Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 Ikompli minn paġna 1 ILMINISTRU għas-Saħħa u Enerġija Konrad Mizzi saħaq din il-ġimgħa li l-gvern qed iżomm id-dritt li jfittex għad-danni meħtieġa biex tkun indirizzata l-problema li qed ikun stmat li se tiswa l-fuq minn €30 miljun. Qal ukoll li ARUP qed jiffinalizzaw id-diżinni għax- xogħolijiet meħtieġa biex titranġa s-sitwazzjoni u li x-xogħolijiet se jsiru wara sejħa pubblika. Mizzi, li flimkien mas- Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne, żvelaw r-rapport li tħejja mill-kumpanija ARUP, qal rapport jikkonferma li l-konkrit tal-Emeġenza fl-isptar Mater Dei hu wieħed dgħajjef. ARUP Marlene Farrugia, il-Franco Ikompli minn paġna 1 IDDEPUTAT Laburista Marlene Farrugia qalet li l-ODZ hu kollu prezzjuż u li diġà tlifna ħafna minn dan il-wirt ambjentali taħt gvernijiet differenti. "Qed noħolqu faqar ambjentali li ma nistgħux nifduh u lanqas inġibuh lura qatt." Marlene, li hi ambjentalista kbira, qalet li l-kwistjoni kollha bdiet fuq sieq ħażina, "għax il-fatt li lanqas biss ħarġet espressjoni ta' interess biex tingħata l-art, ukoll mhix tajba. Ma jistax ikun li min jiġi b'kartiera mimlija flus nagħtuh artna. Jien u l-ambjentalisti favur l-iżvilupp u l-investiment, iżda mhux askapitu tad- detriment tal-ftit art verġni li baqgħalna." Dwar il-proġett taż-Żonqor, Marlene qalet li marret iddur iż-żona kollha bħala politiku -"Ma kellha qatt tiġi politiċizzata għax kwistjoni bħal din trid tittieħed b'passjoni favur pajjiżna u mhux favur xi partit jew ieħor. Dwar din iż-żona, flimkien ma' diversi għaqdiet ambjentalisti, konna diġà ddeċidejna li kellu jsir park nazzjonali fejn il-familji setgħu jgawdu dan l-ambjent sabiħ. Konna waqqafna wkoll il-proposta biex issir triq u kellha ssir biss trejqa fejn timxi u trejqa għar-roti biex l-agrikoltura tiġi inċentivata u l-fortifikazzjonijiet jiġu restawrati." Farrugia kompliet tgħid li "rċevejt messaġġ minn xi residenti li għadda minn widnejhom li se jsir xi żvilupp enormi. Filgħaxija attendejt l-grupp parlamentari fejn il-Prim Ministru qalilna dak li kont diġà sirt naf permezz ta' messaġġ. Staqsjetu jekk il- proġett hux se jkun fiż-żona taż-Żonqor u weġibni fl- affermattiv. Dwar dak li ġara f 'dak il-grupp se nżommu għalija għax dak il-grupp mhux pubbliku. Però jien u l-Prim Ministru qattajna tmiem il-ġimgħa kollu nibagħtu l-messaġġi fuq il- Whatsapp, biex nikkonvinċih biex għall-proġett tintuża art diġà żviluppata. Tlabtu biex jaħsibha darbtejn għax kellu implikazzjonijiet ambjentali u politiċi x'jiffaċċja." Marlene qalet li hu qatt m'għalqilha l-bieb u dejjem baqa' jiddiskuti magħha, sal- ġurnata tal-lum. "Għalhekk nemmen li għad nistgħu nsibu alternattivi u nemmen li s-sens komun se jirrenja. Għandi fiduċja sħiħa fil-Prim Ministru li fl-aħħar jisma' mill-poplu u jagħmel l-aħjar għażla għall-ġid tan-Nazzjon kollu." Farrugia temmen li jistgħu jintużaw binjiet storiċi li jiġu restawrati u art oħra diġà żviluppata, "biex nibqgħu mal-manifest elettorali li nimxu pari passu mal- iżvilupp sostenibbli u hekk ikun hemm tkabbir ekonomiku u fl-istess ħin jirrendih sostenibbli minn kull lat." Staqsejtha jekk hemmx oħrajn mill-kamp Laburista li jaqblu magħha u jekk dan hu hekk għaliex hi biss qed titkellem, "Da żgur li hemm, tnikkitni li kważi kważi bis- skiet tagħhom qed iwasslu messaġġ li tingħata 90,000 metru kwadru ta' art verġni u agrikola tal-proġett fejn qed jiġi propost hu aċċettabbli. Għax nifhem li hemm min biex iżomm l-pożizzjoni li għandu jew biex jiggwadanja xi pożizzjoni aħjar joqgħod sieket." Fl-istess ħin fuq is-siti Ma kellha qatt tiġi politiċizzata għax kwistjoni bħal din trid tittieħed b'passjoni favur pajjiżna u mhux favur xi partit jew ieħor Il-każ tal-konkrit fl-Isptar Mater Dei . . . Il-Gvern iżomm id-dritt li jfittex għad-danni Marlene Farrugia lbieraħ waqt it-tnedija tal-Front Ħarsien ODZ Andrew Harrison jippreżenta r-rapport tal-ARUP

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015