Illum previous editions

illum 8 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 Il-Monti: lil hinn mill-Belt Il-Monti f 'Malta għandu tradizzjoni ta' snin twal. Lil hinn mill-kontroversja tal-barkarelli tal-Belt Valletta u l-post fejn se jibda jintrama l-monti, x'popolarità għad għandu l-bejgħ fuq il-monti max-xerrejja Maltin? ILMONTI f 'Malta għandu skeda fissa ta' fejn jarma f 'lokalitajiet differenti kuljum biex il-bejjiegħa jkunu jistgħu jilħqu l-akbar ammont ta' xerrejja. Minbarra l-monti tas-soltu, li jarma b'kull tip ta' oġġett, minn ħwejjeġ ta' taħt sa għasel ta' Malta, hemm ukoll dawk li jarmaw b'affarijiet aktar speċjalizzati, bħal frott u ħaxix jew ħut. Is-suq tal-bdiewa li hu magħruf ukoll bħala l-'Farmers' Market', jbigħ speċifikament prodotti ta' frott u ħaxix li f 'ħafna mid- drabi jinbigħu mill-bdiewa stess u b'hekk il-klijent ikun ċert li dak li qed jixtri huwa prodott lokali ġenwin. Dan is-suq jarma kemm f ' Ta' Qali, darbtejn f 'Ġimgħa kif ukoll darba l-Birgu. Monti speċjalizzat ieħor huwa dak tal-Ħadd f 'Marsaxlokk li minbarra diversi prodotti tipikament Maltin, immirati b'mod partikolari għat-turisti, jkun hemm għażla ta' ħut għall-bejgħ fir-raħal tas- sajjieda, fejn f 'ħafna mill- każi, l-prodotti jkunu qed jinxtraw dirett mingħand is-sajjied. Waqt żjara fuq il-monti ta' Birkirkara, deher biċ- ċar li dan il-metodu ta' xiri għadu popolari ferm fost il-Maltin, b'ammonti ma jaqtgħux ta' nies iduru minn bejn bejjiegħ għall- ieħor. Però bejn il-fatt li l-ħin li fih jarma l-monti u l-lokalitajiet, jattira l-aktar nies li f 'dawk il- ħinijiet ma jkollhomx impenji ta' xogħol fiss jew li joqogħdu f 'lokalitajiet viċin. Għalkemm il-bejjiegħa jvarjaw ferm fl-għażla ta' prodotti li jbigħu, deher li l-maġġoranza tagħhom, ibiegħu ħwejjeġ u aċċessorji oħra bħal żraben u basktijiet. In-nies xorta waħda jirrikorru bil-kbir għand bejjiegħa bi prodotti tal-ikel, bħal ħobż frisk, ħut u ħaxix fost l-oħrajn. Il-maġġoranza tax-xerrejja kienu nisa ta' 'l fuq minn 40 sena. Staqsejna li wħud mix- xerrejja waqt il-monti jekk din id-dawra hiex xi ħaġa li jagħmluha ta' spiss u għalfejn jiddeċiedu li jixtru minn hemm, kif ukoll xi jkunu l-affarijiet li l-aktar ifittxu biex jixtru mill-monti. Meta ġiet mistoqsija dwar l-importanza u r-relevanza tal-monti li jintrema fid- diversi żoni ta' Malta, illum il-ġurnata, Carmen Borg, Senior Executive fi ħdan il-GRTU, tkellmet dwar l-irwol importanti li għandhom. Dan għaliex jiġbed lejh ammonti ta' nies lejn il-lokalitajiet differenti. Minkejja dan, bħala GRTU, issostni li dawn il-bejjiegħa għandhom joperaw taħt sett ta' linji gwida, biex tiġi assigurata l-ordni u r-rispett lejn il-liġi u l-lokalità li jkunu qed joperaw fiha. Tissemma wkoll xi possibbiltà ta' xi kumitat li jkun jista' jgħaqqad il-partijiet kollha interessati biex jitlaqqgħu b'mod regolari u b'hekk jiġi aġevolat il-koordinament bejn il-partijiet involuti. Borg tkellmet ukoll dwar kif il-GRTU temmen li l-laqgħat kontinwi bejn il-Gvern, Kunsilli Lokali u entitajiet oħra relatati, għandhom jgħinu sabiex tkun tista' tinżamm ordni assoluta. Minbarra l-introjtu finanzjarju li jkun hemm permezz tax-xiri dirett mill-bejjiegħa tal-monti, dan iservi ta' benefiċċju għad-diversi ħwienet li jkunu fl-akkwati bħal ristoranti, kafetteriji u bars li jiġġeneralhom il-bejgħ. Fl-istess waqt, il-monti jista' jkun li jkun qed joħloq kompetizzjoni diretta ma' ċertu ħwienet li wkoll ikunu jinsabu f 'dik iż- żona, minħabba n-natura tal-operat tagħhom, ikunu jistgħu jbigħu bi prezzijiet orħos. Dan jasal għaliex il- livell ta' spejjeż tal-bejjiegħa tal-monti huwa ferm inqas minn dak li jkollu ħanut. Irid iħallas id-dawl u l-ilma, pagi tal-ħaddiema, liċenzji u konformitajiet oħra neċessarji li japplikaw skont il-ħanut u t-tip ta' negozju li jkun. Għaldaqstant, Borg sostniet kemm huwa importanti li r-regoli jiġu segwiti u l-liġijiet kollha neċessarji jkunu rrispettati sabiex tiġi garantita Il-bejjiegħa għandhom joperaw taħt sett ta' linji gwida, biex tiġi assigurata l-ordni u r-rispett

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 February 2015