Illum previous editions

illum 8 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

ta' ommi u missieri peress li l-gallarija fil-kamra tagħhom kienet tagħti għal barra, u kif ittawwalt erba' persuni fosthom Pulizija. "Inżilna u smajthom jgħidu lil ġenituri tiegħi biex imorru l-isptar, dak iż-żmien kien San Luqa, għax inqala' inċident fit-Tarzna u weġġa' t-tifel tagħkom. "Ilbisna malajr u jien u ommi morna ma' missieri u ħija Alex, illum għandu 46 sena, mar bil-karozza tiegħu. Niftakar li missieri saq b'veloċità iktar minn normal u għadni niftakar ukoll eżatt mil-liema toroq għadda. "Kif wasalna l-isptar sibna ħafna nies u jien bdejt niftaħ kull purtiera u partition li sibt biex infittex lil Simon. Imma Simon ma deher imkien. Niftakar qisu lbieraħ kien hemm infermier li nduna li bdejna nfittxu lil xi ħadd u ħassejt li kien hemm xi ħadd jimxi warajja. Kif wasalna f 'kuritur u bqajna ma sibniex lil ħija, ommi u missieri ndunaw li xi ħaġa mhux f 'postha u ommi bdiet tibki. Dan l-infermier resaq lejja, qabadni u għannaqni miegħu u ħadna f 'kamra u qalli li Simon kien miet. Missieri ried akkost ta' kollox imur jarah fil-kamra mortwarja, imma l-Pulizija żammewh. Aktar tard ħallewna narawh. Kien imfaxxat minn taħt għonqu 'l isfel." Jafu eżatt x'ġara? Staqsejt lil Gordon jekk sarux jafu uffiċjalment x'kien ġara. Huwa qal li għamel xi żmien fejn anke hu mar jaħdem hemm u meta staqsa lil xi ħaddiema oħrajn qalulu li kien għad fadal xi fumes meta min kien responsabbli li jara li l-bastiment kien totalment ħieles minn kull tip ta' kimika, dan ma kienx il-każ. "Qaluli li kienu raw xi erba' persuni barranin, x'aktarx Libjani, niżlin minn fuq il-vapur b'tankijiet f 'idhom li kien fihom il-fuel. Kien għad fadal fuel jew le?" Gordon qalli li minn kif qalulu xi nies li kienu t-Tarzna, mal-isplużjoni Simon ittajjar u ġie għal daru fuq kompressur. Żagħżugħ bieżel Mistoqsi x'tip ta' karattru kellu Simon, Gordon qal li ħuh kien bniedem "tal-ġenn" jew kif jgħidu "bubbly". Kien għarus u anke kellu post il- Mosta. Fil-fatt dik il-ġimgħa kien talab biex jaħdem dak ix-shift biex ikollu ħin imur jagħmel xi xogħol fil-post flimkien ma' missieri s-Sibt filgħodu, l-għada li miet. Gordon kompla jgħid li Simon kien żagħżugħ ħabrieki u qalbu tajba. Kien delettant tal-karozza u kien jieħdu miegħu Ħal Far biex jaraw it- tiġrijiet tal-kwart ta' mil. Simon kien għamel xi żmien meta kien għadu żgħir jilgħab il- futbol u kien imur għat-taħriġ mat-tim ta' Santa Venera. Simon qalli li ħuh kien beda jistudja għal mekkanik tal-karozzi. Kif ħarġu l-applikazzjonijiet għall- apprentisti fit-Tarzna, kien applika u ġie aċċettat. Fil- fatt kien fit-tielet sena ta' apprentistat u kien se jibda jieħu ż-żieda fil-paga u kien ferħan immens. "Niftakar kien ħa parir mingħand missieri u missieri qallu biex jagħmel dak li jixtieq hu." L-anniversarju Kull sena t-traġedja tal-Um El Faroud b'xi mod jew ieħor tiġi mfakkra. Din tiftaħ mill-ġdid il-ferita? "M'hemmx għalfejn jasal it-3 ta' Frar biex il-ferita terġa' tinfetaħ. Il-memorja ta' ħija tibqa' hemm u hemm il-ħin kollu. Biżżejjed ngħaddi minn Bormla wkoll il-memorji koroh jerġgħu jiġu. Imma ħadna pjaċir li l-Kunsill Lokali ta' Bormla stedinna għaċ- ċerimonja li għamel għax nafu li Simon, flimkien ma' sħabu li mietu miegħu intortament, qed jibqa' jiġi mfakkar." Gordon kompla jgħid li kull sena jsiru xi quddies minn familji oħrajn u b'hekk baqgħu jżommu kuntatt. Barra minn hekk wieħed mill-vittmi, George Aquilina