Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 | illum 29 SPORTSillum Illum issir l-Enduro -Imġarr NHAR is-Sibt 16 ta Mejju, l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' organizzat il-11 -il programm mill- Kampjonati ASMK Pasta Poiatti 2014/15 li kien jikkonsisti fit-tiġrijiet bil-Muturi Motocross u Karozzi Autocross fejn b'kollox għal din l-attività rreġistraw 46 kompetitur. Matul il-ġurnata li bdiet fl-4.30pm, is-sezzjoni Motocross bdew bil-Heats tagħhom maqsuma f 'żewġ klassijiet, dawk ta' Klassi A li tilqa' fiha Riders li jikkompetu għall-Kampjonat Nazzjonali. Hawn rajna lil Clayton Camilleri fuq mutur KTM jiddomina il-ġurnata bir-rebħ tiegħu fiż-żewġ Heats li saru biex b'hekk ġie dikjarat rebbieħ. Trevor Muscat fuq Mutur Honda matul iż-żewġ Heats dejjem segwa lil Camilleri biex għalaq il-ġurnata fit-tieni post. Fit-tielet post spiċċa Kyle Camilleri fuq mutur KTM filwaqt li fil-ħames post spiċċa Edward Ciantar fuq mutur Kawasaki 250cc. Fi Klassi B li għal din it-tiġrija kompliet tara kompetituri ġodda, rajna lil Ludvic Muscat fuq mutur KTM ikompli jiddomina din il-klassi fejn għal darb'oħra rebaħ il-Heats kollha tal-ġurnata biex ġie dikjarat rebbieħ. Muscat kien dejjem segwit mis- sewwieq Għawdxi Adam Sultana fuq mutur Kawasaki li spiċċa l-ġurnata fit-tieni post. Fit-tielet post għalaq iż-żagħżugħ Mark Mamo fuq mutur Yamaha 85cc filwaqt li fir-raba' post spiċċa Nikovich Chircop fuq mutur KTM. Sewwieqa ġodda li ħadu sehem f 'din il-klassi kienu l-aħwa Matthew u Jack Bailey li t-tnejn ikkompetew fuq muturi KTM. Il-Klassi Motocross Open intrebħet minn Clayton Camilleri fuq KTM segwit minn Trevor Muscat fuq Honda filwaqt li fit-tielet post spiċċa Edward Ciantar fuq Kawasaki. Is-Sezzjoni Karozzi Autocross bdiet għall-ħabta tat-8pm bi tliet klassijiet: Autocross Modified, Autocross Standard u Autocross Gozo. L-attività tal-karozzi bdiet bis-sezzjoni Autocross Modified fejn 26 karozza kkompetew fit-tliet Heats tal-ġurnata. Ryan Scerri fuq Opel Corsa irnexxielu jirbaħ il-Heats kollha tal-ġurnata fejn assigura postu fil- finali. Scerri, minħabba li matul dan l-istaġun ma kkompetiex bizzejjed f 'events skont ir-regoli kellu jiġi trasferit u jkompli jikkompeti fil-Finali ta' Klassi B. Għall-finali ta' Klassi A, ikkwalifikaw Vince Farrugia fuq Volkswagen Fox, Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Gordon Johnson fuq Peugeot 205, Lucas Pace fuq Honda Civic, Philip Joe Vella fuq Opel Corsa u Josef Abela fuq Vauxhall Nova. Għall-Finali ta' Klassi B, ikkwalifikaw Ryan Scerri fuq Opel Corsa, Matthew Borg fuq Vuaxhall Nova, Christian Apap fuq Ford Fiesta, Godwin Martin, Jonathan Camilleri u Malcom Borg it-tlieta fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħrug tajjeb minn Camilleri u Martin fejn sa ftit qabel l-ewwel kantuniera, huma baqgħu mwaħħlin ma' xulxin, segwiti mill-aħwa Borg. Fil-kantuniera Martin spiċċa weħel b'Camilleri jieħu t-tmun tal-finali segwit mill- aħwa Borg. Għal xi raġuni, l-assistant