Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451
30 illum | Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 Liema kienet l-ewwel maratona li ħadt sehem fiha u x'kienet l-esperjenza li għaddejt minnha fl-istess maratona? L-ewwel maratona kienet esperjenza unika. F'Ottubru tal- 2013 il-kowċ tiegħi, Mark Farrugia, kien laħaq infurmani li jixtieqni nagħmel l-ewwel maratona. Fil- bidu jien ma tantx ħadtu bis- serjetà u f 'Jannar erġajt staqsejtu. Qalli li darba f 'għomri trid issir u ddeċidejna li nipprova l-maratona ta' Malta ta' Frar tal-2014. Ġimgħa qabel, bdejt nagħmel ħafna mistoqsijiet lill-kowċ, fuq jekk jien kontx kapaċi nagħmilha. Bdejt insaqsi lili nnifsi kif din il- persuna temmen fija daqshekk u jiena kelli ħafna dubji fuqi nnifsi. Ħaġa li baqgħet f 'moħħi kienet li jekk kien se jirnexxieli nagħmel ħin ta' tliet sigħat kien se jkun tajjeb. L-unika ħaġa li serrħitli moħħi kienet li fit-tellieqa jkun hemm ambulanza għal li jista' jinqala'. Waqt it-tellieqa ħassejtni tajba. L-aħħar ftit kilometri bdejt nitlef il-konċentrazzjoni imma n-nies li kienu fit-triq għamluli ħafna kuraġġ. Kif kont wasalt viċin it-tmiem rajt ħin ta' 3:00:20. Kien ħin tajjeb ħafna meta nikkonsidra li kien hemm affarijiet li setgħu kienu organizzati ftit aħjar. Iddeskrivilna l-esperjenza li għaddejt minnha fil-maratona li ħadt sehem fiha fl-Italja… Fi żmien xahar sibt ruħi l-Italja biex nagħmel it-tieni maratona. Kienet esperjenza tajba għalkemm ma kont naf lil ħadd. L-atmosfera li kien hemm fl-ibliet kienet xi ħaġa unika. Kien hemm ħafna briju u nies iċapċpu f 'ħafna toroq u jgħidu ara mara minn ta' quddiem. Għalkemm, il-kowċ kien sab tellieqa b'rotta qrib dak li konna ppreparajna qabel, it- temp ma ħariġx kif ħsibna. Aħna ppreparajna ħinijiet, tip u kwantitajiet ta' nutrimenti u ilma għall-ġurnata kiesħa imma fil-fatt ħarġet ġurnata ħafna iżjed sħuna u tefgħatni ftit minuti lura bħala prestazzjoni. Ma nistgħux ma nsemmux il- Malta Challenge Marathon li int ħriġt rebbieħa fil-kategorija femminili. Tina iktar dettalji. Din it-tellieqa fiha total ta' 42 kilometri fi spazju ta' tliet ijiem. Il-preparazzjoni għal din it-tip ta' tellieqa ma kinitx waħda faċli. Ippruvajt naraha bħala sfida minnha nfisha. Fil-bidu l-kowċ ma ridnix nagħmilha. L-iktar affari li bdiet tinkwieta lill-kowċ tiegħi kienet li kien hemm iktar riskju li jien stajt inweġġa' u b'hekk inħassar il-pjan tal-istaġun. Fil-fatt dan iċ-Challenge jintrebaħ minn atleti li għandhom esperjenzi ta'taħriġ speċjalizzat li jien dieħla fih bil-mod. Mill-banda l-oħra għaddejja minn fażi ta' ħajti idea li biex niffoka fuq kompetizzjoni simili u l-kowċ għaraf dan bħala opportunità ta' rebħ. Fil-bidu l-pjan kien li neħodha bħala tellieqa li setgħet tkissirni għalhekk introduċejna ċertu tip ta' taħriġ anki skont l-inklinazzjoni tar-rotta. Il-kapaċità f 'dawn iċ-ċirkustanzi li żżewweġ taħriġ iebes ma' pjan ta' mistrieħ biex ma tweġġax qabel it-tellieqa. Fil-fatt kien hemm drabi li kelli riskju li ma nwassalx. Il-pjan inbidel meta nbidlet ir-rotta minħabba xi xogħlijiet fit-toroq. Meta għamilna prova tar-rotta l-ġdida, kien ċar li kont f 'saħħti. Għalhekk waqt it-tellieqa kien importanti li ma nitkissirx waqt li nżomm pożizzjoni tajba u nikkonserva l-enerġija għall-aħħar stadju. Fl-aħħar stadju ddeċidejna li nżomm l-istess ritmu u fl-istess ħin nieħu ħsieb li ma nweġġax minħabba