li kellu 24 sena minn Ħal Qormi, midfun faċċata fejn hemm Simon, u jew xi ħadd minn tal-familja tiegħu jew min-naħa tal- familja Pisani, meta jżuru l-qabar u jixegħlu xemgħa fuq iż-żewġ oqbra. F'dawn l-aħħar 20 sena x-xemgħa fuq il-qabar ta' Simon qatt ma ntfiet. Anthony Pisani, li ma' dawk li jafuh sew isejħulu Ninu, huwa missier Simon. Illum Ninu għandu 74 sena filwaqt li martu Doris għandha 76 sena. Gordon qalli li missieru kien imur kuljum fuq il-qabar ta' Simon. Xemx jew xita, bard jew sħana se tarah hemm. Issa li qed jikber u naqqas ftit għalkemm xorta għadu jmur. Jiltaqgħu l-familja Spiss Gordon, martu Rachelle u ż-żewġ uliedhom, kif ukoll ħuh Alex, imorru għand il- ġenituri tagħhom f 'San Pawl il-Baħar. Ma jonqosx li f 'xi ħin jew ieħor jitkellmu fuq Simon. "Pereżempju ommi taqleb l-ikel u tgħid – dan kien wieħed mill-platti favoriti ta' Simon," qalli Gordon li stajt ninnota għajnejh jimtlew bid- dmugħ. Huwa temm jgħidli li tilfu lil Simon meta kien għadu se jibda l-ħajja. "Kellu 22 sena biss. Għal ommi u missieri tilfu tifel żgħir. Jien tlift ħabib." Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 | illum 7 ħaqqu li jiġi kkastigat "Il-proġett ta' Piano huwa monument tal-PN" – Busuttil "ILPROĠETT ta' Renzo Piano huwa monument tal-PN iddedikat lill-kultura Maltija u ma nistgħux ninsultaw il-kultura tagħna billi npoġġu l-monti biswit dan il-proġett." Dan qalu Simon Busuttil waqt konferenza tal-aħbarijiet fi Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta b'referenza għaċ- ċaqliq tal-monti taħt il-bini tal-Parlament. Busuttil qal li għalih il-kultura hija prijorità u mhux lest li jbiegħ il-kultura għall-voti. Hu appella lil Joseph Muscat biex ma jkomplix bil-pjanijiet tiegħu li m'huma xejn għajr wegħdiet li hu għamel qabel l-elezzjoni biex jirbaħ il-voti. Fakkar ukoll li pajjiżna se jkun qed jilqa' l-mexxejja Ewropej tul il-Presidenza ta' Malta tal-Unjoni Ewropea fl-2017 u wkoll għall-fatt li l-Belt Valletta se tkun il-Belt Kulturali Ewropea fl-2018. "Għandna nkunu kburin b'dan kollu, iżda m'għandniex ngħożżu l-kultura għal sitt xhur biss u mbagħad narmuha għall-kumplament. Id-disinn medjokri tal-gabbani li rajna m'huma xejn ħlief insult ieħor għall-kultura tagħna." Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-gvern ta' Muscat ilu sentejn ikaxkar saqajh biex itemm il-proġett ta' Piano. "Mhux talli għadu ma lestiehx, talli issa qed jinsulta l-kultura tagħna." Hu temm jgħid li l-Oppożizzjoni se tħaddan il-kultura bħala prijorità politika, fuq l-istess livell tal- edukazzjoni u s-saħħa, tant li l-PN għandu fi ħdanu policy forum iddedikat speċifikament għall-kultura. Intant fi stqarrija li ħareġ il- PL qal li Simon Busuttil, meta kien deputat Kap tal-PN kien wiegħed Triq l-Ordinanza lill- bejjiegħa tal-monti "Il-Gvern Nazzjonalista li tiegħu Simon Busuttil kien Deputat Kap kien wiegħed lill-bejjiegħa tal-Monti li se jirrilokahom Triq l-Ordinanza f 'Jum l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Il-PL bagħat kopja ta' email li ntbgħatet mix-shadow minister Jason Azzopardi fid-9 ta' Marzu 2013, f 'Jum l-Elezzjoni Ġenerali u turi li l-PN ried jirriloka l-monti fi Triq l-Ordinanza. Illum iżda Busuttil qal li qed jipprova jnessi dak li għamel il-partit tiegħu meta hu kien Deputat Kap u l-persuna li kiteb il- manifest tal-PN. L-istqarrija ttemm tgħid li Busuttil hu ostaġġ tal- inkonsistenza tiegħu u ta' Jason Azzopardi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 February 2015