Illum previous editions

illum 8 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 | illum 29 SPORTSillum CLAUDIO Cassar u Sue Abela rebħu l-ogħla unuri fis-serata ta' premjazzjoni tal-Isport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. L-Edizzjoni 2014 li kienet l-54 edizzjoni minn meta dan l-avveniment beda jkun organizzat fl-1960 ġiet organizzata mill- Kunsill Malti għall-Isport u l-Għaqda Ġurnalisti Sports b'kollaborazzjoni mas- Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-isport. Claudio Cassar, li rebaħ it-titlu mondjali fil- Kampjonati tal-Black Ball Pool li saru f 'Perth fl-Iskozja kellu sfida mit-tiratur żagħżugħ Nathan Lee Xuereb filwaqt li Sue Abela, in-numru 1 fit-ten pin bowling, rebħet żewġ midalji tal-fidda fil-Kampjonati tal-Mediterran, midalja tal-fidda fil-Masters Events u waħda tad-deheb fil-kategorija tas- Singles. Abela kellha sfida qawwija minn Rebecca Camilleri li kellha wkoll staġun mill-aqwa fl- atletika. Waqt l-istess serata ta' premjazzjoni t-tim nazzjonali tal-irġiel tal- waterpolo ġie vvutat bħala l-aqwa tim tas-sena. Dan it-tim spikka hekk kif rebaħ l-EU Nations Cup li saret f 'Limerick u spiċċa anke fit-tieni post fil-Kampjonati tal-Commonwealth. L-istess tim rebaħ il-Malta International Cup. Il-kowċ ta' dan it-tim, Karl Izzo fil- fatt ġie vvutat bħala l-aqwa kowċ tas-sena meta għeleb l-isfida tal-kowċ nazzjonali tat-tim tal-futbol tal-irġiel Pietro Ghedin. Minbarra dawn il- kategoriji din id-darba żdied ukoll l-unur għaż- Żagħżugħa tas-sena. It-tiratur Nathan Lee Xuereb rebaħ fil-kategorija tal-irġiel għar-raba' sena konsekuttiva filwaqt li Sara Xuereb tat-Tenpin Bowling rebħet fil-kategorija tan-nisa. L-istess Nathan Lee Xuereb rebaħ anke kategorija magħrufa bħala - People's Choice Award li għaliha vvutaw kemm l-għaqdiet nazzjonali tal- isport kif wkoll il-pubbliku. Minbarra dawn il- kategoriji kien hemm ukoll kategoriji oħra li ntagħżlu minn bordijiet separati: L-aħjar atleta mara ta' • Special Olympics – Charmaine Mifsud L-aħjar atleta raġel ta' • Special Olympics – Jonathan Camilleri L-aħjar avveniment • għas-sena 2014 – Kampjonati Ewropej tal-UEFA ta' taħt is- 17-il sena organizzat mill-Malta Football Association. L-isportiv Għawdxi • ngħażel ir-referee tal- futbol Mario Apap Ir-rebbieħa kollha fl- Edizzjoni 2014 ta' Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali li għalihom ivvutaw tmien ġurnalisti membri tal- Għ.Ġ.S huma: Sportiv tas-Sena: Cassar • Claudio (Eight Ball Pool) Sportiva tas-Sena: Abela • Sue (Ten Pin Bowling) Uffiċjal tas-Sena: Cassar • Joe (Futbol) Kowċ tas-Sena: Izzo Karl • (Waterpolo) Żagħżugħ tas-Sena: • Xuereb Nathan Lee (Sparar) Żagħżugħa tas-Sena: • Xuereb Sara (Ten Pin Bowling) Tim tas-Sena: Waterpolo • – Tim Nazzjonali 'A' Waqt is-serata ta' premjazzjoni li kienet ippreżentata minn Mario Bonnici, dawk preżenti kienu indirizzati minn Charles Camenzuli – President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport , Dr. Luciano Busuttil – Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, Mark Cutajar – Chairman tal-Kumitat Organizattiv kif ukoll mis- Segretarju Parlamentari responsabbli mill-iSport, l-Onorevoli Chris Agius. Imtellgħa b'suċċess l-54 Edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali Ir-rebbieħa kollha fis-serata finali tal-Malta Sport Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali 2014 Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 February 2015