Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 05 ta' April 2015 It-tielet referendum f '11-il sena CHRISTA BOFFA FIL11 ta' April, propjament nhar is-Sibt li ġej, Malta u Għawdex toħroġ tivvota bi ħġarha (jew kif qed isostnu oħrajn forsi bi ftit anqas ħeġġa – hekk kif 36,000 vot għadhom ma nġabrux) għall-ewwel referendum tat-tip tiegħu f 'Malta. Il-votanti ħa jkunu qed iwieġbu l-mistoqsija: "Taqbel li d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar Qafas biex tiġi permessa Deroga li tiftaħ l-istaġun tal-Kaċċa tal-Gamiem u tas-Summien fir-Rebbiegħa għandhom jibqgħu fis-seħħ?" Huwa l-ewwel referendum tat-tip tiegħu propju għaliex huwa l-ewwel referendum abrogattiv hawn Malta – jiġifieri li d-deċiżjoni li tittieħed mill-poplu ħa tkun dik finali, u m'għandhiex bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Malti. B'hekk, sa gimgħa oħra nkunu nistgħu ngħidu li fl-istorja ta' Malta kien hemm total ta' seba' referenda; fl-1870, fl-1956, 1964, 1973, 2003, 2011 u issa fl-2015. Is-seba' referendum fl-istorja ta' Malta L-ewwel referendum, jiġifieri dak tal-1870 kien dwar jekk il-membri tal-kleru għandhomx ikunu parti mill-Kunsill tal- Gvern – fi żmien meta Malta kienet taħt il-ħakma Ingliża. Dan kien l-akbar maġġoranza li (s'issa) rat Malta f 'referendum, hekk kif 96% ta' dawk li ħarġu jivvutaw kienu vvutaw favur. It-tieni referendum, fl-1956 kien dwar jekk Malta għandhiex tissieħeb f 'integrazzjoni mar- Renju Unit. Il-proposti, li kienu jinkludu li ċertu deċiżjonijiet jittieħdu mill-parlament Malti, imma oħrajn li għandhom x'jaqsmu mad-difiża u mal- affarijiet barranin jittieħdu mill-parlament tar-Renju Unit, ġew approvati mill-77% ta' dawk li vvutaw, liema kienu inqas minn 60% tal-elettorat. Dawn il-proposti qatt ma ġew implimentati u Malta ħadet l-Indipendenza tmien snin wara. Dan sar permezz tar- referendum tal-1964, dak dwar kostituzzjoni ġdida għal Malta – li ġie approvat minn 54.4% ta' dawk li vvutaw, u daħal fis-seħħ fl-21 ta' Settembru 1964 – Jum l-Indipendenza ta' Malta. Fl-1973 seħħ l-uniku referendum f 'Malta li ma kienx wieħed nazzjonali – jiġifieri dak dwar il-Kunsill Ċiviku t'Għawdex. Għal dan ir-referendum setgħu jivvutaw biss l-Għawdxin. Il-mistoqsija li tressqet kienet "Trid lil Għawdex jibqa' differenti minn Malta, jiġifieri, mhux biss ikollu rappreżentanti fil-Parlament, magħżula minn Għawdex, imma wkoll rappreżentanti fil-Kunsill Ċiviku t'Għawdex, li fost il-poteri tiegħu, għandu li jimponi taxi speċjali fuq l-Għawdxin li jintefqu skont ix-xewqa tal-Għawdxin stess?" Għal dan ir-referendum ivvutaw biss 1.25% ta' dawk eliġibbli – bi kważi 77% ivvutaw favur, u 23% kontra. Eventwalment il-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien abolixxa dan il-kunsill. Tliet referenda fi żmien ħdax- il sena Aktar qrib għal żminna kien hemm il-famuż referendum dwar jekk Malta għandhiex tissieħeb mal-Unjoni Ewropea fl- 2003 – liema referendum ħoloq kwistjonijiet minn bosta setturi tas-soċjetà. Iż-żewġ partiti l-kbar ħadu pożizzjoni ċara – il-Partit Laburista kien kontra, u l-Partit Nazzjonalista kien favur. Il-Partit Laburista kien mħasseb dwar dak li kien ħa jiġri jekk Malta tissieħeb, liema biżgħat kienu l-aktar dwar xogħlijiet li jistgħu jintilfu minħabba l-kummerċ ħieles. Il-PL kien iddikjara li jippreferi li Malta tifforma 'partnership' mal-UE aktar milli sħubija kompleta. Min-naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista kienu saħqu li sħubija ħa twassal għal fondi tal-UE li jistgħu jintefqu fuq it-toroq u l-industrija tat-turiżmu – sħubija li skonthom, Malta