Illum previous editions

illum 8 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 illum Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Hibernians ...................4 Tarxien ........................1 HIBERNIANS rebħu d-Derby tan-Nofsinhar meta kkonvinċew bil-kbir u għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor kbir ta' 4-1. B'hekk huma għalqu l-impenji tagħhom wara żewġ rawnds mingħajr qatt ma ġew megħluba fejn rebħu l-logħbiet kollha li kienu involuti fihom ħlief għal tliet logħbiet fejn ġew miżmuma f 'parità minn Tarxien Rainbows innifishom fl-ewwel rawnd u minn Birkirkara u Mosta fit-tieni rawnd. Il-Pawlisti marru fil- vantaġġ wara kwarta logħob meta kross ta' Tarabai ġie mxellef minn Jorge Pereira da Silva u spiċċa wara l-goalkeeper tar-Rainbows, Jonathan Debono. Ir-Rainbows ġabu l-iskor indaqs fid-29 minuta meta Carlos Hevia Menendez għadda tajjeb lejn Mouhamed Soly li għeleb lil Henry Bonello permezz ta' xutt angulat. Hibernians reġgħu marru fil-vantaġġ fil-61 minuta meta minn kross ta' Tarabai mil-lemin, is-sostitut Luis Andre de Melo Lima qabbeż il-ballun minn fuq Jonathan Debono permezz ta' daqqa ta' ras perfetta. Tmien minuti mit-tmiem tal-logħba, Hibs komplew ikabbru l-marġni tal-iskor grazzi għal daqqa ta' ras tajba ta' Edison Luis dos Santos wara li rċieva minn freekick ta' Andrew Cohen mix-xellug. Żewġ minuti fil- ħin miżjud, Ishmeal Grech waqqa' lil Tarbai fil-kaxxa u r-referi Alan Mario Sant kien pront u ordna penalty li minnu Clayton Failla ma żbaljax. Hibernians - Bonello, Tanti, Pearson, Lima Siqueira, Cohen, Kristensen, Failla, Bezzina (Mbong 70'), Agius, Dos Santos, Pereira da Silva (De Melo Lima 52') (Degabriele 92') Tarxien - Debono, Farrugia (Caruana 76'), Caruana, Vallecillo Casado (Darlington 67'), Hevia Mendez (Sadowski 90'), Godar Pereira, Grech, Cini, Tabone, Soly, Bonaque Acevedo Referi - Alan Mario Sant EDISON LUIS DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-Brażil Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Hibernians u jinsab jokkupa l-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers tal-Kampjonat BOV Premier Qed jissemma' li f'Marzu li ġej jista' jħalli lil Hibernians biex imur jilgħab fil-Korea ta' Isfel Hibernians jirbħu d-Derby tan-Nofsinhar u jibqgħu mhux megħluba Azzjoni mill-konfront bejn Pietà Hotspurs u Naxxar Lions

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 February 2015