Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451
Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 | illum 13 jiġbed l-eluf Iż-żewġ siġġijiet ta' Xmun Ieqfu tafux. Imma jaqbel li x-Xmun jieqaf milli jagħmel għaġeb kbir fuq id-deċiżjoni tal-imħallef Padovani Grima li l-PINNE għandhom jieħdu żewġ siġġijiet. Jiena ma nafx, imma kull darba li xi ħadd jitkellem fuq ir-riżultat tal-elezzjoni tal-2013, oqogħdu attenti, għax se nibdew naħsbu li fl-elezzjoni, l-aħħar elezzjoni, kien hemm xi tbagħbis fin-numri. Niftakru li l-kummissjoni elettorali ġiet imwaqqfa taħt gvern Nazzjonalista bi preżenza kważi omnipotenti ta' Nazzjonalisti. Meta jitkellem fuq l-aħħar elezzjoni kulħadd jiftakar ħaġa waħda, it- tkaxkira ta' 36,000 vot. Ħaġa li jaqbel li kulħadd jinsa. Il-miskin Lou Bondi Mela Lou Bondi qed jgħid li ġie ttradut mill-Partit Nazzjonalista. Miskin vera miskin. Żomm, għax se nibki. Miskin, dan Lou kemm għadda minn tbatija! Infatti jien minn hawn nixtieq ngħid li jien mhux nemmen lil Lou imma nemmen li Bondi kien vittma tas-sistema. Iva miskin qatt ma ħa xejn, qatt ma kien preferut, qatt ma kien fdat, qatt ma mexa 'l quddiem għax ma kienx kapaċi u qatt ma wera li kien jobgħod il-partit tal-Lejber. Infatti min jgħid li Bondi huwa bżieq u skużi ħara qed jigdeb. Min qal li kien koċċut Nazzjonalista huwa giddieb. Min jgħid li jaħseb li hu xi ħaġa huwa ħarraj. U min jgħid li jara biss il-flus huwa pulċinell. Infatti ħadna l-kumment ta' żewġt iħbieb tiegħu; l-ewwel kien Joseph Muscat. Huwa qal "Jien nemmen li Lou għandu ħafna x'jagħti u nemmen li b'konsulenza tajba ġġibu fejn trid. L-ieħor kien Silvio Debono li stqarr "Jien lil Bondi nħobbu għax kien Nazzjonalista bħali u issa m'għadux. Bondi delivers u taf fejn qiegħed miegħu…" sakemm tħallsu tafux. In-Nassab Clint Kemm ħadt pjaċir nara lil Clint… insejt x'kunjomu f 'Xarabank, Oheo, Oheo. Iva dak is-sindku Laburista li kien ġie elett fil-Qala. Kemm hu gustuż, hux? Twil, sabiħ, għajnejn skuri, ġisem inkalkulabbli... Sabiħ! Imma għandu problema waħda, iżomm mal-kaċċaturi u jgħid li huwa nassab. Issa żomm ftit, jien ma nistax nifhem kif Clint huwa nassab meta infatti n-nassaba li suppost kellhom liċenzja kienu fil-pussess ta' liċenzja fl-2002. Iva fl-2002, meta Clint kien għadu ħalib ommu fi snienu. Get it. Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil- mowbajl. Ibgħat lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … speċi ta' żigarella kkulurita u jitħalltu ma' xulxin u simbolu li fiż-żmien id-divertiment kulħadd jingħaqad ma' xulxin. Din it-tradizzjoni kienet mietet għal kollox f 'Għawdex li ma kienx għal Kunsill Lokali tax-Xagħra li żammha ħajja u dis-sena se ssir sew fir-Rabat kif ukoll f 'San Lawrenz. Interessanti li ż-żifna tal-kummittiva ta' San Lawrenz hi differenti minn tax-Xagħra. Semmieli wkoll lil Fredu Spiteri, il-Lavarist, li dis-sena jagħlaq 50 sena mejjet. Charles Hili qalli li l-Lavarist kien għannej li fil- karnival kien jilbes kostum nofsu ta' fqir u nofsu ta' sinjur. Kien popolari ferm fil-karnival. "Fil- fatt l-karnival spontanju ngħata l-bidu mill-ħwienet tal-inbid fl-irħula u kienu jibbażaw ħafna fuq l-għana." Fil-passat wieħed mill- aqwa karnivali spontanji kien tax-Xewkija, iżda llum ħa l-ħajja fin-Nadur fejn jiġbed eluf kbar ta' żgħażagħ Maltin u Għawdxin. "Il-karnival spontanju tan-Nadur hu speċi ta' street party għaż-żgħażagħ u l-karnival reġjonali jattira aktar il-familji" kompla Charlie Hili. "L-iskop tagħna hu li nressqu Maltin kemm nifilħu lejn Għawdex u għalhekk aħna ngħinu lil xulxin biex b'hekk igawdi Għawdex kollu. Għax Għawdex jorganizza karnival għal kulħadd. Jorganizza dak tradizzjonali li jiġbed il- familji u dak spontanju li jiġbed liż-żgħażagħ. Iżda minn dawn joħorġu karnivali oħra fejn il- karnival reġjonali jgħin biex 9 irħula oħra bħal Nadur, Għarb, Qala, Munxar, San Lawrenz, Xagħra, Xewkija, Żebbuġ u Sannat ukoll jorganizzaw Karnival fil- lokal tagħhom. Dan barra li madwar Għawdex kollu jiġu organizzati parties kbar għaż-żgħażagħ matul il-lejl kollu." Il-karnival jibda mil-lum 8 ta' Frar fejn isir Karnival tradizzjonali fin-Nadur f 'nofsinhar u għada t-Tnejn fis-7 ta' filgħaxija jkun hemm karnival organizzat fl-Għarb fil-pjazza prinċipali. Imbagħad mill- Ġimgħa 13 ta' Frar sat- Tlieta 17 ta' Frar Għawdex kollu jinbidel fi street party. Għawdex hu preparat bi sħiħ biex jilqa' l-influss ta' eluf li mistennija jżuru l-gżira Għawdxija f 'dawn il-jiem ta' bluha fejn hemm organizzat trasport għan- Nadur kull nofs siegħa sa nofs-il-lejl mir-Rabat u mill-Imġarr u viċi versa. Miċ-Ċirkewwa se jkun hemm night buses għal kull post f 'Malta f 'dawn il-jiem għal prezz ta' €2.50. Xmun aħjar jieqaf jagħmel għaġeb Bondi, il-vittma tas-sistema Is-sindku gustuż, twil u sabiħ Għeluq il-50 sena mill-mewt tal-għannej marbut mal-Karnival Għawdxi Fredu l-Lavarist