Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465
illum | Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 Republic Street, Valletta next to the Courts Il-każ tal-aħwa Adrian u Robert Farruġia mal-iskandli tal-futbol. . . Ħuhom Tano wkoll kien instab ħati fuq korruzzjoni ILFAMILJA Farrugia mill-Imsida saret waħda sinonima mal-iskandli tal-Futbol u x-xiri tal-plejers. Dan għaliex barra Adrian u Robert, li bħalissa jinsabu indagati fl-Italja fuq iffissar ta' riżultati ta' partiti tal-futball, xiri ta' plejers u kowċis u mħatri illegali, hemm ukoll ħuhom l-ieħor, ukoll eks plejer ta' Msida li kien instab ħati fuq korruzzjoni tal- futbol Malti madwar 5 snin ilu. Dan kien irrappurtat fuq il-ġurnal The Malta Independent fit-12 ta' Jannar tal-2010 meta Tano Farrugia li dak iż-żmien kellu 32 sena kien inqabad it-Tuneżija jipprova jittrafika 50 gramma ta' kannabis. Fil-fatt hu kien inżamm il-ħabs Tuneżin għal tliet snin sħaħ. Kien inħeles biss meta l-President Tuneżin kien ta maħfra lill-ħabsin wara r-rewwixti li kien hemm fit-Tuneżija. Hawn kienu ħarbu l-ħabsin mill-ħabs, iżda Farrugia kien issemma' li baqa' fil-post. Il-Gvern Malti dak iż-żmien kien talab il-ħelsien tiegħu. Adrian Farrugia, l-manager tal- klabb Mosti, hu msemmi mill- Pulizija Taljana li flimkien ma' ħuh Robert, li kien eks president ta' Msida St Joseph, kienu mdaħħlin fl-iskandlu hekk imsejjaħ 'Dirty Soccer' flimkien ma' Ċiniż li ismu għadu ma deher imkien. Skont l-Corriere Dello Sport tilfu €52,000 meta partita li suppost intrebħet minn tim intrebħet minn ieħor li suppost tilef. Dan it-telf ta' flus seta' ma kienx tagħhom, iżda ta' lagħba Ċiniżi li skont Robert Farrugia, iridu flushom lura u qed jheddu li joqtlu lil Adrian - ħu Robert. Fuq il-ġurnal La Gazzetta dello Sport, ħareġ traskrizzjoni ta' telefonata li saret minn Robert Farrugia mat-Taljan Felice Bellini li wkoll kien imdaħħal ma' diversi klabbs Maltin - Qormi, Gudja u Vittoriosa, b'dawn tal-aħħar jiddisassoċjaw ruħhom minnu. Skont it-traskrizzjoni Robert, li flimkien ma' Adrian hu identifikat mill-Pulizija ta' Catanzaro bħala finanziera fis-sistema tal-imħatri, jinstema' jgħid lil Bellini li ħuh Adrian kien qed jiġi mhedded li jinqatel minn lagħba Ċiniżi li tilfu €52,000. Din l-imħatra kienet intlagħbet bejn Aversa Normanna u Barletta, u Farrugia jinstema' jwaħħal fil-kowċ Ninni Corda - li wkoll ġie arrestat f 'Operation Dirty Soccer. Robert Farrugia ried il-flus lura li tilef f 'din l-imħatra għax iċ-Ċiniżi riedu flushom lura, inkella joqtlu lil ħuh Adrian. Sadanittant Bellini jgħidlu li kollox jista' jitranġa f 'partita oħra bejn Barletta u Vigor Lavezia - iżda Robert ma riedx jafda iżjed u ried flusu lura. Farrugia li għadu ma ġiex arrestat mill-pulizija Taljana qal lill-ġurnal La Repubblica li dawn l-allegazzjonijiet huma kollha foloz u li hu m'għandu x'jaqsam xejn ma' din in-nisġa ta' mħatri illegali. It-traskrizzjoni maħruġa mill- pulizija ta' Catanzaro maqluba għall- Malti hi din:- Farrugia: Isma, taf li ċ-Ċiniżi jridu joqtlu lil ħija? Bellini: Da żgur li mhux se jagħmlu hekk - huma jridu l-flus lura. Jekk joqtluh ma jieħdu xejn. Għaliex iridu joqtlu lil ħuk..x'għandhom bżonnu lil ħuk? Hawnhekk tilef kulħadd. [Hawn jinstema' jidgħi] Irrid infisser li jien ukoll irrid nieħu lura €100,000, anzi €102,000 biex inkun preċiż. Għaliex għandi noqtol lil xi ħadd. X'se nieħu lura b'hekk? Farrugia: Għandek raġun jien mhux wieħed noqtol. Bellini: Da żgur oqtol tlieta jew erbgħa forsi joqtlu lilek ukoll imbagħad! Farrugia: Mhix problema, jekk xi ħadd imiss lil ħija noqtlok. Bellini: Lil min toqtol, lili? Farrugia: Iva lilek... Stenna int miegħi hux hekk? Bellini: Isma Robert jien mhux pupazz, ma tistax tkellimni b'dan il-mod. Farrugia: Il-problema mhix bejnietna Bellini: Allura? Farrugia: Il-problema hu dak l-idjota li kellimna Bellini: Hemm problema li rridha tirrisolva ruħha. Hu ħabib tiegħi daqsekk Farrugia: Jekk... Bellini: Dan ħabib tiegħi u ma ħarabx ammetta l-iżball. Adrian u Robert jinstabu indagati fl-Italja intlagħbet bejn Aversa Normanna u Farrugia: jien mhux wieħed noqtol. Bellini: jew erbgħa forsi joqtlu lilek ukoll imbagħad! Farrugia: jekk xi ħadd imiss lil ħija noqtlok. Bellini: Farrugia: Stenna int miegħi hux hekk? Bellini: Isma Robert jien mhux pupazz, ma tistax tkellimni b'dan