Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451
JOHN PISANI KULL min jaħdem jew ħadem f 'xi tarzna madwar id-dinja, jgħidlek li l-periklu qiegħed hemm u trid toqgħod attent il-ħin kollu. It-Tarznari ta' Malta qatt ma kienu jew huma xi eċċezzjoni u ftit nuqqas ta' attenzjoni jseħħ inċident li jista' jkun anke fatali. Imma meta l-inċident fatali ma jkunx it-tort tal-ebda ħaddiem imma nuqqas ta' xi ħadd li forsi naqas li jagħti dettalji speċifiċi b'konsegwenza li l-ħaddiema ma jkunux konxji ta' periklu serju, allura l-weġgħa tal-qraba u kollegi tal-vittmi tkun ferm akbar. Nhar it-Tlieta li għadda, 3 ta' Frar 2015, kien l-20 anniversarju mill-ikbar traġedja fit-Tarzna ta' Malta kif ukoll f 'kull post ieħor fuq il-post tax- xogħol f 'Malta. Tkellimt ma' Gordon Pisani, ħu Simon Pisani li kellu 22 sena u huwa l-iżgħar vittma ta' din it-traġedja. Għad hemm rabja, anzi rabja kbira. "Waħda mill-ħafna mir- rabja li għandi hija li naħseb li kien hemm min kien ħaqqu li jiġi kkastigat tal-iżbalji li għamel. Vera li kulħadd uman u jista' jiżbalja, imma min kien responsabbli li jara li l-vapur kien mija fil-mija 'gas free' naqas li jagħmel dan u l-fatti juru għax kieku ma kinitx isseħħ din it-traġedja. "Allura ġustizzja magħna u mal-familji tat-tmin ħaddiema l-oħrajn u dawk li sofrew xi ġrieħi dakinhar, baqgħet ma saritx. "Il-ħaddiema, fosthom ħija, kienu ngħataw l-ordni biex jibdew jaħdmu għax suppost li kien hemm xi ħadd responsabbli li jara li l-ħaddiema kollha kienu se jaħdmu f 'post sigur. Dan ma sarx. "Naħseb li l-affarijiet setgħu saru aħjar waqt l-investigazzjonijiet. Ma nistax ngħid li kien hemm xi ħabi, imma s-suspetti tiegħi hemm qegħdin," qalli Gordon b'ton ta' diżappunt aktar milli vendikattiv. Gordon beda biex qalli li meta ċempiltlu biex nintervistah dwar it-traġedja li għaddew minnha, fi ftit minuti ra film għaddej quddiemu minn dak li ġara 20 sena ilu. "Jien u Simon konna qrib ħafna ta' xulxin. Anke konna norqdu fl-istess kamra. Konna niċċajtaw flimkien, kbirna flimkien, għalkemm ma tantx gawda mill-ħajja. Meta ġab il-liċenzja u beda jsuq kien iwassalni u anke jiġi għalija l-iskola. Dak iż-żmien kont immur Umberto Colosso f 'Santa Venera u Simon kien jaħdem bil-lejl u kien jispiċċa fis-6am. Minflok jidħol jorqod kien iwassalni hu." Meta seħħet it-traġedja tal- Um El Faroud, Gordon Pisani kien se jagħlaq 16-il sena. Gordon ma tilifx lil ħuh biss, imma tilef ħabib. Għaldaqstant meta x-xokk kompla jirranka fuq Gordon kien fi żmien taż- żogħżija fejn kien mifxul u ma setax jifhem għaliex ġara dak li ġara u kif ħuh Simon mhux se jirritorna d-dar. "Li kieku ma kinux erbat iħbieb li kienu ta' appoġġ kbir, u ppermettili nirringrazzjahom minn hawn, kieku ma nafx x'kien isir minni. Sibthom meta ħajti kienet qiegħda tikkrolla. Kienu jiġu miegħi anke meta kont immur inżur il-qabar ta' ħija. L-istess appoġġ enormi sibtu meta ltqajt mal-mara, Rachelle. Għenitni u għadha sal-lum ta' għajnuna kbira." 3 ta' Frar 1995 "Dakinhar tat-traġedja kont qiegħed l-Oratorju peress li dak iż-żmien konna noqogħdu s-Swatar. Kien il-Ġimgħa u niftakar li tlaqt minn hemm ftit wara l-11pm meta l-isplużjoni kienet diġà seħħet. Imma ma konna nafu xejn. "Għall-ħabta tal-5.30am smajt il-qanpiena tal-bieb u qomt niġri lejn il-kamra tas-sodda 6 illum | Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 "Ommi u missieri tilfu t-tifel iż-żgħir, jien tlift ħabib" - Gordon Pisani, ħu Simon, l-iżgħar vittma Gordon Pisani, ħu Simon, l-iżgħar vittma Dak li kien fadal mill-vapur Um El Faroud wara l-isplużjoni 20 sena mit-traġedja tal-Um El Faroud Kien hemm min kien ħaqqu Kien hemm min kien ħaqqu