Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465
30 illum Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 SPORTSillum "Riforma tal-plejers pożittiva tal-barranin l-Kampjonat QUDDIEM attendenza ferm numeruża tal-membri tal-Kunsill tal-MFA, li jirrapreżentaw lill-klabbs rispettivi fi ħdan l-MFA, ftit tal-jiem ilu, ġiet diskussa ir-riforma tal-player status, li tant kienet fl-aħbarijiet sportivi f 'dawn l-aħħar xhur. Kif kien ftit jew wisq mistenni, wara vot li ttieħed fejn inkisbet maġġoranza assoluta, ġie deċiż li l-klabbs tal-Kampjonat Premier se jkunu jistgħu jutilizzaw seba' plejers barranin fl- iskwadra tagħhom mill- istaġun li ġej. Dan ġie diskuss waqt Laqgħa Ġenerali Straordinarja organizzata mill-MFA, fejn ġew ippreżentati l-emendi proposti għar-ratifikazjoni mill-membri tal-Kunsill tal-MFA u mid-delegati tal- klabbs. Wara konsultazzjoni wiesgħa li bdiet iktar minn sena ilu, l-MFA fasslet numru ta' emendi bħala parti minn riforma wiesgħa li għandha tibdel il-futbol lokali b'mod sostanzjali, f 'dak li għandu x'jaqsam ma' drittijiet u obbligazzjonijiet ta' plejers u klabbs, kif ukoll fejn hu konċernat kumpens ta' trasferimenti. Norman Darmanin Demajo ammetta li s-sistema tal- parametri ma kinitx tajba u wara vot li ttieħed lejn l-aħħar tal-laqgħa, ġie deċiż li mill- istaġun li ġej dawn jinqatgħu bin-nofs jiġifieri b'50%, waqt li b'seħħ mis-sena ta' wara jinqatgħu b'25%, u jibqgħu hekk għas-snin ta' wara. F'kummenti oħra, il-viċi president tal-MFA, Dr Chris Bonett, li huwa wieħed mill-imħuħ ewlenin wara din ir-riforma tal-players, irrakkomanda li l-istatus tal- klabbs professjonali Maltin għandha tinqaleb għall- Klassi 4. Dan sabiex il-klabbs Maltin ikunu esklużi li jħallsu s-somma ta' kumpens għat- taħriġ f 'każijiet simili bħal dak tal-eks plejer ta' Ħamrun Spartans, Sylvano Comvalius. Dan kollu jkun jista' jsir wara li l-FIFA tapprova t-talba uffiċjali min-naħa tal-MFA. Fl-aħħar tal-laqgħa, il- president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, rringrazzja lil dawk preżenti fil-Kamra, fejn irrimarka li għalkemm xi kultant ikun hemm xi battibekki bejn il-klabbs u bejn l-amministrazzjoni tal-MFA, immexxija minnu, huwa jinsab persważ li ż-żewġ naħat konċernati qed jagħmlu kollox għall-akbar ġid tal- futbol Malti. Huwa tenna li dan kien eżerċizzju ferm wiesa' li involva ammont kbir ta' persuni u ta' sigħat, fejn iżda huwa tenna li jinsab ferm kuntent hekk kif saħaq li bħala MFA irnexxielhom jilħqu tragward kbir, u li se jibqa' msemmi fl-istorja tal- football Malti. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas huwa tenna li qed jiffoka fuq strateġija intensiva ta' riklamar u kummerċjalizzazzjoni tal- Kampjonat BOV Premier, u dan biex ikun hemm iktar dħul finanzjarju għall-klabbs li jieħdu sehem f 'dan il- Kampjonat. Huwa tenna li għadu kmieni wisq biex ikun addotat dan l-istess stil għad- diviżjonijiet l-oħra tal-football Malti hekk kif għadu jqishom bħala amateur. Kemm Bjorn Vassallo kif ukoll Dr Chris Bonett, kienu ferm kuntenti b'dan l-eżitu wara bosta ħidma intensiva min-naħa tal-MFA. Saħansitra, Dr Chris Bonett, iddeskriva din