux imwieġba. Fosthom hemm il-mottiv – Maurice Bonnici għaliex inqatel? Minħabba kwistjoni ta' wirt fil-familja jew biex jinsteraqlu gabjun kif il-Pulizija ħasbu fl-ewwel investigazzjonijiet tagħhom? Jista' jkun li l-qattiel għamel xi żmien jgħix l-Awstrajla? Mar jonsob bħas-soltu Għall-familja ta' Maurice nhar il-Ġimgħa, 12 ta' Novembru 1999 kienet ġurnata oħra normali bħal kull jum ieħor. Maurice qam kmieni biex imur jonsob, ipprepara xi ħaġa biex jeħodha miegħu u niżel bil- vann Transit Abjad lejn l-għalqa li kellu fil-limiti ta' Ta' Qali magħrufin bħala Tal-Ħemsija. Dan kien ftit qabel il-5am. Bonnici, li mar-Rabtin kien ukoll magħruf bil-laqam Tan-Nar, ħalla l-vann mal- ġenb tal-għalqa u beda jħott l-affarijiet konnessi mal-insib u beda jpoġġihom fil-mansab. X'aktarx li Bonnici kienx diġà ħa l-affarijiet li kellu fid-dura tiegħu, inkluż is-senter, u kien sejjer iġib aktar affarijiet li kellu fil-vann. Li ma kienx jaf Bonnici li mistoħbi wara xi siġar kien hemm xi ħadd jistennih biex joqtlu. Kif Maurice kien għadu qrib il-vann il-qattiel mar minn warajh u spara tir li laqat lil Bonnici minn wara u laqtu fil-warrani. Dan kien evidenti minn traċċi ta' demm li nstabu qrib il-vann Transit. Minkejja li dak il-ħin kien għadu d-dlam mhux eskluż li Bonnici xorta waħda għaraf li dak li ried joqtlu. Minkejja li kien ferut Bonnici telaq jiġri fid-direzzjoni tad- dura, kemm biex jipprova jaħrab mill-aggressur kif ukoll b'tentattiv li jmur għas-senter biex jiddefendi lilu nnifsu. Iżda l-kriminal ma kienx mar hemm biex ibeżża' lill-vittma, iżda ried akkost ta' kollox joqtlu tant li l-ewwel ħalla lil Bonnici jpoġġi s-senter fid-dura biex ma jkunx armat u stennih imur lura lejn il-vann. Dawn id-dettalji taw lill-investigaturi x'jifhmu li l-qattiel kien jaf sew il-passi ta' Bonnici u r-rutina tiegħu. Bonnici leħaq wasal f 'nofs l-għalqa bid-demm ħiereġ, liema demm instab fit-trejqa, bil-qattiel jiġri warajh. Kif il-qattiel wasal qrib ta' Bonnici sparalu tir ieħor li laqtu f 'għonqu u Bonnici niżel wiċċu 'l isfel fil-ħamrija. Kif kien fl-art il-kriminal resaq lejn il-vittma, poġġa l-kanna tas-senter ma' ras Bonnici u spara tir ieħor li mat- tir moħħ il-vittma u partijiet minn rasu tferxu fil-ħamrija li dak il-ħin kienet xi ftit imxarrba x'aktarx bin-nida li għamlet. Nassab isib lil sieħbu mejjet Karmenu Caruana, li 15-il sena ilu meta nqatel Maurice Bonnici kellu 58 sena, kien nassab u barra li kien ħabib ta' Bonnici kien ukoll ġar tiegħu kemm ir-Rabat kif ukoll peress li kellhom l-għalqa ħdejn xulxin. Dakinhar Caruana mar ukoll bħas-soltu biex jonsob u ra lil sieħbu fl-art imma x-xena li ra quddiemu kkonfondietu. Ftit tal-ħin wara kif beda jisbaħ, nassab ieħor, Jason Sant li kellu 28 sena, kien qed jittrombja biex jara jekk kienx hemm xi għasafar. Miegħu kien hemm zijuh, Feliċ Sant. Kif Sant kien qed idur, bit- tromba ra lil Bonnici mitluq fl-art wiċċu 'l isfel. Huwa qal lil zijuh li Maurice kien fl-art u x'aktarx kien ħassu ħażin. Feliċ telaq kollox minn idejh u mar jara x'kien ġaralu Maurice. Kif wasal ħdejh sab xena li qatt f 'ħajtu ma basar li kien se jara. Feliċ baqa' xxukkjat meta ra lil Bonnici b'ferita gravi f 'rasu u għonqu u dmijja madwaru. Feliċ Sant mar fuq in-naħa l-oħra tat-triq u mar jiġri lejn il-Villaġġ tas-Snajja biex jitlob l-għajnuna. Ftit tal-ħin wara waslet ambulanza kif ukoll it- Tabiba Sarah Vella miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, iżda t-tim mediku ma seta' jagħmel xejn għax Bonnici kien mejjet. Bdew jaslu l-Pulizija L-ewwel ma kienu waslu fuq il-post tad-delitt kienu dawk mill-Iskwadra tal-Mobile li min-naħa tagħhom għamlu kuntatt mas-superjuri tagħhom li infurmawhom li kien seħħ qtil f 'Ta' Qali. Għall-ħabta tas-7.30am bdew jaslu numru ta' Pulizija fosthom dawk tad-Distrett immexxijin mill-eks Spettur David Gatt. Aktar ma beda jgħaddi l-ħin bdew jaslu aktar uffiċjali fejn kien hemm John Rizzo li dak iż-żmien kien Assistent Kummissarju u llum Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-eks Assistent Kummissarju Alfred Abela, is-Supretendent Raymond Zammit, illum Deputat Mill-Qorti Tagħti daqqa ta' mus fil-parti ta' binha Dealer tal-karozzi froda €120,000 BORMLIŻA