Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451
14 illum | Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 F i żmien Alfred Sant, il-prim ministru stess kien il-ministru għal Għawdex. Dak iż- żmien kont naqa' taħt id-dekasteru tiegħu bħalma kien hemm Joe Mizzi u Helena Dalli. Kien anke lestieli uċċju Kastilja iżda jien qatt ma ridt naħdem minn Malta. Posti Għawdex." "U illum?" staqsejtu jien. "Illum il-punt kardinali hu li aħna tim wieħed" beda biex qalli Anton "kulħadd jaħdem għal xulxin. Is- saħħa u l-edukazzjoni trid taħdem mal-politika nazzjonali. Aħna gvern wieħed b'qafas ħolistiku. Kull ministru jgħin lill-ieħor u iva aħna l-Għawdxin ukoll irridu mill- ministeri ta' Malta u dejjem hekk kienet, mhix xi ħaġa ġdida." Anton Refalo iżda saħaq li huma qed jagħtu l-input tagħhom ukoll anke f 'dawk l-oqsma li ma jaqgħux direttament taħt il-ministeru ta' Għawdex. "Qegħdin hemm fit- tfassil tal-iskola medika u qed naħdmu bla heda biex inġibu l-industrija tal-films f 'Għawdex." Iżda l-Ministru Refalo fakkarni li taħt il-ministeru tiegħu taqa' l-Gozo Channel li taħt l-amministrazzjoni ta' qabel kienet taqa' taħt il- ministeru tal-Finanzi f 'Malta. "Il-Gozo Channel importanti li tkun taħt id-dekasteru t'Għawdex, għax din hi l-kurdun li tgħaqqad Malta ma' Għawdex u hi katalista li ġġib it-turist lejn Għawdex." Tgħid kien għalhekk li l-wegħda tal-fast ferry tant mitluba mill- istudenti u ħaddiema Għawdxin li jaqsmu l-fliegu kienet qisha qed titwarrab? Il-Ministru Refalo ċaħad kategorikament li l-proġett tal-fast ferry qed jitwarrab imma ammetta li l-Gozo Channel tinkwetah għal fatt li ma jridx idgħajjef lil kumpanija. "Il-Gozo Channel għandha aspett soċjali qawwi f 'Għawdex. Għaddejjin diskussjonijiet u laqgħat bejn l-istakeholders kollha involuti biex id-deċiżjoni aħħarija tkun dik l-aktar vijabbli u tagħmel sens fl-interess tal-gżira Għawdxija. L-aċċessibiltà hija prijorità fuq l-aġenda tal-gvern. Wieħed jista' jikkunsidra jekk dan is-servizz jistax jitħaddem mill-Gozo Channel. Hemm bżonn li l-ewwel isir proċess għaqli u metikoluż biex dan is- servizz ma jkunx ta' detriment għal Gozo Channel. Wieħed irid jifhem li m'iniex lest noħloq servizz li wara ftit żmien ikun kostrett li jieqaf minħabba raġunijiet varji bħal ma ġara qabel. Irrid servizz dejjiemi u li jgħin l-ekonomija Għawdxija." Kultant il-ministru jkun kritikat li jsemmi ħafna proġetti li qed jinħmew iżda donnhom idumu wisq u s'issa m'għandux wisq x'juri f 'dak li vera sar. "Wieħed irid jiddistingwi bejn proġett li jinħtieġu tħejjija li tieħu tul ta' żmien u proġetti li jistgħu jitwettqu fi żmien qasir. Minn dawn tal-aħħar għamilna bosta. Biżżejjed insemmi l-vjaġġi bl-irħis. Dawn litteralment irxuxtaw lill-kummerċ f 'Għawdex billi ġabu turiżmu rekord. "Qed naħdmu għal cruise liner terminal u l-yacht marina li preżentament l-offerta qed tiġi evalwata. Qed neżaminaw il- possibilità kif il-bajja tax-Xlendi jerġa' jiġi introdott ir-ramel biex titkabbar iż-żona tal-għawm u qed isiru wkoll diskussjonijiet dwar Marsalforn. Qed naħdmu u niddiskutu bil-għaqal li npoġġu baga jew żewġ bagi fix-Xlendi skont x'jgħidulna l-esperti. Għax il-baga li tpoġġiet mill-amministrazzjoni l-oħra li swiet lill-poplu nofs miljun ewro ġiet impoġġija ħażin għax l-ebda cruise liner ma jista' jorbot magħha mingħajr periklu. "Dwar id-dar tal-anzjani fil-jiem li ġejjin mistennija li jibda x-xogħol tat-twaqqigħ biex tinbena din id-dar tant bżonjuża għall-anzjani tagħna. Il-bini taċ-childcare and youth development centre hu lest u fil-fatt diġà qed joffri s-servizz ta' assistenza soċjali immirat speċjalment għall- persuni vulnerabbli fis-soċjetà tagħna fejn ikunu jistgħu jattendu persuni b'diżabilità minn 14-il sena 'l fuq. "Min jikkritikani għax il-proġetti għadhom ma tlestewx mhux ġust. Wieħed irid jifhem li kull proġett irid il-permessi meħtieġa, irridu nħarsu lejn l-ambjent, naraw l-ekwilibriju u li jkun sostenibbli biex ma neqirdux l-aspett rurali tal-gżira tagħna. Għax dak li neqirdu jintemm għal dejjem." Ma setax jaħrab mill-fatt li