Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 ĠUŻEPPI Cachia ta' 27 sena, li kien magħruf bħala "ta' Letanja", minn Ħaż- Żebbuġ, wieħed minn dawk akkużati bil-hold-up fuq it-trakk tan-Navy Ingliża f 'April tal-1948, baqa' jiċħad l-involviment tiegħu f 'dan ir-reat kriminali, iżda l-ġurati ħasbuha mod ieħor. Ix-xhieda ta' wieħed mill- akkużati Meta għażel li jixhed fil-ġuri li hu stess kien għaddej minnu, Ġużeppi Cachia beda biex qal li erbat ijiem wara s-serqa kienu marru l-Pulizija għandu u għamlu tfittxija fid-dar tiegħu. Minn hemm Cachia ttieħed lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fejn kien interrogat mill-prim investigatur, is-supretendent Manwel Calleja. Fost ħafna mistoqsijiet huwa kien mistoqsi jekk kienx jaf lil Salvu Fenech, ta' 24 sena, Manwel Cardona ta' 26 sena u lil Ġanni Buttigieg, Għawdxi li kien joqgħod Ħaż-Żebbuġ. Cachia kompla jixhed li s-Supretendent Calleja staqsieh ukoll meta kien mar l-aħħar Għajn Dwieli u hu wieġeb li kien mar f 'dan il-post il-Ħamis ta' qabel. Ix-xhud semma' wkoll li ftit wara kien daħal fl-uffiċċju tas-Supretendent Calleja, Lippu Tanti li l-karozza tiegħu ntużat biex marru fuq il-post tar-reat u dan qal li dakinhar tas-serqa hu (Cachia) la kien il-Marsa u lanqas fir-razzett ta' Fenech, imma kien f 'Għajn Dwieli. Cachia qal ukoll li xi ġranet wara li kien meħlus kien reġa' bagħat għalih l-istess Supretendent Calleja u staqsieh jekk kienx jaf xi ħaġa dwar is-serqa tal-pagi tal-ħaddiema tat-Tarzna. It-tweġiba tiegħu kienet fin- negattiv u dwar dan għamel stqarrija bil-miktub lill- Pulizija. Dwar dakinhar tas-serqa, Cachia qal li filgħodu kmieni kien telaq lejn il- Belt u billi kien ra lil Ġanni Buttigieg bl-inċirata tax- xita taħt driegħu basar li s-serqa kellha ssir dakinhar. L-akkużat kompla jgħid li mill-Belt kien mar Bormla u wara li sar ftit tal-ħin mar Ħaż-Żebbuġ u għall-ħabta ta' Nofsinhar Manwel Cardona (ħatnu) mar għandu d-dar, u qallu – "Hemm kien kollox sew." Huwa qal ukoll li s-Sibt kien iltaqa' ma' Fenech u dan kellmu dwar il- każ u qallu wkoll li min spara kien spara fl-ajru. Għall-mistoqsija li saritlu, l-akkużat qal li hu ma kienx qal lis-Supretendent Calleja li t-tabella kien ħadimha hu. Hawn sar konfront u fl-awla reġa' daħal is- Supretendent Calleja u dan stqarr li Cachia kien qallu li t-tabella kien ħadimha hu u ħadha miegħu, imma ma għamilhiex fejn kellu jagħmilha, għax beża' u għalhekk remieha. Is-Sur Calleja kien diġà xehed dwar dan u kien qal ukoll li wara din l-istqarrija kien mar ifittex it-tabella u għalkemm Pulizija jaħartu għalqa biex ifittxu għall-flus Is-Serqa tal-Pagi tat-Tarzna fl-1948 – l-aħħar parti Wieħed mill-ħallelin jibqa' jiċħad li kien Ritratti: ARKIVJI GWU L-akkużati mmarkati biċ-ċrieki mix-xellug għal-lemin Ġanni Gambin, Salvu Fenech, Ġeraldu Cassar, Ġużé Cachia u Manwel Cardon waqt l-aċċess

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015