Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

JOHN BUSUTTIL LILLUM jista' jiżvela ħolma li qed jaħdem fuqha l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo. Din il-ħolma tikkonsisti fi proġett li jista' jkun meqjus bħala wieħed uniku hekk kif binja waħda se tospita tlett reliġjonijiet taħt l-istess saqaf - Kattoliċi, Lhud u Musulmani. Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta, u li huma qrib sew tal-Ministru Anton Refalo, qalu li l-Ministru Għawdxi hu bniedem intiż ħafna fl-arti. "Anton minn dejjem kien joħlom li jħalli monument f 'Għawdex mibni mill-perit famuż Malti Richard England." Fil-fatt il-Perit England diġà għamel il-pjanta għal din il- post uniku u li din il-gazzetta qed taqsam mal-qarrejja bil- permess tiegħu. Il-fatt uniku dwar din dan il-post hu li se tkun qed isservi ta' post ta' talb għal tlett reliġjonijiet differenti. Tlett reliġjonijiet li meta wieħed iħares lejn dak li qed jiġri fid- dinja, jara popli b'reliġjonijiet differenti li huma f 'kunflitti ma' xulxin. L-għan ta' dan il-post hu li jgħaqqad dawn ir- reliġjonijiet taħt l-istess saqaf. €1.00 Nr 442 • 05 ta' April 2015 www.illum.com.mt Twelidt tifel maqbud f'ġisem ta' tifla - Alex Mangion NEWSPAPER POST Knisja, Moskea u Sinagoga taħt saqaf wieħed Ikompli f 'paġna 2,3 Chris Said għada f 'REPORTER Jipposponu l-kampanji elettorali WARA ġimgħa fl- aħbarijiet, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said għada se jkun f 'REPORTER fejn flimkien mall-Ministru għall-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, se jiddiskutu l-aħħar erba t'ijiem tal- kampanja elettorali għall- elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Il-programm ippreżentat minn Saviour Balzan se jiddiskuti jekk l-interess prinċipali f 'dawn l-elezzjonijiet għandux ikun il-partit jew il-lokalità. Jistaqsi wkoll jekk hux qed jintlaħqu l-aspettativi tar-residenti kif ukoll x'inhuma x-xogħlijiet li qed jitwettqu u l-importanza tar-riżultat aħħari għall-partiti rispettivi. Fil-programm se jkun hemm ukoll interventi miċ- Chairperson tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola. REPORTER jixxandar għada fl-21.45pm fuq TVM. ILBIERAĦ ivvutaw 1,262 ċittadin Malti li applikaw biex jivvutaw kmieni għar- referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa - 300 applikant aktar milli kien hemm fir- referendum għad-divorzju. L-applikanti vvutaw qabel minħabba li ħa jkunu msiefra jew inkella l-isptar nhar is-Sibt, 11 ta' April – jiġifieri l-jum li fih ħa ssir il-votazzjoni nazzjonali għar-referendum kif ukoll għall-kunsilli lokali. Ilbieraħ ivvutaw għar- referendum ukoll 3,040 anzjan u anzjana f 'djar residenzjali. Barra minn hekk 2,088 minn dawk li applikaw biex jivvutaw kmieni, u 1,307 fi djar residenzjali kellhom jivvutaw għall-elezzjoni tal- kunsilli lokali. Il-votazzjoni saret kemm fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, kif ukoll fid-djar tal-anzjani. Il-votazzjoni issa mistennija tkompli l-Ħamis 9 ta' April għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali t'Għawdex, L-Isptar Monte Karmeli u l-Isptar Karin Grech. L-assistenti kummisarji elettorali jivvutaw nhar il- Ġimgħa, 10 ta' April. Il-mistoqsija tar- referendum li għaliha ħa jkunu qed iwieġbu l-votanti hija "Taqbel li d-dispożizzjonijiet tar- Regolamenti dwar Qafas biex tiġi permessa Deroga li tiftaħ l-istaġun tal-Kaċċa tal-Gamiem u tas-Summien fir-Rebbiegħa għandhom jibqgħu fis-seħħ?" Dawk li huma kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa għandhom jagħżlu 'le', filwaqt li dawk li huma favur għandhom jagħżlu 'iva'. Aktar nies jivvutaw kmieni ILPARTITI politiċi qablu li jipposponu l-kampanji elettorali tagħhom għall-elezzjonijiet lokali għal ħamest ijiem bejn l-Erbgħa 1 ta' April u llum Ħadd il-Għid il- Kbir. Dan il-posponiment sar sabiex jaraw li ma jkunx hemm tfixkil fil-funzjonijiet reliġjużi, liema funzjojnijiet igawdu popolarità mal-maġġoranza tal-Maltin u Għawdxin kollha. Kontestant Malti għal Mr. Gay World ARA PAĠNA 23 INTERVISTA PAĠNI 1415 Jien se nivvota LE u int? Jekk inti jew xi ħadd li taf jeħtieġ l-għajnuna biex imur jivvoata dakinhar, jekk jogħġbok ċemplilna fuq 77615541 Jien se nivvota Imqabbel mar-referendum dwar id-divorzju Chris Said

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015