jsemmi dak li sab mill-amministrazzjoni ta' qabel "Kulma sibt lest kienet tliet kwarti tat-triq bejn l-Imġarr u San Lawrenz li saret mill-fondi tal- Unjoni Ewropea kif ukoll il-proġett tal-Villa Rundle u xi żewġ proġetti oħra mill-bqija xejn. Jien mhux xi bniedem li nħobb neqred u dejjem inħares 'il quddiem, nobgħod il- konfronti u nagħżel il-kompromessi. Naħdem ma' kulħadd iżda ma tistax ma tgħidx il-verità." Refalo qal ukoll li qed isib għajnuna kbira mill-Prim Ministru li hu moħħu ffukat f 'Għawdex, "Eżempju wieħed hu li l-film 'By The Sea', da nil-film ma kienx isir Għawdex li kieku ma kienx għal Prim Ministru u l-eks ministru Mallia. Dan il-film ħoloq 'ripple effect' f 'Għawdex u ħoloq ħafna xogħol u ħalla miljuni fil-gżira." Il-ministru semma s-suċċess fis- settur turistiku f 'Għawdex. "It-turist Malti reġa' beda jieħu l-vaganzi tiegħu f 'Għawdex. Meta wieħed iqabbel il-persentaġġi bejn iż-żewġ gżejjer Għawdex mar aħjar minn Malta fejn jidħol it-turist barrani u dan juruh il-figuri. Veru ħadt gost li Trip Advisor ikklassifikaw lil Għawdex bħala t-tielet l-aqwa gżira fl-Ewropa." Il-Ministru qal li Għawdex illum qed jinbiegħ bħala niċċa differenti minn Malta, "Aħna ma rridux inkunu l-bitħa ta' wara jew estensjoni ta' Malta. Il-karatteristiċi tagħna jagħmluna differenti minn Malta fejn Għawdex kapaċi jiġbed turiżmu mediku, tal-opri, ċentru tal-konferenzi, agri turiżmu, reliġjuż u jkompli jkabbar t-turiżmu tal- għaddasa. Irridu turiżmu ta' kwalità, sostenibbli u responsabbli. "Ma rridux nagħmlu Għawdex Paceville ieħor iżda ma rridux inkunu pasturi fi presepju lanqas. Irridu nisfruttaw l-identità vera tagħna bi proġetti li jixirqu għal Għawdex." Semmejtlu li dan l-aħħar fuq is-siti tal-internet dehru ilmenti dwar l-istat diżastruż tat-toroq arterjali f 'Għawdex, speċjalment dik f 'Tas- Sannat u dik li twassal għan-Nadur u l-Qala. Staqsejtu jekk ingħatax fondi biżżejjed. "Nixtieq dejjem iżjed fondi ħalli nirranġa kull triq f 'Għawdex" qalli bi tbissima Anton, "Iżda għandna pjan li nirranġaw it-toroq u qed nirranġawhom. Ix-Xagħra bdejna 8th September Avenue barra t-tisbiħ tal-pjazza u taz-zuntier tax-Xagħra. Wara li jitlesta dan ix-xogħol fix-Xagħra l-pjan huwa li nibdew Triq Sannat. Se jibda t-tisbiħ tal-pjazza ta' Għajnsielem u nibdew Triq it-Tiġrija, tan-Nadur li twasslek sal-Qala. Oltre dan, din is-sena se nkunu asfaltajna 10 km ta' tarmak f 'toroq prinċipali bejn Ħondoq ir-Rummien fil-Qala sa Ta' Ċenc Sannat. Bl-għajnuna tal-WSC bħalissa qed jiġi mniedi l-proġett tal-pipeline f 'Għawdex. Barra minn hekk diġà identifikajna toroq fir-Rabat biex isir tarmak fil-futur qarib. Sfortunatament l-andament tax-xogħol jiddependi mit-temp li bħalissa mhux jippermeti." Iżda tlabtu jelenkali eżatt x'inhuma l-proġetti li qed jara li jkunu lesti sa tmiem il-leġislatura, jiġifieri sa tliet snin oħra. Għidtlu wkoll li din il- lista li kien se jagħtini nurihielu tliet snin oħra qabel l-elezzjoni. Weġibni bħal dejjem b'dik it-tbissima u bdieli l-lista. "Irridu mmexxu 'l quddiem l-istrippa tal-ajru rurali fejn ikollna servizz skedat bi prezz raġonevoli u jekk possibli konnettività mhux biss għal Malta iżda wkoll għal Sqallija u gżejjer viċin tagħna. Hi x-xewqa tiegħi li flimkien mal-fixed wind (mhux il-low cost airline) jitħaddem ukoll is-servizz tal-ħelikopter għax wieħed ma jeskludix lill-ieħor. Naħseb li tagħmel ħafna sens fil- kunċett ta' gżira ekoloġika li jkollok skola tal-avjazzjoni f 'Għawdex. "Dwar il-proġett taċ-Cittadella Il-Ministru Refalo laqagħna -uċċju tiegħu wara xi ftit ħin ta' stennija waqt li hu kien qed jipprova jlaħħaq minn laqgħa għal laqgħa għax li tkun ministru ta' Għawdex ikollok gżira sħiħa x'tieħu ħsieb, kulħadd irid ikellem lil 'Toni' kif isibuh l-Għawdxin li jafuh sew. Fl-aħħar tfaċċa u staqsejtu jekk hux aħjar meta kien Segretarju Parlamentari taħt Alfred Sant u milli ministru kif inhu llum…. "Se jingħata għall-ewwel darba s-sussidju ta' €1,200 lill- istudenti Maltin li jiġu Għawdex jistudjaw - MCAST" John Busuttil illum@mediatoday.com.mt "Irrid inħalli Għawdex "