Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451
Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 | illum 9 Kummissarju u uffiċjali oħrajn. Minn hawn bdiet investigazzjoni biex jinstab il-qattiel jew qattiela ta' Maurice Bonnici. Saret tfittxija fil-vann tal-vittma kif ukoll fid-dura li kellu. Meta l-Pulizija għamlu tfittxija fid-dura u fil-mansab ta' Bonnici sabu li l-gabjuni bl-għasafar kollha kienu neqsin. B'hekk l-ewwel suspett kien li Bonnici nqatel biex jinsterqulu l-gabjuni bl-għasafar tal- għana. Kien hemm min qal li Bonnici kien ikollu madwar 40 għasfur tal-għana meta kien imur jonsob. Imma peress li nstab is-senter ta' Bonnici kif ukoll oġġetti oħrajn li setgħu wkoll ittieħdu, il-Pulizija ma kkonċentrawx biss fuq is-serqa u firxu l-istħarriġ tagħhom anke fuq mottiv personali fosthom wirt, qbiela jew dwar ir-raba' li kellu. Kien hemm min qal li l-qattiel seraq il-gabjuni bl-għasafar, li dak iż-żmien kienu stmati li jiswew madwar €800, biex jiżvija lill-Pulizija fl- investigazzjonijiet. Tasal martu u ibnu fuq ix- xena tad-delitt Sa aktar minn tliet sigħat wara li l-katavru ta' Maurice Bonnici nstab mitluq f 'għalqa, il-familja tiegħu kienet għadha mhix informata u martu Rita kellha l-impressjoni li żewġha kien għadu qed jonsob jew qed jaħdem fl-għalqa. Fil-fatt Rita Bonnici nħasdet meta kienet id-dar u fuq stazzjon tar-radju ħarġet l-aħbar li kien seħħ omiċidju f 'Tal-Ħemsija f 'Ta' Qali u li fuq il-post kien għad hemm il- katavru ta' Maurice Bonnici. Rita u Maurice għandhom tliet ulied – żewġt ibniet u tifel – Rodianne, James u Tracy li dakinhar kellhom 16-il sena, 13-il sena u disa' snin rispettivament. Rita telqet kollox u flimkien ma' binha James marru lejn l-għalqa. Kif waslet mart il-vittma telqet tiġri fejn kien għad hemm ir- raġel tagħha mejjet li l-katavru tiegħu kien mgħotti b'liżar. Kienet xena kommoventi fejn il-Pulizija kellhom iżommu lill- mara milli tibqa' sejra għal fuq il-katavru. Marru wkoll qraba oħrajn fosthom ħu Rita, Daniel, li għamel minn kollox biex jipprova jikkonsla li oħtu. Ħafna nies fuq ix-xena tar- reat Il-ġurnalisti tħallew 'il bogħod mix-xena tar-reat tant li ma rċevew l-ebda koperazzjoni mill-Pulizija. Tant ma ngħatat l-ebda informazzjoni ta' x'kien ġara li meta wieħed mill- uffiċjali tal-Pulizija ġie mistoqsi biex jgħid xi ħaġa, b'ton sarkastiku hu wieġeb "Xi ħaġa". Iżda minkejja li ngħatat l-ordni lill-ġurnalisti biex jersqu lura biex ix-xena tar-reat tibqa' priservata, f 'ħin minnhom intlemħu madwar 16-il persuna, fosthom l-istess investigaturi, x-xufiera tagħhom, Pulizija oħrajn, il-Maġistrat tal-Għassa, esperti tal-Qorti u membri tal-Forensika, kollha għaddejjin min-naħa għal oħra fl-għalqa fejn ix-xena kollha kienet għadha mhix priservata. L-aċċess fuq il-post tad-delitt tmexxa mill-Maġistrat Dr Jacquilne Padovani li ħatret numru ta' esperti, fost dawn kien hemm il-Perit Richard Aquilina u l-espert tal-armi l-Brigadier Maurice Calleja. L-uniku informazzjoni uffiċjali li kienet waslet għand il-ġurnalisti mingħand il- Pulizija permezz tas-CMRU kienet fis-2.03pm, sebgħa sigħat wara li l-Pulizija kienu infurmati bid-delitt. L-aċċess kien ħa fit-tul tant li l-katavru ta' Maurice Bonnici tneħħa minn fuq il-post fil- 11.30am bil-hearse tal-Pulizija fejn ittieħed il-kamra mortwarja biex issirlu l-awtopsja. Skartoċċ tal-Awstralja Minn fuq il-post qrib id-dura l-Pulizija kienu elevaw skartoċċ imċappas bid-demm li qajjem suspett minħabba l-post fejn instab li kien ftit 'il bogħod mill-katavru. Meta d-demm fuq dan l-iskartoċċ kien analizzat irriżulta li kien demm tal- vittma u għalhekk il-ftit tama li dan seta' b'xi mod kien tal- agressur taret mar-riħ. Iżda l-iktar skartoċċ li kien ta' interess kien wieħed li kien jinbiegħ fl-Awstralja biss u l-kumpanija li kienet timmanifaturahom ma kinitx tesporta dawn it-tip ta' skrataċ. Għaldaqstant daħal suspett li l-qattiel seta' xi darba għamel xi żmien jgħix l-Awstralja. Imma l-Pulizija qatt ma waslu għal xi ħadd. Dakinhar stess tal-omiċidju kif ukoll fil-jiem ta' wara dan il-qtil, il-Pulizija kienu bagħtu għal diversi persuni biex jgħinuhom fl-investigazzjonijiet. Fost dawn kien hemm kaċċaturi u nassaba, ħafna minhom mir-Rabat stess li kienu jafu sew lil Maurice Bonnici. Il-Pulizija kienu wkoll talbu lil dawn il-kaċċaturi biex jieħdu magħhom is-senter tal-kaċċa biex ikunu eżaminati mill- esperti ballistiċi. Ma naqasx li bħalma jiġri f 'kull każ il-Pulizija kellmu wkoll fit-tul membri tal-familja tal-vittma biex forsi jsibu tarf minn fejn jibdew jinvestigaw. Nifhmu li l-Pulizija wrew interess dwar xi wirt, min kienu l-eredi, minn kellu xi argument mal-vittma u mottivi oħrajn. Għalkemm kull biċċa informazzjoni li waslet għand l-investigaturi kienet investigata bir-reqqa kollha, il-Pulizija baqgħu ma waslu għall-ebda arrest. B'hekk dan il-każ huwa ieħor fil-lista ta' omiċidji mhux solvuti. saret taf minn fuq ir-radju Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Appell Ritratti: Bibjoteka Nazzjonali Pulizija u esperti tal-Qorti ħdejn il-katavru ta' Bonnici Il-katavru ta' Maurice Bonnici qed jittieħed minn fuq il-post fejn inqatel Karmenu Caruana (xellug), in-nassab li sab lil sieħbu mitluq mejjet fl-għalqa