Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 | illum 3 Il-każ tal-bini t'università fiż-Żonqor . . . @reportermalta reporterontvm Reporter jixxandar għada t-Tnejn fi d-8.40pm fuq TVM2 b'ripetizzjoni fuq TVM fl -9.45pm REPORTER jiddiskuti l-iskandlu fi l-bini tal-isptar Mater Dei Laburista, kariga li hi meqjusa bħala waħda ta' lealtà totali lejn il-partit. Mistoqsi dwar l-attendenza tiegħu għal din it-tnedija, Godfrey Farrugia qal li hu tkellem bosta drabi favur l-ambjent u kuldarba li kien hemm kwistjoni kbira fuq is-suġġett. Farrugia saħaq li l-kwistjoni mhix ħa tasal f 'punt li jittieħed vot fuqha fil-Parlament filwaqt li nsista li l-gvern għandu impenn kbir biex iħares l-ambjent. "L-għan ta' dan il-Front huwa wieħed purament ambjentali min-natura tiegħu. Dan il-Front huwa miftuħ għar-residenti, individwi, ġejjin minn liema sfond ġejjin, u għal organizzazzjonijiet li għandhom l-istess għanijiet tagħna." Intant Michael Briguglio qal li l-każ taż-Żonqor huwa prijorità għall-grupp, iżda mhux l-unika wieħed. Huwa sejjaħ lil dawk ta' rieda tajba biex jissieħbu mal-kampanja. Briguglio fakkar kif għaxar snin ilu kien hemm front simili biex iwaqqaf l-iżvilupp ta' korsa tal-golf f 'Tal- Virtù fir-Rabat. Qal li jekk jissieħbu biżżejjed nies mal-kampanja tal-Front ODZ, anke l-iżvilupp taż- Żonqor jista' jitwaqqaf. Briguglio kien ukoll waqqaf Front kontra l-Hilton – li ried jara t-twaqqif mill-iżvilupp tal- lukanda Hilton. Il-Front Ħarsien ODZ ġie mniedi bħala tweġiba għas-sit ta' żvilupp propost għall-Universita fiż- Żonqor, li tkopri madwar 90,000 metru kwadru ta' art verġni. L-għan tal-FĦO huwa li tħares siti ODZ bħal dak li hemm fiż- Żonqor. Astrid tgħid li l-Knisja qed tippjana żewġ skejjel f 'żoni ODZ ASTRID Vella, minn Flimkien għal Ambjent Aħjar sostniet li l-bini tal- Università Amerikana ta' Malta fiż-żonqor mhijiex l-unika theddida kbira għall- kampanja Maltija hekk kif hemm ukoll applikazzjoni għal żewġ skejjel tal-Knisja li għandhom jinbnew f 'Ħal Għaxaq f 'żona meqjusa ODZ. Vella spegat li l-iskejjel huma iżgħar mill-każ taż-Żonqor bi ftit hekk kif l-art immarkata għal bini fiha madwar 77,000 metru kwadru t'art agrikola u li fiha hemm inklużi ħitan tas-sejjieħ u siġar li għandhom ħafna żmien. Intant rigward il-bini tal- università Amerikana ta' Malta Astrid Vella f 'isem Flimkien għal Ambjent Aħjar u żewġ NGO's oħra, Friends of the Earth u Ramblers Malta, qalet li ż-żona għandha ssir jew f 'Forti San Rokku, Forti San Salvatore, jew Forti Ricasoli. L-NGOs sostnew li l-forti ssuġġeriti għandhom "konnessjonijiet tajbin", fejn it-tliet fortijiet huma viċin ħafna ta' xulxin, u b'hekk ideali għat- trasport permezz ta' karreġġati apposta għar-roti jew servizz ta' shuttle buses. Din id-dikjarazzjoni tiġi wara konsultazzjoni fuq l-internet li ġiet imnedija mill-Uffiċju tal-Prim Ministru, wara kontroversja dwar is-sit li ntagħżel għall-bini ta' din l-università – liema sit huwa wieħed ODZ fiż-Żonqor f 'Wied il-Għajn – żona ta' 90,000 metru kwadru ta' art verġni. Il-MEPA issa qed tfittex siti alternattivi u iżgħar, fejn qed tidher possibli wkoll li l-kampus tal-università jinqasam fuq aktar minn art waħda. Sadanittat l-eNGOs appellaw ukoll lill-awtoritajiet tal-Knisja biex jerġgħu jikkunsidraw l-użu tas-sit f 'Ħal Għaxaq għall- iskejjel sabiex jagħtu eżempju ta' kif għandhom jiġu trattati dawn il-kwistjonijiet ambjentali għall- benefiċju tas-soċjetà. Mistoqsijiet dwar jekk hux tenibbli li l-Whip tal-PL jingħaqad mal-Front Ħarsien ODZ Astrid Vella Rosette Thake Briguglio jagħti ieħor

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015