Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 | illum 11 imprezzabbli li tiswielekx flus Min għal xi raġuni jew oħra ma jistax ikun donatur, għandu jipprova jħeġġeġ lil ħaddieħor sabiex jagħti d-demm u jkunu verament qed jagħmel il-parti tiegħu. Min juża dan id-demm? Huma diversi n-nies li jiġu bżonn id-demm, u f 'ħafna mill-każi mingħajr ma jkun prevvist, għaliex l-aktar li jintuża d-demm huwa f 'każi għallarrieda ta' inċidenti tat-traffiku jew fuq il-post tax-xogħol. Minbarra dawn, jibbenefikaw mid-demm bosta pazjenti morda bil-kanċer fosthom diversi tfal li tul is- sena jlaħħaq medja ta' 36 tifel u tifla. Wieħed jista' jgħid ukoll li madwar 10% tad-demm li jkollu l-Bank tad-Demm fl-Isptar Mater Dei, jiġi użat mill-pazjenti li jkunu morda bil-kliewi. Ta' min isemmi wkoll l-ammont ta' demm li jintuża ta' kuljum biex isiru numru kbir ta' operazzjonijiet maġġuri. Wieħed jista' jsemmi ukoll l-operazzjonijiet speċjalizzati li jsiru minn żmien għal żmien, bħal ngħidu aħna il madwar 20 operazzjoni tal-iskoljożi li fi ftit tal-jiem oħra ser isiru fuq għadd ta' adoloxxenti, fejn bla dubju ser ikun hemm bżonn ta' ammonti ikbar ta' demm. Id-demm wara l-għotja F'donazzjoni waħda, jittieħed 475ml ta' demm u ammont ieħor żgħir sabiex jintuża għat- testijiet biex jiġi determinat il- grupp tad-demm kif ukoll jiġi ttestjat għal xi mard infettiv. Il-proċess li tgħaddi minnu borża demm minn meta titlaq mingħand id-donatur sakemm tasal għand il-pazjent fil-bżonn huwa twil mhux ħażin. Minn borża demm, jinħarġu tlett prodotti, il-plażma, il-pjastrini u l-konċentrat ta' ċelloli ħomor - għaldaqstant, b'għotja demm, tkun qed tgħin 3 pazjenti fi żminijiet differenti. Min-naħa tagħhom it-tekniċi tal-laboratorju jagħmlu xogħol twil fl-ittestjar u verifiki tal-kampjuni tad-demm li jaslulhom. Dan il-pass jittieħed b'serjetà kbira tant li l-verifiki jsiru iktar minn darba. Dan sabiex jiġi aċċertat li d-demm li jkun se jingħata lil pazjent ikun ħieles mill-mard u sigur u kemm jista' jkun, għaliex kif sostnew it-tekniċi għal diversi drabi, "mad-demm ma niċċajtawx." Għalqastant meta l-kwalità tad-demm tkun dubbjuża minħabba li xi wieħed mit-testijiet ikun instab pożittiv għall-mard infettiv, il- borża tad-demm tiġi mwarrba. Għalhekk ix-xjentisti tal- laboratorju jkunu attentissimi biex jikkonfermaw u jerġgħu jivverifikaw kull prodott tad-demm u ikunu ċerti li mil-laboratorji tal-ipproċessar qatt ma joħroġ prodott tad- demm li ma jkunx ta' kwalità. Marbut mal-kwalità tad-demm wieħed irid isemmi li meta xi boroż tad-demm tkun qabżitilhom x-shelflife, jiġifieri tkun qabżitilhom id-data tal- iskadenza, dawn jiġu ritornati lura fil-laboratorju tal-kontroll tal-kwalità u juġu wżati għal skopijiet tal-istess kwalità. Bżonn ta' demm Il-Bank tad-Demm, dejjem ikollu bżonn id-demm, anke meta ma jagħmlix appelli urġenti fil-mezzi tax-xandir, dan għaliex fl-isptarijiet tal-gżejjer Matlin jintużaw madwar 50 borża. Fil-fatt, il-Bank tad-Demm spiss jiġi deskritt bħala il-bank bla bank, dan għaliex id-demm li jagħtu d-donaturi jdum fih ftit tal-jiem biss u dan wara li kif għedna jsirulu t-testijiet u l-verifiki kollha neċessarji qabel jittieħed fl-isptarijiet sabiex jintuża mill-pazjenti fil-bżonn. Il-Bank tad-Demm sikwit jorganizza kampanji sabiex iħeġġeġ lin-nies jibdew jew ikomplu jagħtu d-demm, bil- mobile blood donation unit idur diversi lokalitajiet u attivitajiet sabiex ikun eqreb tan-nies. Riċentement bdiet ukoll kampanja li tgħaqqad l-għoti tad-demm mal-festi tar-raħal peress li l-istaġun tagħhom qiegħed dejjem joqrob. Dan isir billi jiġu mħeġġa n-nies tal-lokalità fejn ikun hemm il-festa tar-raħal biex f 'dak ix-xahar jagħtu d-demm bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom u bil-ħsieb li jgħinu lil dawk li ma jistgħux igawdu l-festa ta-raħal. Żjara liċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa Fi żjara tiegħi liċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa sabiex niġbor iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm, kelli l-privileġġ li nara ftit mill- proċess li jinvolvi biex jinħareġ il-prodott finali. L-għan taż- żjara kien li nara xi jsir, u ma kienx fi ħsiebi li nsir donatur tad-demm għall-ewwel darba minħabba biża' mil-labbra. Però, meta sirt naf iktar fuq kemm ikun qed isir ġid, u s-serjetà li bih isir ix-xogħol ikkonvinċejt lili nniffsi li tal- anqas għandi nipprova. Hekk għamilt, u fil-fatt tajt l-ewwel borża demm tiegħi. Kelma ta' kuraġġ Jekk persuna bħali li kienet tibża', għamlet il- kuraġġ u tat borża demm, ħadd m'għandu jaqta' qalbu. Wieħed irid iżomm f 'moħħu kemm ser isir ġid bl-għotja tiegħu. Iċ-Ċentru tal-Għoti tad- Demm ta' Gwardamanġa jiftaħ kuljum (7 tijiem fil- ġimgħa)mit-8:00 sas-18:00 inkluż Ħdud u festi Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur www.blood. gov.mt Facebook www.facebook. com/bloodmalta 220 66 201 jew 79307 307 waqt il-ħinijiet tal-ftuħ. Gianluca Bezzina waqt kampanja favur l-għoti tad-demm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015