Illum previous editions

illum 8 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 | illum 17 MATUL dawn l-aħħar ġimgħat il-familji, il- ħaddiema u n-negozji Maltin u Għawdxin ġew iffaċċjati minn realtà skomda – irrealizzaw li għal dawn l-aħħar xhur kienu u għadhom qegħdin iħallsu fost l-ogħla prezzijiet għad- diesel u l-petrol. Matul dawn l-aħħar seba' xhur rajna l-prezz internazzjonali taż-żejt jinżel minn 100 dollaru l-barmil saħansitra għal 44 dollaru l-barmil. Hu propju għalhekk li s-sitwazzjoni li qegħdin fiha l-Maltin u l-Għawdxin llum tħallik bla kliem. Għal dawn l-aħħar xhur rajna prezzijiet internazzjonali taż-żejt illi niżlu ferm taħt il- 100 dollaru, jiġifieri mhux talli l-prezz niżel, imma niżel bis- saħħa, aktar minn 50% f 'temp ta' ftit xhur. U preċiżament għalhekk illi hawn f 'pajjiżna wieħed stenna li l-konsumatur u n-negozji jgawdu mill-waqgħa tal-prezz internazzjonali taż-żejt. Il-verità hi li pajjiżi Ewropej oħra qed iħallsu ferm inqas minna. Il-verità hi li pajjiżi Ewropej oħra raw traħħis sostanzjali. Iżda f 'Malta xejn minn dan. Spiċċajna saħansitra f 'sitwazzjoni fejn f 'Malta l-prezz għad-diesel u l-petrol kien ogħla minn meta l-prezz taż-żejt kien id-doppju. Meta wieħed jinkludi t-taxxa jsib li konna saħansitra t-tielet l-ogħla fl-Ewropa. Mingħajr it-taxxa konna l-ogħla. Kien għalhekk illi l-Oppożizzjoni saħqet mal-Gvern li l-prezzijiet tad-diesel u l-petrol għandhom jorħsu b'mod immedjat u b'mod sostanzjali – xi ħaġa li ċertament hi ta' benefiċċju kbir għall- ekonomija Maltija – specjalment meta wieħed jara t-tnaqqis li qed jiġi reġistrat fl-aħħar xhur fil-bejgħ mill-ħwienet. Iżda l-ewwel reazzjoni tal-Gvern kienet li n-nies ma jimpurtahomx mill-prezz tad-diesel u tal-petrol – serraħ moħħu, għax skont hu, la s-sena l-oħra nbiegħu iktar karozzi mis-sena ta' qabel – mela allura kollox sejjer tajjeb! Ara xi tmexxija ekonomika bil-għaqal dik! Fl-istess ħin imbagħad, taqra x'qed jiġri f 'pajjiżi oħra – pereżempju, il-każ tar-roħs sostanzjali fir-Renju Unit fejn il-Gvern Ingliż, mhux talli ma ħariġx idoqq it-trombi bir-roħs li ta iżda saħansitra ordna inkjesta biex jara jekk il-kumpaniji hux qed jgħaddu r-roħs kollu lill-konsumatur u n-negozju. Dik hi s-serjetà u t-trasparenza. U għalhekk in-nies qegħdin jistaqsu. Għaliex dal-prezzijiet artifiċjalment għoljin? Għaliex il-Gvern qed iżomm il-prezzijiet f 'dawn il-livelli? Huwa minnu li qed inħallsu prezzijiet eżorbitanti għax il-Gvern falla bi kbir fil-ftehim li għamel bil-hedging, jiġifieri fi kliem sempliċi meta jiftiehem bi prezz fiss bil-quddiem? Ħmistax ilu, fi stqarrija ppublikata mill-Gvern stess, il-Ministru Konrad Mizzi waħħal fil-hedging li għamel – ammissjoni ċara tad-diżastru tal-Gvern f 'dan is-settur – u każ tipiku li fejn jiżbalja l-Gvern, tħallas int. Iżda l-aktar kumment li nissilli tbissima (minkejja li ma fissirx affarijiet sbieħ għall-familji tagħna) kienet l-iskuża li t-tnaqqis fil- prezz taż-żejt kien ta' sorpriża. Allura jien nistaqsi – kien ta' sorpriża għall-Gvern Malti biss? Barra minn hekk, nammetti li nħossni xi ftit imħassba b'din l-iskuża – min isegwi l-aħbarijiet internazzjonali fuq fuq, ukoll kien mgħarraf li lejn l-aħħar parti tas-sena 2014 il-prezz taż-żejt kien se jinzel bis-saħħa: allura l-Gvern, li għandu timijiet u konsulenti speċifikament iffukati fuq ix-xiri tal-fuel, possibli ngħata l-parir biex jibqa' għaddej b'dawk id- deċiżjonijiet? Huwa għalhekk l-insistenza u l-pressjoni kontinwa minn naħa tal-Oppożizzjoni biex il-Gvern iraħħas b'mod sostanzjali u b'mod immedjat. Bl-insistenza u l-pressjoni tagħna, flimkien ma' tal-imsieħba soċjali – li l-iskop ewlieni tagħhom hu li jiddefendu l-kompetittività, lin-negozji, lil dawk li jaħdmu għal rashom, lill-ħaddiem u lill- konsumatur – fl-aħħar il-Gvern iċċaqlaq ftit, roħs ta' 4ċ, roħs li xorta waħda hu wieħed miżeru meta mqabbel ma' dak ta' pajjiżi membri Ewropej oħra. Illum