Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451
Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt K aċċa iva... kaċċa le... għasfur ibejjet... u ieħor mejjet... dan hu bħalissa dak li qed jiġi kkontestat f 'Malta. Dan hu dak li l-kaċċaturi u dawk li jħobbu l-għasafar qed iwasslu lill-poplu Malti biex iħajruhom imorru jivvutaw r- referendum għall-IVA jew għal-LE. Iżda dan mhux il-kunċett li wieħed għandu jivvota favur jew kontra għalih. Ir-referendum mhux dwar jekk għandekx toqtol għasfur jew tħallih ibejjet (anke jekk dan hu fatt ukoll). Ir-referendum innifsu jfisser jekk int li għandek familja u tfal. Jekk int li tħobb tgawdi l-kampanja Maltija. Jekk int li tħobb tagħmel xi passiġġata fl-isbaħ żmien tas-sena, fir-rebbiegħa ma tistax tagħmel dan fil-paċi. Jekk m'hemmx spazju għalik fil- kampanja Maltija biex tgawdiha fir-rebbiegħa. Jekk il-kampanja Maltija fir-rebbiegħa tkunx tagħna lkoll jew tal-kaċċaturi biss. Hemm min jgħidlek li ħadd ma jżommok billi tmur tippassiġġa u tgawdi l-arja u t-temp sabiħ li kapaċi toffri l-gżira tagħna 'suppost' ilkoll. Iżda jekk 25,000 kaċċatur jiġu mogħtija l-vot li jistgħu jisparaw fir-rebbiegħa jfisser li l-isbaħ partijiet tal- kampanja Maltija tkun mimlija rġiel jitfgħu ċ-ċomb 'l fuq lejn 'suppost' il-gamiem u s-summien biex b'dak li jniżżlu jitrejqu xi ftit. Ifisser ukoll li int li għandek it-tfal u tixtieq tagħtihom ftit arja fil-kampanja sabiħa Maltija ma tistax għax tissogra li t-tfal jintlaqtu minn xi ċomb li jkun hemm fl-ajru. Għax bil-vot favur il-kaċċa fir-rebbiegħa jfisser li l-kampanja ma tibqax tagħna lkoll iżda tagħhom biss. Il-poplu lejn dan irid iħares meta jmur jivvota fir-referendum u mhux lejn l-għasfur biss jew lejn il-kaċċatur biss. Għax il-kampanja Maltija għandha titgawda minn kulħadd, kaċċatur jew m'intix. Mhix skuża li treġi meta l-FKNK jippruvaw jilagħbuha tal-vittmi, billi jgħidu li jekk ma tħallix lil kaċċatur jieħu l-kampanja fir-rebbiegħa dan jista' jispiċċa marid mentalment jew anke jikkommetti suwiċidju. Għax allura l-istess jista' jingħad għal dak li ma jgħaddix mingħajr sigarett u ma tħallihx ipejjep imkien għax hekk tgħid il- liġi. L-istess jista' jgħid dak li jinnervjah iċ-ċinturin tas-sigurtà ma' sidru iżda jkollu jilbsu. Inkella dak li crash helmet ma jiflaħhiex ma' rasu iżda jkollu jilbisha. Kulħadd għandu dritt għal passatemp tiegħu. Iżda l-ebda passatemp m'għandu jtellef passatemp ta' ħaddieħor. Il- kaċċatur m'għandux dritt li jxekkel il-passatemp ta' dawk li fl-isbaħ żmien tas-sena jħobbu jgawdu l-kampanja Maltija, li min-naħa tagħhom ma jxekklux lil kaċċatur li jħalluh igawdi l-kampanja u forsi xi għasfur jtir minn fuqu qabel ibejjet. Dan kollu jfisser li vot kontra kaċċa fir-rebbiegħa (u mhux kontra l-kaċċa) ifisser vot favur kampanja tagħna lkoll filwaqt li vot favur kaċċa għar-rebbiegħa jfisser vot favur kampanja tagħhom biss. Il-Kampanja Tagħna Lkoll