Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451
Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 | illum 11 mill-Belt kompetizzjoni ġusta. Minbarra l-monti li jbiddel il-lokalità kuljum, hemm dawk li jinsabu f 'lokalitajiet turistiċi, bħal dawk f 'Marsaxlokk u l-Belt Valletta. Minħabba li x-xerrejja mmirati huma differenti, il-prodotti jkunu wkoll differenti fejn ikun hemm aktar prodotti tipiċi lokali bħal oġġetti artiġġjanali, bizzilla u tifkiriet għat- turisti fost l-oħrajn. Jispeċjalizzaw ukoll f 'ikel tradizzjonalment Malti bħalma huwa l-qubbajd u prodotti tipiċi oħra. Paula Bugeja – 37 sena – Pet Groomer Ma tantx ikolli ċans nitla' sal-monti minħabba li nkun xogħol imma nieħu gost nitla' meta nsib iċ- ċans. L-aktar li nfittex, huma l-ħwejjeġ u ż-żraben. Nemmen li l-affarijiet fuq il-monti jkunu ferm irħas u mhux l-ewwel darba li nkun xtrajt xi ħaġa minn ħanut, imbagħad wara nara l-istess oġġett eżatt bħalu fuq il- monti u jkun ferm irħas. Claudia Pisani – 41 sena – Mara tad-Dar Kull ġimgħa, nara li nipprova nitla' l-monti biex nara x'ikun hemm, speċjalment għax noqgħod hawn stess. L-affarijiet għall-bejgħ dejjem ikunu ta' kwalità tajba u bi prezzijiet tajbin. Ġeneralment, l-aktar li nfittex huma l-ħwejjeġ u l-aċċessorji. Hilda Fenech – 69 Kull meta jarma l-monti Birkirkara, jiġifieri l-Erbgħa u l-Ġimgħa nitla' nara xi jkun hemm. Nagħmel id-dwejjaq meta jkun maltemp u ma jarmax, għax isservini ta' ħarġa kull ġimgħa. Indur il-bejjiegħa skont xi jkolli bżonn iżda l-aktar li nħobb huma tal- ħwejjeġ. Antoinette Barbara – 61 – Mara tad-Dar Minn mindu waqaft naħdem, nieħu gost indur il-monti, mhux biss t'hawn imma anke ta' postijiet oħra. L-aktar li nfittex minn hawn huma l-ħwejjeġ, però nixtri affarijiet oħra. Inħobb immur ukoll il- monti ta' Marsaxlokk għall- ħut u l-'Farmers' Market' għall-ħaxix għax inħoss li jkun hemm iktar għażla minn hemmhekk. L-ispejjeż tal-bejjiegħa tal-monti huma ferm inqas minn dawk tal-ħwienet "Mhux l-ewwel darba li nkun xtrajt xi ħaġa minn ħanut, imbagħad wara nara l-istess oġġett eżatt bħalu fuq il-monti u jkun ferm irħas"