l-kumplament tal- istaġun. Ma kinitx importanti li mmur għal ħin għax wara kollox xogħolna konna diġà għamilnieh li naslu għat-tellieqa mingħajr uġigħ. Kienu tlitt ijiem ta' tensjoni għax tipprepara kemm tipprepara, xorta ma tkunx taf is-sitwazzjonijiet li stajt niltaqa' magħhom waqt il-ħinijiet tat-tlielaq. Fil- preparazzjoni, il-kowċ kien l-iktar suġġett importanti. Il-paċenzja, il-gwida u l-appoġġ kontinwu li jien kelli bżonn, dejjem sibtu. Kelli wkoll ħafna appoġġ morali mir-raġel, familjari oħra, minn atleti oħra speċjalment tal-klabb tiegħi Starmax, l-isponsor tiegħi personali u kollegi tax-xogħol. Waqt it-tlielaq bdejt inħossni ftit importanti għax f 'ċerti postijiet kien hemm in-nies iċapċpu u kien hemm xi persuni bil-muturi li bdew jieħdu ħsieb is-sigurtà tagħna. Jurgen Scicluna għamel biċċa xogħol volontarja ta' min ifaħħarha għax ma tantx kelli għalfejn ninkwieta meta ġejt biex naqsam it-toroq jew minn fuq bankini fejn kien hemm in-nies jagħlquli l-passaġġ bla ma kienu jafu. Ta' dan nirringrazzja lill- organizzaturi għax ħadu ħsiebna. L-iktar parti li atleti oħra bdew isemmuli kienet it-telgħa ta' Alla u ommu, li għall-ewwel darba kienet parti minn din it-tellieqa peress li nbidlet ir-rotta. Din kienet il-punt ta' biżà fejn stajt inweġġa'. Jiena ħarist lejha bħala żewġ telgħat wieqfa u qosra imma separati peress li fin-nofs hemm parti ftit ċatta. Għalhekk din qablet ħafna ma' taħriġ li nagħmel u ġiet ta' vantaġġ flok żvantaġġ. Xorta ma kinitx ħafifa imma għelibtha wkoll. Ħaġa waħda li qatt ma nista' nifhem u li kienet komuni fit- tliet maratoni hija din. Waqt l-aħħar minuti tat-tlielaq, moħħi jibda jgħidli din hi l-aħħar ġirja u m'iniex se ntellaq iżjed. Ftit minuti wara li nispiċċa t-tellieqa u nibda niekol, nitkellem mal- kowċ u l-ewwel mistoqsija dejjem kienet meta se jkun it-taħriġ li jmiss filwaqt li hu jipprova jikkonvinċini biex nistrieħ. Li kieku kellek tiddeskrivi l-esperjenzi tiegħek f 'dawn it-tliet maratoni li ħadt sehem fihom u li fihom ksibt suċċess kbir, kif tiddeskrivihom? Anqas qatt ma kont nimmaġina li se jirnexxieli nikkonkludi waħda, aħseb u ara li nirbaħ il-kategorija femminili fi tnejn minnhom u niġi l-ħames mara fil-UNESCO City Marathon tal-Italja! Fl-aħħar iżda mhux l-inqas tixtieq tgħaddi messaġġ lil dawk li bħalek jixtiequ jibdew jieħdu sehem f 'xi waħda mill-maratoni organizzati kemm f 'pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna. Nixtieq ngħid prosit lil kull min irnexxielu jispiċċa din it-tellieqa speċjalment lil dawn il-persuni li huma kbar fl-età filwaqt li nħeġġeġ oħrajn biex jibdew jiġru magħna anki distanzi qosra għall-bidu basta jfittxu kowċ ikkwalifikat mill-IAAF. SPORTSillum Il-maratoni kienu esperjenzi ġodda u ta' prestiġju li Josann Attard Pulis għaddiet minnhom b'suċċess matul is-sena li għaddiet. B'kollox ġriet tliet maratoni. L-ewwel waħda Frar 2014 Malta, it-tieni waħda ftit wara -Italja u t-tielet -aħħar ta' Novembru f'Malta li kienet maqsuma fuq tlitt ijiem. "Anqas qatt ma kont nimmaġina li se jirnexxieli nikkonkludi waħda, aħseb u ara li nirbaħ il-kategorija femminili fi tnejn minnhom u niġi l-ħames mara fil-UNESCO City Marathon tal-Italja!" "Kien hemm in-nies jagħlquli l-passaġġ bla ma kienu jafu" "Kien hemm ħafna briju u nies iċapċpu f 'ħafna toroq u jgħidu ara mara minn ta' quddiem" Il-mara li rebħet il-Malta CRISTIAN ANTONY MUSCAT