kellha bżonn l-UE sabiex tkun tista' tkampa f 'dinja globalizzata. Maġġoranza ta' Iva kienet tfisser li Malta kienet tingħaqad mal-UE fl-1 ta' Mejju tal-2004, flimkien ma' 9 pajjiżi Ewropej oħra. Meta mqabbla ma' dawn id-9 pajjiżi l-oħra, Malta rat l-akbar numru ta' nies li ħarġu jivvutaw, iżda l-inqas numru ta' nies li vvutaw favur – b'53.6% jivvutaw favur u 46.4% jivvutaw kontra mid-90.9% ta' dawk eliġibbli li xeħtu l-vot tagħhom – dan ifisser li l-kampanja tal-Iva, u b'hekk il-Partit Nazzjonalista kienu rebħu r-referendum. Iżda l-mexxej tal-Partit Laburista Alfred Sant ma kienx ammetta t-telfa – fejn kien saħaq li kienu biss 48% ta' dawk eliġibbli li vvutaw favur – jiġifieri maġġoranza kienet kontra s-sħubija għaliex jew ivvutaw le, jew astjenew, jew inkella invalidawh. B'hekk id-deċiżjoni kienet ittiħdet permezz ta' Elezzjoni Ġenerali, li ssejħet qabel il-waqt, li rebaħ il-Partit Nazzjonalista u li wassal sabiex Malta tissieħeb mal-UE fl-1 ta' Mejju tal-2004. Fl-2011 Malta ħarġet tivvota dwar id-divorzju. Malta dak iż- żmien kienet wahda fost l-uniċi tliet pajjiżi madwar id-dinja – jiġifieri l-Filippini u l-Belt tal-Vatikan, li fih wieħed ma setax jieħu d-divorzju. Din id- darba l-partiti l-politiċi l-kbar kienu ħallew vot liberu, u ma ħadux pożizzjoni bħala partit. Il-Knisja Kattolika f 'Malta kienet enkoraġġiet lin-nies jivvutaw kontra d-dħul tad- divorzju f 'Malta. Ir-referendum kien għadda b'53.16% tal-voti favur, u 46.84% kontra. Dan ir-referendum kellu bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Malti biex jidħol fis-seħħ bħala liġi. Mat-tielet qari tal-abbozz dwar il-liġi tad- divorzju, nhar il-25 ta' Lulju 2011, b'maġġoranza ta' 52 vot favur, 11-il vot kontra inkluż tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Lawrence Gonzi, u 5 astensjonijiet, il-Parlament approva mill-istadju finali tat-Tielet Qari l-abbozz ta' liġi dwar id-divorzju. Il-liġi daħlet fis-seħħ fl-1 t'Ottubru 2011. Ir-referendum ta' nhar is- Sibt, 11 ta' April Issa jmiss is-seba' referendum f 'Malta, it-tielet tul dawn l-aħħar 11-il sena. Dan ir- referendum qiegħed jissejjaħ storiku propju għaliex huwa l-ewwel referendum abrogattiv f 'Malta. Il-Koalizzjoni kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa ġabret aktar minn 44,000 firma f 'petizzjoni għal referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa. Dan ifisser li kien hemm 10% tal-votanti reġistrati – hekk kif speċifikat fl-Att dwar ir-Referenda. Sabiex ikun validu dan ir-referendum jridu joħorġu jivvutaw aktar minn 50% ta' dawk eliġibbli. Ta' min wieħed jgħid li jekk dan ir-referendum ma jgħaddix, ma jistax jerġa' jsir referendum fuq l-istess suġġett għal sentejn sħaħ. L-ikkampanjar favur il-kaċċa qiegħed isir mill-IVA li tisħaq li l-kaċċa fir-rebbiegħa hija waħda sostenibbli, waqt li dik kontra qed issir mill- kampanja SHout – li min- naħa tagħha qed issostni, fost l-oħrajn, li mhix sostenibbli li jkollok kaċċa fuq tjur li jkun qiegħed ipassi minn fuq Malta sabiex ibejjet fit-Tramuntana tal-Ewropa mhux sostenibbli, speċjalment għaliex lill-għasfur ma ttihx ċans jirripproduċi. Għalkemm il-kapijiet tal-partiti l-kbar ddikjaraw li ħa jkunu qed jivvutaw favur, il-partiti politiċi ma ħadu l-ebda pożizzjoni. Kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni ħallew id- deċiżjoni f 'idejn il-poplu biex jivvota skont dak li jħoss li hu ġust jew le – nhar is-Sibt 11 ta' April 2015. Ir-referenda fl-istorja ta' Malta Id-dokument tal-vot li ntuża fir-referendum tal-2011 dwar id-divorzju f'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015