Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 | illum 31 SPORTSillum kollox imniżżel ikun intitolat biss għal dak li jkun hemm miktub fuq il-kuntratt. Dawk il-plejers li għandhom ftehim eżistenti jistgħu ukoll ibiddlu l-kuntratti eżistenti anki jekk fadallu biex jiskadi. Ovvjament, irid ikun hemm qbil mill- klabb. 4) Xi ħaġa oħra pożittiva hija li mistenni jkun hemm kuntratt standard għal kulħadd fejn l-obbligi tal-klabb lejn il-plejer u l-obbligi tal-plejer lejn il- klabb se jkunu aktar ċari. Jekk plejer iweġġa' waqt li qed jaqdi dmiru għall- klabb, se jibqa' jitħallas għal tal-inqas 6 xhur sħaħ. Sfortunatament, l-assigurazzjoni medika ma ġietx infurzata, però bħala MFPA nħeġġu lill- plejers li jidħlu fi ftehim mal-klabbs biex din issir fil-bidu tal-istaġun. Kellna ħafna każijiet ta' plejers li ma kellhomx assigurazzjoni medika u sfortunatament il-klabb tagħhom ma riedx jew dam biex jagħti l-aħjar kura possibli lill-plejer. Hawn klabbs li għandhom il-plejers kollha inxurjati u dawn għandhom ikunu ta' eżempju għall-klabbs l-oħra. 5) Fl-aħħar tal-kuntratt, plejer professjonali kemm full-time u anki part-time xorta mhux liberu li jissieħeb ma' min irid mingħajr l-ebda kumpens ta' parametri, però, l-parametri mill- istaġun 2015/16 se jonqsu għal 50% u mill-istaġun 2016/17, se jonqsu għal 25%. Eżempju, jekk plejer illum jiswa €60,000, mill-istaġun 2015/16 se jiġi jiswa' €30,000, u fl-istaġun 2016/17, se jiġi jiswa' €15,000. Biex plejer imur b'self ma' xi klabb ieħor, is-somma massima li se titħallas hija ta' 25% tal-parametri, jiġifieri jekk inkomplu nieħdu l-eżempju ta' hawn fuq, 25% ta' €15,000, jiġu €3,750. 6) Jekk plejer għandu kuntratt ta' sena, mhux se jkollu għalfejn jikteb lill- MFA, li jkun se jispiċċalu l-kuntratt biex jeżerċita d-dritt li jitlaq skont il-parametri, però, plejer li għandu kuntratt itwal, irid jikteb sa 4 xhur qabel l-aħħar tal-istaġun, jiġifieri qabel it-8 ta' Frar. 7) L-amateurs, jiġifieri dawk li m'għandhomx kuntratt part-time jew full-time professional, biex jeqilbu plejers professjonali trid titħallas training compensation fee lil dawk il-klabbs li tawhom l-edukazzjoni u training bejn l-età ta' 12 u 21 sena. Anki, jekk din hija xi ħaġa pożittiva, fis-sens li qed tinċentiva lill-klabbs li jinvestu fit-tfal, żgur se jintlaqtu ħażin ħafna plejers li llum għandhom 'il fuq minn 21 sena u huma amateurs. Dawn il-players biex jiffirmaw kuntratt apparti li jridu jithalsu l-parametri trid tithallas ukoll training compensation li f 'każ ta' plejer li jkun se jiċċaqlaq bejn it-Tielet Diviżjoni u jmur jilghab fil-Premier, tista' tlaħħaq is-somma ta' €22,500. Min-naħa l-oħra, plejer amateur se jkun jista' jingħata rimborż ta' spejjeż ta' mhux iktar minn €250 fix-xahar. 8) In-numru ta' barranin fil-Premier se jkun dak ta' 7 fil-pitch. Fid-diviżjonijiet l-oħra kollox se jibqa' l-istess. Sfortunatament, anki jekk saret kampanja mil-MFPA ftit jiem qabel il-votazzjoni biex dan ma jseħħx, fejn tkellmu fost l-oħrajn Pippo Psaila - eks kowċ tat-tim nazzjonali, Paul Zammit - kowċ ta' Birkirkara, Stefan Sultana – eks plejer internazzjonali u kowċ fis-settur taż- żgħażagħ, il-plejer ta' Hibernians u tat-tim nazzjonali, Andrew Cohen, u preżenti wkoll kien hemm ħafna plejers żgħażagħ promettenti, dan l-appell waqa' fuq widnejn torox. Iż-żieda ta' plejers barranin żgur li se tkun qed taffetwa ħażin lit-tim nazzjonali, għax in-numru ta' plejers Maltin li se jilagħbu fl- ogħla diviżjoni se jonqos. Dan biex ma nsemmux li f 'pożizzjonijiet partikolari, diġà mhux naraw plejers Maltin, għax huma kollha meħuda mill- plejers barranin, aħseb u ara b'7 plejers barranin minn 11. Apparti minn hekk, il-klabbs, mhux se jkollhom inċentiv biex jinvestu fiż-żgħażagħ, u se jkollhom inqas paċenzja biex jistennew liż-żgħażagħ, għax faċilment jistgħu iġibu plejer barrani. Ħaġa oħra li tpoġġi lill-plejer Malti fi zvantagg, hija li plejer barrani jiġi b'xejn waqt li biex jiġu akkwistati plejers Maltin, iridu jitħallsu l-parametri, apparti li jekk plejer Malti ikun għadu amateur u jkun se jaqleb professjonali, trid titħallas ukoll training compensation fee. L-intenzjoni tal-MFA żgur li kienet waħda tajba u ħaqqhom prosit għax fil- proposta inizjali tagħhom lanqas kien hemm għad- diskussjoni ż-żieda tal- barranin. Fl-2008, il-FIFA kienu ħargu bl-idea ta' 6+5 fejn 6 iridu jkunu plejers li huma eliġibbli li jilagħbu fit-tim nazzjonali. Dan il- kunċett kienu qablu miegħu l-maġġoranza assoluta tal- pajjiżi, però, billi mhuwiex in regola mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea, ma kienx ġie aċċettat. Mill- banda l-oħra, il-UEFA daħlet il-kunċett tal-home-grown players, propju minħabba l-fatt li l-aktar klabbs sinjuri bdew jixtru l-aqwa plejers barranin, u allura għandhom inqas inċentiva li jittrenjaw lill-plejers tagħhom u tal-lokal u jtuwhom ċans. Anki, jekk żgur fadal ħafna xi jsir fejn l-għan tagħna bħala MFPA, se jibqa' dak li l-plejer jista' jiċċaqlaq fi tmiem il-kuntratt mingħajr l-ebda ħlas għax dak huwa dritt ta' kull persuna, żgur li ma nistgħux ngħidu li m'għamilniex passi fit-triq it-tajba. Bħala MFPA nibqgħu nagħmlu dak kollu possibli biex il-partijiet kollha konċernati fil-logħba tal- futbol, inkomplu niltaqgħu u niddiskutu għall-akbar ġid tal-logħba li tant inħobbu. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nistqarr li dejjem għandu jirrenja sens ta' għaqda u ottimiżmu għall-ġejjieni aħjar fil-logħba tal-futbol Maltija", temm jgħid Carlo Mamo. .com.mt pożittiva però mtappna biż-żieda BOV Premier " - Carlo Mamo Carlo Mamo, Konrad Sultana u Andy Barbara waqt laqgħa tal-FifPro li saret ftit tas-snin ilu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015