il-ġurnata bħala mument storiku fil-presidenza ta' Norman Darmanin Demajo fl-MFA u anki għall-futbol Malti b'mod komplessiv. Min- naħa l-oħra, Bjorn Vassallo tenna li bħalissa l-MFA tinsab fil-pożizzjoni eżatta tal-programm mandatorju li kellha l-MFA fil-bidu tal- presidenza ta' Darmanin Demajo. Vassallo kompla li minn dan kollu se jibbenefika l-futbol Malti in ġenerali u speċjalment, it-tim nazzjonali. Huwa tenna li jinsab ċert li fil-futur ġejjieni, dan kollu se jħalli l-frott mixtieq għal kull min hu midħla tal-futbol lokali. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA kkonkluda li l-MFA dejjem tagħmel dak kollu possibli biex tagħti l-importanza tagħha lill- grassroots, kif deher evidenti fl-aħħar snin. Dan għax jemmen li huwa permezz ta' dan li nistgħu tabilħaqq naraw avvanz konsiderevoli fil-futbol Malti, li wara kollox rajna tul l-aħħar snin. Intant, dan il-ġurnal iltaqa' mas-Segretarju Ġenerali tal- MFPA, Carlo Mamo, fejn tana l-fehmiet tal-MFPA rigward din ir-riforma, f 'dettall liema bħalu. Huwa saħaq li: "Wara erba' snin ta' ħidma mil-MFPA biex issir tibdila radikali fir-rigward tar- regolamenti tal-plejers tal-futbol, suppost mid-9 ta' Ġunju li ġej, se jidħlu fis-seħħ jew se jiġu emendati numru ta' regolamenti. Fost l-iktar importanti hemm: 1) Il-Complaints Board li huwa bord fejn jiġu deċiżi każijiet bejn plejers u klabbs se jkun kompost skont kif rakkomandat mil-FIFA, jiġifieri jkun hemm l-istess numru ta' rappreżentanti tal- plejers daqs in-numru ta' rappreżentanti tal-klabbs. Dan il-bord sa ftit tas- snin ilu kien kompost biss minn membri tal-klabbs. 2) Meta tifel ta' 14-il sena irid jiffirma reġistrazzjoni ma' klabb flok se jkollu żmien obbligatorju sa 21 sena, issa ż-żmien obbligatojru mistenni jsir sa meta jispiċċa mil-U/19. In- nursery fee li trid titħallas għal kull sena biex it-tifel jiċċaqlaq issa se tkun ta' €300 flok €350 kif kienet qabel. Din hija xi ħaġa pożittiva oħra wkoll, anki jekk sa ftit tal-ġimgħat qabel ir-riforma, iż- żmien obbligatorju kien miftiehem li jkun sal- aħħar tal-U/17 u mhux sal-aħħar tal-U/19. 3) Plejer tal-futbol hawn Malta jista' jkun full-time professional, part-time professional jew amateur. Sal-lum hemm limitu fuq l-pagi fejn plejer ma jistax jaqla' iktar minn ċertu ammont. Eżempju, part- time plejer li x-xogħol full- time tiegħu ma jkunx il- futbol seta' jaqla' sa mhux aktar minn €350 fix-xahar, waqt li plejer full-time li x-xogħol full-time tiegħu huwa l-futbol seta' jaqla' sa mhux aktar minn €1200 fix-xahar. Dawn il-limiti fuq il-pagi issa mistennija jispiċċaw biex il-kuntratti tal-plejers ikunu iktar trasparenti. Minn hawn l-MFPA tħeġġeġ lill-plejers kollha li ma jiffirmaw l-ebda kuntratt jekk l-ammont miftiehem ma jkunx imniżżel kollu fuq il-kuntratt. Jekk plejer ikollu miktub l-ammont kollu fuq il-kuntratt u l-klabb għal xi raġuni ma jkunx irid iħallas lill- plejer, il-plejer għandu dritt jikteb lill-Complaints Board. F'każ li ma jkollux Malta football reform unanimous vote pic - Il-membri tal-Kunsill tal-MFA li vvutaw b'mod unanimu biex jgħaddi l-vot favur il-Player Status Reform Ritratt - Joe Borg