Illum previous editions

illum 8 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 KIEN fl-1594, żmien il- Kavallieri meta ngħata bidu għal Karnival Għawdxi fejn dak organizzat u li llum jissejjaħ reġjonali dejjem kien isir fil-belt Victoria jew kif ħafna jsibuha bħala r-Rabat Għawdex. Għal gżira Għawdxija l-Karnival hu altru milli avveniment ieħor. Għal Għawdex il-Karnival ifisser ħafna għax barra li jġib kummerċ kbir għal gżira Għawdxija, fejn eluf kbar ta' Maltin, barranin u anke Għawdxin iqattgħu ħamest ijiem sħaħ jiddevertu u jitbaħartu. Skont statistiċi tal-NSO fil-fatt, il-Karnival f 'Għawdex jiġbed ħafna Għawdxin lejh. Tant li l-Għawdxin joħorġu għal Karnival daqskemm joħorġu għal festi tal-Ġimgħa l-Kbira u ftit inqas mill- festi tal-villaġġi fis-sajf. Hu t-tielet l-aktar avveniment li jirrikorru għalih l-Għawdxin. Dil-ġimgħa mort nitkellem ma' persuna fl-uffiċċju tal-Kultura f 'Għawdex, Charles Hili li flimkien mat-tim tiegħu fil-kultura ilhom jaħdmu għal dawn l-aħħar tliet xhur bla nifs biex jorganizzaw il-Karnival reġjonali f 'Għawdex. Mingħandu ndunajt li l-Karnival għal Għawdex hu parti mill- kultura u jqisuh ukoll bħala arti, "Għax min jiġi għal Karnival f 'Għawdex, barra li jiddeverti, jduq l-ikel tagħna u anke jista' jżur postijiet oħra f 'Għawdex bħall- istatwa tas-salvatur li għadu kif ġie restawrat u min jitla' hemm fuq jara veduta mill- isbaħ." Beda biex jgħidli Charles Hili. L-uffiċċju tiegħu hu mdawwar b'diversi posters minn kull karnival li sar f 'dawn l-aħħar 30 sena. Hili qalli li f 'Għawdex hi kultura li l-poster tal-Karnival kull sena jsir oriġinali minn artist lokali. Dis-sena sar mill-artist Toni Caruana li normalment hu 'landscaper'. Tkellimna wkoll dwar dak li hemm organizzat dis- sena fil-karnival reġjonali fejn qalli li dis-sena hemm rekord ta' karrijiet, "ilu snin twal jekk qatt kien hawn seba' karrijiet" qalli Charlie. Hemm erba' karrijiet mir- Rabat, wieħed mix-Xewkija, ieħor min-Nadur u dis-sena sar wieħed mill-istudenti tal-arti. Dan barra li hemm 2 kumpaniji kbar taż-żfin li se jieħdu sehem fil-parati li dis-sena se jkun hemm seba' sfilati mill-Ġimgħa sat-Tlieta (bis-Sibt u l-Ħadd b'żewġ sfilati). Dis-sena f 'Għawdex se jirritorna wkoll ir-Re tal-Karnival li ilu nieqes snin minn Għawdex. Mistoqsi jekk issirx satira politika fil-karrijiet, Charlie qalli li dik normalment issir fil-Karnival spontanju tan-Nadur, "iżda s-satira ma tfissirx persunaġġi politiċi biss. Nista' ngħidlek li dis-sena se jkun hemm persunaġġi magħrufa Għawdxin fuq karru partikolari." Charles Hili qalli wkoll li dawn jinħadmu fi btieħi u mħażen u jkun hemm pika kbira bejniethom. Fil-fatt karru tal-Karnival jiġi jiswielhom madwar €20,000 minn buthom u jekk jirbħu jieħdu madwar €3,000. U jdumu jaħdmu fuq karru minn Lulju jew Awwissu. Fl- isfilata jieħdu wkoll sehem tliet baned li jitilgħu bil- polza barra dawk li jiġu minn Malta. Tlabtu wkoll jgħidli xi ftit tradizzjonijiet tal- Karnival Għawdxi. Qalli li hi tradizzjoni li l-istudenti tal-arti joħolqu statwetta li minnha jsiru madwar 50 fejn tingħata waħda lil kulmin jieħu sehem. Dis- sena l-istatwetta se tkun tal-persunaġġ karnivalesk imsejjaħ tal-Liżar. U b'hekk il-passat se jingħata ħajja artistika mill-irġiel tal-futur. L-istorja tal-Liżar ġejja minn qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-Ħadd filgħodu kienu joħorġu ħafna tfal ta' bejn l-10 u 15-il sena lebsin ta' maskarati. Dawn kienu jilbsu ta' ġuvintur u tfajliet. Bil-lejl ma kinux jilbsu maskra imma kienu jilbsu kutra jew liżar b'xi fanal jew qampiena f 'idejhom u fl-id l-oħra bastun twil biex jinbxu n-nies. Tradizzjoni oħra li hi oriġinali Għawdxija hi ż-żifna tal-kummittiva fejn il-fqir u s-sinjur, l-bidwi u l-avukat kienu jduru ma' arblu u kollha jżommu Il-Karnival f 'Għawdex jiġbed illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Karnival Reġjonali għal familji... karnival spontanju għaż-żgħażagħ • Il-karnival spontanju beda b'tal-Liżar • Iż-żifna karnivaleska tal-kummittiva għandha oriġini Għawdxija • Il-Karnival Għawdxi tradizzjoni ta' 421 sena • Fil-fatt karru tal-Karnival jiġi jiswielhom madwar €20,000 minn buthom u jekk jirbħu jieħdu madwar €3,000 Il-poster impitter minn Toni Caruana Il-kummittiva - ritratt minn kollezzjoni privata ta' pittura ta' Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 February 2015