Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 F'sitt xhur il-qgħad naqas b'aktar minn elf persuna ILGVERN qal fi stqarrija li n-numru ta' nies jirreġistraw f 'April 2015 kien l-anqas numru ta' nies jirreġistraw fix-xahar ta' April fi kwazi għoxrin sena. Imqabbel mal-aħħar ta' Ottubru, il-qgħad naqas b'aktar minn 1,000 persuna, filwaqt li mqabbel ma' sena ilu, il-qgħad naqas b'1,723. Il-gvern qal li dawn ir-riżultati juru kuntrast fejn matul il-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti, bħal medja, kull jumejn persuna aktar kienet tispiċċa tirreġistra. "Fiż-żmien meta Simon Busuttil kien il-Viċi Kap tal- Partit fil-Gvern, in-numru ta' nies jirreġistraw kien żdied b'266, jew aktar minn erba'persuni kull jumejn. Dan minkejja li, f 'dak iż- żmien, l-amministrazzjoni preċedenti kienet żiedet l-impjiegi mas-settur pubbliku bi 11 kull jumejn." L-istqarrija żżid tgħid li t-tnaqqis qawwi fil-qgħad matul din il-leġiżlatura qed jinħass l-aktar fost iż-żgħażagħ. "Fl-aħħar tnax-il xahar kien hemm tnaqqis ta' 420 fin-numru ta' żgħażagħ bla xogħol. Miżuri bħall-garanzija għaż- żgħażagħ - dik li l-Kap tal- Oppożizzjoni jħobb isejjaħ il-garanzija tal-washing machine – sa issa sabu soluzzjoni għall-problemi ta' xogħol ta' erba' minn kull għaxar żgħażagħ qegħda." Il-Gvern semma kif kien hemm ukoll tnaqqis ta' 513 persuna fin-nies jirreġistraw li għandhom età ta' 45 sena jew aktar, kategorija ta' nies qegħda meqjusa fost l-aktar eskluża mis-suq tax-xogħol. Dan ifisser tnaqqis ta' 17% mill-livell ta' sena qabel. Kategoriji oħrajn meqjusin f 'riskju soċjali wkoll urew titjib. Fost dawk li ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena, kien hemm tnaqqis ta' 678, jew 21%, filwaqt li l-qgħad fost dawk b'diżabilità naqas b'117-il persuna, jew 22%. L-istqarrija tal-gvern tgħid ukoll li filwaqt li l-amministrazzjoni preċedenti kienet tgħid li l-qgħad fost iż-żgħażagħ ma jeżistix u li l-faqar huwa perċezzjoni, dan il-Gvern mill-ewwel ġurnata fil- kariga fehem li pajjiżna kellu jindirizza l-eluf ta' persuni dipendenti fuq ir-relief u bla wisq tama għax-xogħol. Kien għalhekk li ġurnata wara l-oħra saret ħidma qawwija biex tinħoloq opportunità vera u xierqa lil kullħadd. Il-gvern temm jgħid li llum, wara sitt xhur li fihom pajjiżna ra tnaqqis fil- qgħad ta' elf persuna, jeżisti ottimiżmu li tista' tkompli tintrebaħ il-ġlieda kontra l-qgħad. "Għaldaqstant, fix-xhur li ġejjin, il-Gvern se jwettaq miżuri oħra ħalli aktar Maltin u Għawdxin jiksbu l-opportunità li jixraqilhom." Il-gvern impenjat ikompli jsaħħaħ is-servizzi mogħtija f 'Għawdex F'LAQGĦA mal-Għaqda Ħbieb tal-Anzjani u Morda f 'Għawdex, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana ddiskutiet dwar is-servizzi mogħtija lill- anzjani f 'Għawdex filwaqt li esprimiet l-impenn tagħha sabiex l-anzjani f 'Għawdex jiġu li jkollhom l-istess servizzi bħall-anzjani f 'Malta. Caruana semmiet is-servizzi ġodda u ewlenin u li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha f 'Għawdex fosthom is-servizz tar-Respite, iċ-ċentri ta' matul il-jum, it-tisħiħ fis-servizz tal- Commcare, is-servizz ta' kura fit-tul u is-servizz ta' Night Shelter. Semmiet ukoll it- taħriġ li qed jingħata fosthom dwar id-dimensja. Fl-okkażjoni