Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

Kif dħalt fid-dinja tad- diżinjar tal-ħwejjeġ? Il-kreattività kien suġġett li dejjem kont nieħu gost nesperimenta bih. Studjajt il-qasam tad-diżinn u l-arti - biss dejjem kelli il-ħtieġa biex niffoka fuq il-moda. Bdejt nesperimenta bil-materjali biex dejjem nipprova noħloq xi diġà differenti mis-soltu. Taħseb li persuna tista' tgħix minn hekk biss? Forsi jista' ikun daqsxejn diffiċli biex tgħix minn qasam tal-moda biss, speċjalment sakemm tkun għadek qed tiżviluppa u anke jekk ikollok stil li ikun daqsxejn differenti min-norma. Biss nemmen li industrija tal-moda qeda tikber ħafna u b'mod aktar veloċi. Fl-aħħar kollezzjoni tiegħek rajna inspirazzjoni minn poeżiji u tradizzjoni letterarja Maltija - kif bdiet din l-idea? L-idea ghal din il- kollezzjoni L-Omm li tatna isimha! bdiet billi bdejt inħares u nosserva il-bidla li qed issir u nuqqas ta' apprezzament lejn l-identità u lingwa tagħna. B'din il- kollezzjoni ridt infakkar lil dawk il-persuni li ħadmu favur l-Indipendenza u li dejjem apprezzaw u iġġieldu favur art tweliedhom. Xi tfisser il-kultura u t-tradizzjoni Maltija għalik? Il-kultura u tradizzjoni huma dawk iż-żewġ suġġetti li jagħmluna differenti minn popli oħra. Fhiex issib l-inspirazzjoni għall-kollezzjonijiet? Nista' ngħid li għalija l-inspirazzjoni tista' tiġi minn kollox. Inħobb li nidħol fil-fond tas-suġġett biex b'hekk inkun nista nesprimih b'mod differenti. Taħseb li permezz ta' mezzi aktar "cool" bħalma hija l-moda, tista' titwassal il- kultura Maltija lil udjenza li forsi ma tkunx taf biha? B'mod partikolari żgħażagħ? Iva, nemmen li il-qasam tal-moda jista' ikun mezz ta' media. Jien għalija il-moda qeda hemm mhux biex sempliċi twassal l-istil, imma ukoll biex twassal messaġġ u espressjoni. Il-ġenerazzjoni żagħżugħa jinspiraw u anke jinfluwenzaw ruħhom minn din l-industrija. Allura tista' tkun mezz tajjeb kif twassal taghlim lejn din il- ġenerazzjoni. Il-ħwejjeġ għalik personali xi jfissru? Il-ħwejjeġ huma il-mera tal-individwu, kif diġà spjegajt qabel jistgħu jkunu ukoll l-espressjoni. Illum hawn ħafna individwi li jfittxu stili diffirenti biex jidhru jispikaw min-norma. Taħseb li l-industrija tal- moda hawn Malta fadliliha x'taqdef? Kif? Jien nemmen li dawn l-aħħar snin għamilna qabża kbira. Hawn ħafna aktar apprezzament u investiment lejn din l-industrija. Il-poplu Malti qed juri aktar interess anke lejn il-prodott lokali. Kif tħoss li dak li tiddiżinja jirrifletti lilek innifsek? Bħall-arti, il-moda hija espressjoni tal-individwu. X'inhu l-proċess involut meta tibda kollezzjoni ġdida - mit-tpenġija sal-prodott finali? Il-proċess jibda b'ricerka fuq il-kunċett u l-inspirazzjoni. Wara jibdew jintagħżlu l-materjali u il- kulur. Imbagħad ikun imiss li jibda il-proċess tad-diżinni u wara il-kompożizzjoni u manifattura. Wara jsir it-tiġrib u joħroġ il-prodott finali. Wara dan kollu jibda wkoll il-proċess tal- preżentazzjoni. Hemm xi pjanijiet għall- futur? Xejn partikolari. Nixtieq li nkompli nesperimenta f 'dan il-qasam u nwassal l-espressjoni u l-arti. Ħames Minuti ma' Ritienne Zammit Ħames Minuti L-Omm li tatna isimha! Mhux biss vers mill-Innu Malti, imma wkoll kollezzjoni tal-ħwejjeġ. L-ILLUM ltaqgħet mal-moħħ wara l-kollezzjoni, Ritienne Zammit 24 illum | Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 Ritienne (lemin) waqt sfilata ta' kollezzjoni oħra minn tagħha L-Omm li tatna isimha! hija kollezzjoni b'apprezzament għall-identità u l-lingwa Maltija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015