Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 L-Għoti tad-Demm Donazzjoni imprezzabbli VERONICA LYNN MIZZI ILĠENEROŻITÀ tal-Maltin, kulħadd konxju minnha u spiss niftaħru biha, kemm jekk hija xi ġabra ta' flus għall-karità u anke jekk xi ġbir ta' ikel jew ħwejjeġ għal min ikun intlaqat minn xi diżgrazzja. Din il-ġenerożità bla limitu tidher ukoll fl- għoti tad-demm. Għalkemm Malta huwa pajjiż żgħir fid-daqs, huwa interessanti kif qatt ma kien hemm bżonn li jiġi impurtat xi demm minn barra l-pajjiż. Dan mhux għax ma kienx hemm bżonn, imma għaliex kull darba li kien hemm nuqqas kbir ta' demm jew ta' xi tip partikolari, ħarġet talba mill-Bank tad-Demm u l-ġenerożità dehret meta d-donaturi marru sabiex jgħinu lil min ikun jeħtieġ dan id-demm. F'ċertu każi, tiżdied id-domanda għad-demm meta jseħħu xi inċidenti tat-traffiku, iżda din tiġi kumpensata ammont ta' donaturi ġodda, speċjalment meta jsiru appelli urġenti għad-demm. L-għoti tad-demm hi waħda mill-iktar donazzjonijiet nobbli li wieħed jista' jagħmel fejn għalkemm lid-donatur ma tkun qed tiswih xejn, lil min ikun se jibbenefika, tiswa ħafna għaliex jista' jkun li tkun qed issalvalu ħajtu. Fi żjara liċ-Ċentru tal-Għoti ta-Demm u l-laboratorji tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm wieħed ikun jista' jara d-dedikazzjoni li biha jaħdmu l-infermiera, it-tekniċi tal-laboratorju u l-istaff kollu tas-Servizz, waqt li kollha jsostnu li din l-għotja għandha ssir b'tir wieħed f 'moħħ id- donatur, dak li bid-donazzjoni tiegħu, ikun ser jgħin lil xi ħadd fil-bżonn. Min jista' jagħti d-demm? Jekk persuna jkollha 17-il sena u mhux iktar minn 67 sena tista' tagħti d-demm kull tliet xhur f 'każ ta' raġel u 4 xhur f 'każ ta' mara. Hemm xi każi fejn persuni ma jkunux eliġibbli biex jagħtu d-demm u dan ma jsirx b'kapriċċ imma biex ma tiġix ipperikolata s-saħħa tad-donatur jew tal- pazjent li se jirċievi d-demm, jew tat-tnejn li huma. Fil- fatt hemm diversi każi fejn persuna ma tkunx tista' tagħti d-demm, allura hu rakkomandat li wieħed għandu dejjem jiċċekkja jekk hux eliġibbli sabiex jagħti d-demm. Meta persuna tkun qed tieħu xi pilloli jew trattamenti, mhux neċessarjament tkun eskluża milli tista' tagħti d-demm. Per eżempju nies li jkunu qed jieħdu l-pilloli kemm tal- pressjoni jew tal-kolesterol ikunu jistgħu jagħtu d-demm u anke nisa li jkunu qegħdin fuq il-pill jew l-HRT. Notice of meeting to be held in public e Malta Environment & Planning Authority will meet on ursday 28 th May, 2015 at 14:00 hours at the MEPA boardroom, St. Francis Ravelin, Floriana, to discuss the following: D E T E R M I NAT I O N O F D E V E L O P M E N T C O N T RO L A P P L I C AT I O N : PA 0704/14: Site at, 56, 58, Triq It-Torri, Sliema. To demolish existing retail outlet and oce, and to erect retail outlet plus six oces including the one at penthouse level. Subject to the maximum seating capacity, seats can be reserved on request for the applicant and registered objectors. Remaining seating is lled on a rst come rst served basis. RESERVATIONS: 2290 2018 22 nd May, 2015 www.mepa.org.mt B'għotja waħda tad-demm tkun qed tgħin 3 pazjenti fi żminijiet differenti Kronaka Splużjoni f 'garaxx fil-Qrendi tħalli żagħżugħ fil-periklu tal-mewt Żewġ għawwiema jitilfu ħajjithom f 'Kemmuna ĠUVNI ta' 28 sena jinstab fil-periklu tal-mewt hekk kif indarab fi splużjoni f 'garaxx fil-limiti tal- Qrendi. Flimkien mal- ġuvni, Alan Farrugia ta' 28 sena, indarab ukoll missieru Mario ta' 60 sena. Jidher li l-missier u l-iben kienu qed jaħdmu fl-istess garaxx, li jinstab Triq is- Siġġiewi, fil-Qrendi, meta għall-ħabta tas-1:30pm seħħet l-isplużjoni. Huma kienu qed jagħmlu xogħol ta' welding fuq xibka tal- ħadid. Fuq il-post waslu l-pulizija u l-paramediċi, kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jaraw li m'hemmx aktar periklu fil-garaxx. Il-missier u l-iben ittieħdu l-isptar, fejn l-iben qiegħed isofri minn diversi ħruq f 'partijiet ta' ġismu. Il- missier sofra biss ġrieħi ħfif. Il-pulizija qed tinvestiga l-każ. Għaddejja wkoll inkjesta bil-Maġistrat. ŻEWĠ għawwiema rġiel Ingliżi jitilfu ħajjithom f 'Kemmuna meta kienu qed jgħumu l-Blue Lagoon hekk kif jidher li nħakmu minn kurrenti qawwija tal-baħar. L-inċident seħħ għal ħabta tat-3.30pm. Jidher li l-għawwiema huma barranin għalkemm l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa. Hu mifhum li wieħed mill-irġiel ingħata xi għajnuna minn dgħajsa li kienet fil-viċinanzi u li saħansitra wasslitu l-port tal-Imġarr fejn gie ċċertifikat mejjet mal- wasla. It-tieni għawwien twassal l-isptar t'Għawdex permezz tal-ħelikopter iżda sfortunatament ukoll ġie ċċertifikat mejjet mal- wasla. Jidher li fil-post ma kienx hemm ebda servizz ta' gwardjani tal-ħajja għalkemm l-istaġun tal- għawn issa beda ġmielu. Bil-każ ġie infurmat il- Maġistrat tal-Għassa Dr P. Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl- inkjesta li ġiet appuntata. L-invesitgazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015