referee, ordna li titwaqqaf it-tiġrija u hekk ġara. Fuq parir tar-referi, wara li wkoll ġiet analizzata l-korsa minħabba skoss li trabba fil-kantuniera, ġie deċiż li l-finali jiġu posposti fejn hu mistenni li dawn il- finali A u B jerġgħu jibdew f 'ġurnata oħra li titħabbar aktar tard. Intant, qabel il-finali B, laħqet saret il-finali tal- Autocross Standard li kkwalifikaw għaliha Salvu Micallef fuq Volkswagen Polo, Traydon Bailey fuq Ford Ka, Deane Farrugia fuq Citroen AX, John Agius fuq Peugeot 206 u Johann Vella fuq Opel Corsa. Mat- tluq rajna lil Micallef jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Bailey u Farrugia b'dan tal-aħħar mill-ewwel beda jagħmel pressjoni fuq Bailey sakemm wara erba' dawriet Farrugia rnexxielu jissupera lil Bailey. Il-finali kompliet b'taqtigħa bejn Bailey u Vella fejn ftit qabel tmiem it-tiġrija b'azzjoni anti-sportiva min-naħa ta' Vella, Bailey spiċċa biex kellu jieqaf mit-tiġrija. Vella ġie sospiż mir-referi tal- ġurnata. Ir-riżultat finali spiċċa b'Micallef rebbieħ segwit minn Farrugia u Agius, filwaqt li Bailey kellu jikkuntenta bir-raba' post fl-ewwel tiġrija tiegħu. Fil-Finali 'Autocoss Gozo', Cecil Cefai fuq Ford Escort rebaħ il-finali fejn kien segwit minn Joseph Agius fuq Ford Fiesta. L-attivitajiet tal-ASMK se jkomplu illum permezz tal-Kampjonat Enduro li se jiġi organizzat fil-barriera Torri Falka fiż-Żebbiegħ tal-Imġarr. L-attività tibda fl-10am. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk. org.mt jew is-sit soċjali Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Inkella, jista' jibgħat email fuq info@asmk.org.mt Adam Sultana fuq Kawasaki Divorzju bejn Handanovic u Inter? Borussia Dortmund u West Ham United isegwu lil Mattia Perin GĦADU mhux magħruf jekk il-goalkeeper numru 1 ta' Inter Samir Handanovic hux se jilbes il-flokk ta' Inter matul l-istaġun li ġej. Dan hekk kif qed jissemma' li postu bejn il-lasti ta' Inter jista' jieħdu l-goalkeeper Franċiż ta' Saint Etienne, Stephane Ruffuer. Fost l-istaġun ferm diżappuntanti li kellhom Inter matul dan l-istaġun li jista' jitqies tali għax ma rnexxielhomx jilħqu t-tragward li kellhom fil- bidu tal-istaġun, jiġifieri dak li jiksbu post fil-UEFA Champions Legaue, nistgħu ngħidu li l-goalkeeper Sloven kien wieħed mill-ftit affarijiet pożittivi tan- Neroazzurri. FOST il-kandidati ewlenin biex jieħdu post il-goalkeeper titolari tat-team nazzjonali Taljan, Gianluigi Buffon, insibu lill-goalkeeper ta' Genova, Mattia Perin. Dan xhieda tal-wirjiet mill-aqwa li kellu l-istess goalkeeper żagħżugħ ma' Genoa, tul dan l-istaġun. Dan wassal ukoll biex Mattia Perin jattira l-interess ta' Borussia Dortmund u West Ham United, fejn huwa rrapurtat li jinsabu lesti biex joffru s-somma ta' €15-il miljun biex jassiguraw ruħhom minn dan il-goalkeeper, imwieled fl-1992. Il-goalkeeper internazzjonali Sloven ta' Inter Samir Handanovic Il-goalkeeper ta' Genova u tat-tim nazzjonali Taljan, Mattia Perin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015