tal-Multiple Sclerosis Awareness Day, is-Segretarju Parlamentari ltaqgħet ukoll mas- Soċjetà tal-Multiple Sclerosis f 'Għawdex fejn ġew diskussi diversi sfidi li jiltaqgħu magħhom persuni li għandhom il- Multiple Sclerosis peress li hija diżabilità inviżibbli. Hi semmiet diversi proġetti għall-persuni b'diżabilità f 'Għawdex. Hija qalet li ftit taż-żmien ieħor se terġa' tiġi mnedija l-kompetizzjoni A+ biex kunsilli lokali jitħajru jagħmlu proġetti ta' aċċessibilità fil-lokalità tagħhom. Caruana qalet ukoll li l-Gvern, permezz tas- Segretarjat tagħha, ħa d-deċiżjoni li jiftaħ uffiċċju tal-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità f 'Għawdex sabiex il-KNPD issir aċċessibbli iktar għall- Għawdxin ukoll, filwaqt li kompliet tgħid fuq it-80 post tax-xogħol ġdid li se jibbenefikaw minnhom persuni b'diżabilità Għawdxin u l-ħidma fuq l-ewwel lifelong learning hub għall-persuni b'diżabilità f 'Għawdex, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fil-Gżejjer Maltin kif ukoll is-servizzi residenzjali u s-servizzi tal-Aġenzija Support li wkoll se jibdew jiġu offruti fil-gżira Għawdxija. Justyne Caruana kompliet tisħaq dwar l-importanza tal-attiviżmu ta' persuni b'diżabilità f 'kull aspett speċjalment f 'Ghawdex biex ikun hawn iktar għarfien dwar il-kundizzjonijiet u nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem. Temmet tgħid li dan il-Gvern jinsab impenjat biex ikompli jsaħħaħ is- Servizzi mogħtija f 'Għawdex ukoll bl-investiment fl-isptar t'Għawdex. Offerti għall-għoti b'ċens temporanju ta' Dar Mattia Preti ISSEGRETARJU Parlamentari Michael Falzon ħabbar li l-Gvern ħareġ sejħa għall-offerti għall-għoti b'ċens temporanju ta' dik li hi magħrufa bħala Dar Mattia Preti (eks Manoel Guest House), fil-Belt Valletta. Din il-propjetà bħalissa tinsab fi stat ta' abbandun, iżda saħaq li għandha potenzjal ekonomiku li jista' jkun il-mutur ewlieni li jagħti l-istimolu lil dawn l-inħawi, minbarra l-valur kulturali u storiku tal- istess proprjetà. Spjega kif il-Gvern se joħroġ din il-propjetà b'sejħa għall- offerti għall-għoti ta' ċens temporanju ta' ħamsa u sittin sena lil dak il-persuna li jkollu l-aħjar proposta ta' użu. Għalaq billi qal li l-istat li tinsab fiha din il-proprjetà ma tagħmilx ġid lill-wirt storiku tagħna, wisq anqas lill-potenzjal turistiku li dawn l-inħawi jistgħu jattiraw. Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari José Herrera qal li dan il-post għandu valur ekonomiku u kulturali. Qal li din il-propjetà hija waħda miż-żewġ residenzi li jingħad li kellu Mattia Preti meta kien jgħix Malta. Mattia Preti flimkien ma' Caravaggio huma tnejn mill-aktar artisti famużi fejn jidħol il-wirt kulturali ta' pajjiżna, tenna Herrera. Il-propjetà ser tkun qed toħroġ b'sejħa għall- offerti għall-għoti ta' ċens temporanju lil dik il- persuna li jkollha l-aħjar proposta ta' użu għal din il-proprjetà, kif ukoll li toffri somma raġonevoli għall-ħlas ta' ċens fis-sena, liema somma trid tkun meqjusa mid-Dipartiment bħala l-prezz ġust għall- valur tal-propjetà, skont il-prezz tas-suq u għall-użu li jkun propost. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Justyne Caruana waqt il- laqgħa f 'Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015