inti bħala Malti u Għawdxi qed tħallas ir-raba' u l-ħames l-ogħla prezz tad-diesel u tal-petrol rispettivament minn fost 28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea. Illum inti bħala Malti u Għawdxi qed tħallas sew iktar mill-medja Ewropea – u dan filwaqt li hemm 20 pajjiż Ewropew li qed iħallas taħt il-medja Ewropea għad-diesel u 18-il pajjiż Ewropew li qed iħallas taħt il-medja Ewropea għall-petrol. Hemm pajjiżi li qegħdin ibigħu d-diesel u l-petrol tagħhom saħansitra 30ċ kull litru, irħas milli qed tħallas int, anke iktar. Hemm pajjiżi li qegħdin ibigħu d-diesel u l-petrol tagħhom saħansitra inqas minn €1. Dan kollu jorħos mill-aħħar statistika uffiċjali ppublikata mill-Unjoni Ewropea. Hu allura proprju fil-kuntest ta' dan kollu li l-Oppożizzjoni anke sa ressqet mozzjoni quddiem il-Parlament. Dan hu Gvern li jidħak bik sfaċċatament – dan hu l-istess Gvern li meta l-prezz tal-fuels kienu orħos milli huma llum (avolja ż-żejt kien iktar mid-doppju) niżżel in-nies fit-toroq. Illum, jgħidlek li trid tikkuntenta b'dak li għandek. Mhux ta' b'xejn li l-Gvern għamel minn kollox biex dan id-dibattitu jipprova joqtlu! Mhux ta' b'xejn li kaxkar saqajh kemm felaħ biex ta d-data ħalli fl-aħħar isir. Il-messaġġ tiegħi lill-qarrejja huwa biex ma jaqtgħux qalbhom. Fl-assenza ta' Gvern responsabbli, il-familji Maltin se jsibu lill-Partit Nazzjonalista warajhom. L-istess Partit li fil-passat ma beżax jieħu d-deċiżjonijiet iebsin u jispjegahom. Iżda bl-istess mod se jkun qiegħed iservi ta' tarka biex il-poplu Malti jiġi trattat bir-rispett u l-onestà li jixraqlu. Marthese Portelli hi Deputat Nazzjonalista u x-Shadow Minister għall-Ambjent, Enerġija u Trasport Kif Naħsibha MARTHESE PORTELLI SERQ FIL-WIĊĊ L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Il-fondazzjoni Rise FR. FRANCO FENECH OFMCAP KAPPILLAN TAL FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN ILFONDAZZJONI Rise bħalissa għaddejja bix- xogħol tagħha fuq it-tħejjija tad-dar residenzjali fil-Belt Valletta. Ix-xogħol fid-dar miexi b'ritmu tajjeb, tant li fix-xhur li ġejjin, il-post se jkun lest li jilqa' fih residenti mill- Faċilità Korrettiva ta' Kordin, li se jsegwu programm ta' rijabilitazzjoni, xhur qabel ikunu skontaw is-sentenza tagħhom. Max-xogħol ta' ristrutturar tad-dar, għaddejjin tħejjijiet minn persuni professjonali fuq il-programm innifsu li se jingħata lir-residenti. L-isem tad-dar huwa Dar Sister Marija Adele Baldacchino, li hija soru tal-Karità ta' Santa Giovanna Antida Thouret. L-iskop ta' dan l-isem huwa biex tiġi rikonoxxuta l-ħidma ta' din is-soru li għadha mimlija bil- għomor, li għall-22 sena sħaħ ħadmet fil-Faċilità Korrettiva b'risq il-priġunieri. Fil-plakka komemorattiva tniżżel li din is- soru hija l-Mamà tal-Priġunieri għaliex dejjem ħadmet bil- qalb, b'atteġġjament ta' omm u b'dedikazzjoni biex il-priġunieri jsibu rispett u mħabba li jnisslu fihom ix-xewqa ta' ħajja aħjar. Ix-xogħol kbir li Sister Marija Adele Baldacchino tagħmel bil-moħbi, tagħmlu bil-qalb u b'fedeltà kbira u żgur li hija għajnuna kbira għar-residenti u l-ħaddiema tal-Faċilità. Tul dawn is-snin li ili Kappillan fil-ħabs, kienu ftit il-ġranet li niftakar li fihom hi ma ġietx u dawn il-ġranet kienu minħabba raġunijiet ta' saħħa. Il-priġunieri laqgħu bil-ferħ il-fatt li d-dar se tissemma' għal Sister Marija Adele għax huma wkoll jagħrfu fiha persuna li tħobbhom u tixtiqilhom il-ġid u għalhekk jirrispettawha u saħansitra, xi wħud mill- barranin, isejħulha 'mama'! U hija verament għandha qalb ta' omm li taf tħobb lil persuna mingħajr ġudizzju jew restrizzjonijiet. Min jixtieq aktar informazzjoni jista' jikkuntattja l-uffiċċju tal-Fondazzjoni jew iżur is-sit il-ġdid fuq: www. risemalta.org.mt Ħmistax ilu, Konrad Mizzi waħħal fil-hedging li għamel – ammissjoni ċara tad-diżastru tal-Gvern f'dan is-settur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 February 2015