Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 | illum 33 SPORTSillum Luxol jirbħu l-Kampjonat Premier tal-Futsal LUXOL rebħu l-Kampjonat Premier tal-Futsal, wara li fit-tieni finali għelbu lil Balzan bl- iskor identiku tal-ewwel finali, jiġifieri dak ta' 4-3. Kienet logħba oħra mil-aktar eċitanti mimlija b'azzjonijiet tajbin miż- żewġ timijiet. Kienu Luxol li fetħu l-iskor wara biss tliet minuti, permezz tal-plejer Brażiljan u captain ta' Luxol, William Barbosa. Disa' minuti wara, kien l-istess Barbosa li rdoppja l-iskor għat-tim minn St. Andrew's. Madwar sitt minuti mit- tmiem tal-ewwel taqsima, kien il-plejer Kroat u kowċ ta' Balzan Frane Despotovic, li naqqas il- marġni tal-iskor għal gowl wieħed. Hekk intemmet l-ewwel taqsima li kienet ferm bilanċjata u missielta. Fit-tieni taqsima, ż-żewġ timijiet reġgħu ħarġu bi grinta liema bħalha u rajna aktar azzjonijiet fuq kull naħa. Wara żewġ minuti logħob, Glenn Bonello ġab id-draw għal Balzan u ftit sekondi wara Dean Gera reġa' poġġa lil Luxol fil-vantaġġ. Ftit minuti qabel nofs it-tieni taqsima, reġa' kien Barbosa li wettaq tripletta personali u skurja r-raba' gowl għal Luxol. Meta kien fadal madwar seba' minuti logħob, kien il-plejer Serb Slobodan Janjic li naqashom għal 4-3 u reġa' daħal lil Balzan fil- logħba. Dawn il-minuti finali kienu ta' tensjoni kbira u Balzan għamlu minn kollox billi tefgħu kollox fuq l-attakk. Frane Despotovic daħal bħala flying keeper iżda ħass xi uġigħ u b'hekk Boicho Marev lagħab ukoll bħala l-plejer addizjonali fl-attakk. Finalment, waslet it- tisfira finali tar-referi li tat ir-rebħa lil Luxol, u tat bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet li laħqu l-qofol tagħhom meta Barbosa għolla t-tazza tal-kampjonat Premier. Minn issa Luxol jibdew jippreparaw għal impenji tagħhom barra minn xtutna fil-UEFA Futsal Cup. Il-President tal-FMA, il-Perit Mark Borg, jippreżenta t-Tazza tar-rebħ tal-Kampjonat Premier tal-Futsal, lill-captain ta' Luxol, William Barbosa. Ritratt - Joe Borg Juventus interessati f 'Edinson Cavani u Axel Witsel HUWA Axel Witsel il- plejer li qed jirrappreżenta l-ħolma prinċipali biex Juventus isaħħu nofs il- grawnd tagħhom. Jidher li l-Bianconeri offrew somma ta' xejn inqas minn €25 miljun biex jakkwistaw lil dan il-player Belġjan imwieled fl-1989. Zenit St Petersburg, it-team li magħhom qed jilgħab Axel Witsel bħalissa diġà rrifjutaw somma ta' €18-il miljun mingħand it-tim immexxi minn Massimiliano Allegri, u kollox qed jindika li huma mhux se jkunu qed iħallu lil dan il-ġojjell tagħhom jitlaq għal inqas minn €30 miljun. Il-kuntratt ta' Axel Witsel ma' Zenit St Petersburg jiskadi fl-2016, u Juventus lesti li joffru kuntratt ta' erba' snin lill- istess player b'ċifra ta' €3 miljun kull staġun. Intant, hija kwistjoni biss ta' meta u mhux ta' jekk, dik li tirrigwardja t-tluq ta' Carlos Tevez minn ma' Juventus. Dan hekk kif kollox qed jindika li huwa se jkun qed iħalli lill-Bianconeri sa mis- sajf li ġej, biex jingħaqad mat-team Arġentin ta' Boca Juniors. M'hemmx dubju li dan se jkun qed iħalli vojt kbir ma' Juventus, hekk kif huwa flimkien ma' plejers oħra fosthom Arturo Vidal, Fernando Llorente u Alvaro Morata, jipprovdu magna ta' gowls għat-tim immexxi minn Massimiliano Allegri. Iktar kmieni matul dan l-istaġun, Carlos Tevez, innifsu kien diġa informa lid-diriġenza tal-Bianconeri bil-ħsieb tiegħu li jħalli lil Juventus, hekk kif kien infurmahom li l-kuntratt li jiskadi fl-2016 kien se jkun l-aħħar tim tiegħu mat-tim magħruf bħala 'La Vecchia Signora'. Iżda jidher li issa Tevez qed jikkontempla li jiġi rilaxxat minn mal-club minn Turin sa mis-sajf li ġej. Fost il-kandidati ewlenin biex jieħdu post Carlos Tevez ma' Juventus, insibu lil Edinson Cavani ta' PSG. Wara esperjenza mill- aqwa ma' Napoli fis-snin li għaddew, l-attakkant prolifiku Urugwajan, Edinson Cavani, jista' jirritorna fl-Italja, din id-darba biex jilgħab ma' Juventus. Jidher li Cavani xejn m'għandu relazzjoni tajba mal-kowċ Franċiż tal- Pariġini, Laurent Blanc. Fattur ieħor li wassal għal esperjenza mhux daqstanst sodisfaċentiu feliċi ta' Cavani ma' PSG, kien dak li huwa kontinwament kien u għadu jinsab fid-dell tal-attakkant kontroversjali iżda ta' kwalitajiet kalċistiċi mill-aqwa, Zlatan Ibrahimovic. Is-somma li qed tissemma' li Juventus se jkunu qed iħallsu lil PSG, dejjem jekk it-trasferiment ta' Cavani ma' Juventus jiġi mmaterjalizzat, hija dik ta' xejn inqas minn madwar €50 miljun. L-attakkant prolifiku Urugwajan ta' PSG Edinson Cavani Il-plejer Belġjan ta' nofs il-grawnd ta' Zenit St Petersburg Axel Witsel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015