u binha ta' 23 sena ġew ikkundannati sentejn ħabs kull wieħed wara li nstabu ħatja li ħebbew u li ferew lil binha l-ieħor meta tawh daqqa b'mus fil-parti ġenitali tiegħu. Nicholina Portelli, ta' 47 sena, u binha, Larson Grech, ta' 23 sena, it-tnejn minn Bormla, nstabu ħatja wkoll li heddew u li kkaġunaw ġrieħi gravi lil Alan Grech nhar id-19 ta' Awwissu 2013 fi Triq Matty Grima, f 'Bormla. Il-Qorti semgħet kif dakinhar l-akkużati kellhom argument ma' missier it-tfajla tal-vittma, Carmelo Grech, wara li ġie allegat li dan tal- aħħar instema' jgħid kontra missier Larson Grech, Jacob, li kien il-ħabs. Huwa mifhum li wara li semgħu b'dan, Nicholina Portelli u wliedha Larson u Kurt Grech marru fi Triq Matty Grima, f 'Bormla, sabiex jaffrontaw lil Carmelo Grech. Il-Maġistrat Anthony Vella sema' kif f 'ħin minnhom, Larson Grech imbotta lil Carmelo Tabone, waqt li l-vittma prova jżomm lil ħuh biex ma jkomplix l-għajjat u l-ġlied. Dak il-ħin, l-akkużati qabżu fuq Alan Grech u tawh diversi daqqiet ta' mus. Ftit wara, Alan Grech u t-tfajla tiegħu għamlu rapport lill-Pulizija u din interrogat lil Larson Grech. Larson Grech qal li kien maħruq għal dak li allegatament kien qal Tabone u ddeċieda li jmur jaffrontah ħalli jara x'kellu xi jgħid. Grech qal li meta Tabone ħareġ mid-dar, beda jaffrontah bid-diskors li kien sema' iżda Tabone beda jinnega. Mistoqsi dwar ir-relazzjoni tiegħu ma' ħuh, Larson Grech qal li din kienet waħda tajba iżda kien ħa għalih li ħuh kien qabeż għal barrani u ma kienx qed iżomm mal-famlja tiegħu. Ammetta wkoll li anke ommu kien involuta fl-argument u li anke din kienet refgħet idejha fuq Alan. L-omm qalet li hi ma tkellimx lil binha għax darba refa' jdejh fuqha u ħadilha xi affarijiet. Madankollu t-tnejn baqgħu jinnegaw li tawh b'xi mus. Wara li sema' l-provi, il- Maġistrat Vella qal li mhux kontestat il-fatt li kien hemm argument bejn l-akkużati u l-vittma, u qal li x-xhieda ta' Alan Grech kienet waħda iktar tennibli u b'konsegwenza ta' dan, il-Maġistrat sab lil Portelli u lil binha Larson ħatja tal- akkużi u kkundannahom għal sentejn ħabs kull wieħed. IDDIRETTUR tal- kumpanija Direct From UK Car Dealer u Direct Cars Malta ġie kkundannat disa' snin ħabs wara li ammetta li froda kważi mitt persuna b'aktar minn €120,000 meta kien jieħu depożiti biex jimporta karozzi mill- Ingilterra, u li dawn qatt ma ngħataw lill-klijenti. Duncan Buttigieg, ta' 31 sena minn Ħal Għaxaq, ammetta wkoll li froda lill-Gvern fuq servizzi soċjali. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat kien arrestat u mressaq il-Qorti wara li l-pulizija rċevew bosta lmenti minn klijenti dwar l-aġir ta' Buttigieg. Il-prosekuzzjoni spjegat li bosta persuni kienu jħallsu eluf ta' ewro f 'depożiti sabiex Buttigieg jimporta karozzi mill-Ingilterra, u li sussegwentament dawn spiċċaw ta' fuqhom senduqhom mingħajr karozza u mingħajr flushom. Huwa mifhum li f 'xahar wieħed biss, f 'Ottubru tal- 2012, il-pulizija rċeviet bosta rapporti kontra Buttigieg wara li dan kien irċieva depożiti bejn €1,500 u €6,000. Il-Maġistrat Ian Farrugia sema' wkoll kif l-akkużat kien ivvinta diversi siti biex ta l-impressjoni li huwa dealer tal-esperjenza, u li għadda n-nies biż-żmien. Il-Qorti qalet li l-ħati ħoloq storja preċiża u kkalkulata biex jidħaq bin-nies. Il-Maġistrat innota wkoll li Buttigieg diġà nstab ħati għaxar darbiet u li dan jinsab fil-kondotta kriminali tiegħu. Minħabba l-kondotta inkwetanti ta' Buttigieg, il-Maġistrat Farrugia aċċetta l-parteġġjament bejn il- prosekuzzjoni u d-difiża u kkundannah disa' snin ħabs. Intant, ġurnata biss wara s-sentenza, Buttigieg, reġa' kien il-Qorti, akkużat li għamel użu minn ċekk misruq u falz biex jixtri arloġġ Rolex li jiswa madwar €5,000. Fl-aħħar tas-seduta, huwa tkellem mal-ġurnalisti u qal li huma biss 42 persuna minn 77 li ġew iffrodati li għadhom ma tħallsux. Qal li għandu jagħtihom €40,000. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt Qtil ta' missier f 'Ta' Qali fl-1999 Mart il-vittma saret John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Rita Bonnici flimkien ma' binha James (xellug) u ħuha Daniel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 February 2015