Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451
Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 | illum 23 JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt Minn fejn bdiet il-ħajra għall- immudellar? Tant bdejt nimmudella bla ħsieb li qas tant tista' tgħid li kelli ħajra għal żmien twil iżda minn dejjem kont insegwi runways fuq it-televixin u programmi dwar moda. Kif tiddeskrivi futur ta' mudella hawn Malta? Għalkemm naħseb li aħna limitati ħafna peress li ngħixu fi gżira żgħira xorta nemmen li għandna diversi opportunitajiet f 'dan il-qasam. Bħala futur f 'dan il-qasam naħseb li qatt ma jista' jkun li tkun mudella biss però huwa part time tajjeb. Minn fejn bdejt timmudella? Applikajt int? Jiena bdejt nimmudella bla ħsieb u pjuttost b'kumbinazzjoni ħelwa. Darba kont qiegħda nixtri ma' ziti u ndunajt li kien hemm mara warajja. Għall-ewwel ħsibtha tridni nixtri xi ħaġa jew turini xi prodott ġdid. Bdejt nipprova nħaffef il-pass u mmur lura fil-ħanut fejn kien hemm ziti iżda waqfitni u staqsietni jekk iniex Maltija. Għall-ewwel kont se ngħidilha li m'iniex għax ma kelli l-ebda interess nixtri… imma għidtilha li jien Maltija. Din proprjament kienet Marisa Grima, u minn dakinhar ingħaqadt mal- aġenzija SuperNova. X'inhuma l-ambizzjonijiet tiegħek għall-futur kemm fil- qasam tal-moda u anke dak personali? Għandi diversi ambizzjonijiet għall-futur waħda minnhom hija li nlesti l-kors tiegħi fil-Junior College u nkompli nitudja sabiex nidħol l-Università għall-kors tal-liġi. Bħala ambizzjonijiet rigward il-qasam tal-immudellar nixtieq inkompli nibni karriera hawn Malta iżda wkoll barra. X'jirrikjedi l-fatt li tkun mudella? Biex tkun mudella mhix ħaġa faċli, trid tagħmel eżerċizzju, tara li tiekol tajjeb u tieħu ħsieb tiegħek innifsek sewwa. Naħseb personalment trid issib bilanċ bejn dawn l-affarijiet kollha. Ħafna jgħidu li l-mudelli bilkemm jieklu… Amy Zahra tħobbu l-ikel? Nista' nikkonferma li Amy Zahra tħobb tiekol ħaħa! Jiena nista' ngħid li mbierka b'metaboliżmu jgħaġġel għalhekk komplejt inżid l-imħabba li għandi lejn l-ikel. Madanakollu xorta rrid nagħnel sforz sabiex nibbilanċja iktar u niekol moderat u ikel tajjeb għal saħħti wkoll. X'tippreferi catwalk jew ritratti? Personalment jogħġbuni t-tnejn iżda kieku jkolli nagħżel bejniethom naħseb li nagħżel ritratti għaliex inkun irrid sfida ikbar sabiex l-emozzjoni li tirrikjedi t-tema tiġi trasmessa fir-ritratt. X'taħseb mix-xena tal-moda f 'Malta? Naħseb li qed tikber b'pass tajjeb ħafna u l-ideat u l-opportunitajiet qed jikbru ġmielhom ukoll. Għad fadal ovvjament ħafna żvilupp xi jsir, imma naħseb li qegħdin fit-triq it-tajba. X'taħseb mil-linji tal-moda li qed jinbtu f 'Malta? X'futur hawn għalihom? F'din l-aħħar sena naħseb li żdiedu ħafna l-linji tal- moda u huma linji li qed jiġu rikonoxxuti anke barra minn Malta li huwa sinjal tajjeb ħafna. Hawn diversi disinjaturi Maltin b'ideat oriġinali u tajbin ħafna. Anke diversi Maltin qed jixtru u jilbsu ħwejjeġ u kreazzjonijiet Maltin li huwa fattur tajjeb ħafna li jkollok nies minn pajjiżek jilbsu l-ħwejjeġ tiegħek. X'jagħmlek kuntenta fil-ħajja? Il-ħbieb u l-familja jagħmluni kuntenta l-iktar. Li nikkuntenta lin-nies b'naqra sagrifiċċju hu ta' sodisfazzjon kbir għalija. Li nies ta' madwari japprezzaw ix-xogħol li nkun fih jagħmilni kuntenta immens ukoll. X'ibeżżgħek? Nibża' ħafna mill-ġrieden, iżda nibża' wkoll mill-isfidi diffiċli li tlaqqagħna magħhom il-ħajja, l-iktar, l-affarijiet li jkollhom x'jaqsmu mas-saħħa. Esperjenza tad-daħk jew tal- mistħija li qatt ġratlek? Jiġruli ħafna minn dawk! Imma l-agħar meta tkun qed timmudella u tidħollok il-libsa taħt it-takkuna u tispiċċa kważi taqa' quddiem ħafna nies. Żraben, make up jew ħwejjeġ, liem hu l-iktar favorit? Għalija l-iktar li huma importanti huma l-ħwejjeġ. Minn dejjem kont iffissata fuq il-moda u nħobb nixtri ħafna ħwejjeġ. Tista' tgħid sar passatemp favorit dal-aħħar. Kelma waħda li tiddiskrevik? Naħseb hija 'determinata'. La darba nitfa' moħħi fuq xi ħaġa se naħdem ħafna għaliha. Int ukoll membru tal- Kunsill Studenti Junior College (KSJC) hux hekk? Xi tgħidilna dwar dan l-irwol? Iva, jien il-kaxxiera tal-KSJC u bħalissa ninsabu mħabbtin ħafna bix-xogħol però kuntenta ħafna li nagħmel parti minn tim tajjeb ħafna u nieħdu gost naħdmu favur l-istudenti. Amy Zahra hi mudella ta' 16-il sena, toqgħod Ħ'Attard u għadha studenta. Bħalissa qiegħda -ewwel sena tagħha l-Junior College u ilha timmudella għal dawn l-aħħar sentejn. Ħames Minuti Ħames Minuti ma' Amy Zahra Ħames Minuti Ħames Minuti ma' Amy Zahra