Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 PROĠETT pijunier li sar f 'Għawdex kellu suċċess kbir fl-ewwel sena tiegħu - għall- ewwel darba d-drama, l-arti u l-mużika ġew mpoġġija f 'settur wieħed, jew aħjar fi skola waħda l-Gozo Visual & Performing Arts School fix- Xewkija – fejn qabel kienet sservi bħala l-MCAST. Koordinatur f 'dan il-proġett ġdid hu l-artist żagħżugħ Għawdxi, Vince Caruana li sas-sena li għaddiet kien jgħallem l-arti fl-iskola tal-arti li kien hemm Għajnsielem. Illum qiegħed jamministra s-sezzjonijiet kollha. Din l-iskola għandha fiha 5 studios tal-arti, studio tal-iskultura, studio tal-arti tat-tnaqqix, sala tal-ballet, żewġ studios żgħar tal-ballet, dark room, klassijiet multi purpose, klassijiet tal-mużika u partijiet għar-rikrejazzjoni. Biex jieħdu ħsieb l-istudenti f 'dawn it-tliet sezzjonijiet hemm 30 għalliem kwalifikat u espert fil-qasam tiegħu. Din l-iskola fetħet il-bibien tagħha f 'Ottubru li għadda u ġibdet lejha 1,200 student u studenta Għawdxija, minn 5 snin sa 90 sena. Interessanti l-fatt li nhar ta' Ġimgħa u s-Sibt filgħodu jattendu 200 tfal jitgħallmu l-arti. Bħalissa wieħed jista' jara x-xogħol ta' diversi studenti fis-sala tal-Ministeru ta' Għawdex fejn hemm xogħlijiet ta' pittura u skultura b'diversi temi. Hemm sezzjonijiet tat-tfal, adulti, pittura kontemporanja, sagra, skulturi u anke dik nuda, fejn Vince Caruana qalli li ma tinstab l-ebda diffikultà biex mudelli nudi jippużaw quddiem l-artisti adulti, anke jekk dawn ikunu jafuhom personali. Jidher li din il-wirja qed tiġbed ħafna dilettanti u hawn wieħed jara kif l-arti qed tkompli tifjorixxi f 'Għawdex. Din l-iskola mhux qiegħda hemm biex tagħmel il-flus minn fuq l-istudenti iżda biex joħloq aktar għatx għall-arti, drama u mużika. Tant hu hekk li studenti taħt is-16-il sena u dawk bil-kartanzjan ma jħallsu xejn. L-oħrajn kulma jħallsu hu €30 ta' sena. Sadanittant id-dħul li jista' jkun hemm minn xi bejgħ ta' xi biċċa arti tinżamm mill-istudent. Tkellimt mal-koordinatur Vince Caruana li qalli li l-għan prinċipali tal-iskola hi li toħroġ il-potenzjal ta' kull individwu. "Irridu noħolqu kommunità ta' studenti u ntuhom l-appoġġ tagħna għal kollox, biex ikunu kunfidenti, kompetenti u ta' suċċess fis-soċjetà – iridu jkunu preparati għall-ħajja fid-dinja tal-arti. Dan kollu jiġi minn rispett reċiproku lejn xulxin u lejn l-oħrajn. Dan nagħmluh billi noħolqu spirtu ta' tim. Din l-iskola li hi msejħa bħala VPA – u taħdem b'kollaborazzjoni mad- direttorat tal-Lifelong Learning b'akkredizazzjoni ta' diversi korsijiet mal-NCFHE. L-iskola tipprovdi wkoll opportunitajiet għall-istudenti biex jipproduċu xogħlhom f 'eżebizzjonijiet, avvenimenti u produzzjonijiet filwaqt li anke jiġu mistiedna studenti u għalliema minn skejjel oħra biex l-istudent itejjeb it-tagħlim tiegħu. L-iskola mhix tal-arti biss u fil-fatt toffri 17-il kors tal-arti, 18-il kors tad-drama u 11-il kors tal-mużika. Ħolqot ukoll paġna fuq Facebook ħalli l-istudenti jkollhom eżebizzjoni ta' xogħlhom f 'kull ħin madwar Malta u Għawdex kollu. L-istudenti tal-iskola ġew involuti f 'diversi inizjattivi bħall- inawgurazzjoni taċ-ċentru tal- Edukazzjoni, Xjenza u Kultura f 'dar il-Lunzjata Għawdex. Il-kartolina tal-Ministeru ta' Għawdex intagħżlet minn tpinġija ta' tifla ta' 9 snin, Alicia Said li xogħlha ġie mqassam ma' 13,000 dar f 'Għawdex. Fit-teatru Don Bosco ġie organizzat kunċert lejn l-aħħar tas-sena 2014 fejn fi spettaklu ta' sagħtejn ġew inkorporati t-tliet dixxiplini, arti, mużika u drama, bl-artisti jpinġu filwaqt li ż-żeffiena u atturi żgħażagħ flimkien mal-mużiċisti taw wirjiet quddiem pubbliku ta' 450 persuna. Fi Frar l-iskola pproduċiet karru tal-karnival li kien iwassal messaġġ satiriku - 'Intfajna lkoll f 'Bixkilla: biex l-arti żgur tibbrilla', u pproduċew trofej mill-isbaħ bit-tafal biex ingħataw bħala premjijiet lir- rebbieħa. L-iskola iddiżinjat u pproduċiet trofej għall-Gozo Sports Board biex ingħataw lir- rebbieħa tal-isportivi tas-sena li saru f 'Għawdex għall-ewwel darba wara nuqqas ta' madwar 16-il sena. F'April saret kompetizzjoni biex tinħoloq logo għall- Konfederazzjoni Għawdxija tal-Agrikoltura u Sajd biex tiġi użata bħala emblema uffiċjali. Mejju kien ddedikat lill- istudenti tal-mużika fejn l-istudenti tal-mużika taw wirjiet tat-talenti tagħhom fis-sala tal-Ministeru għal Għawdex. Il-wirja tal-arti se tibqa' sejra sat-28 ta' Mejju. Sa ma tispiċċa is-sena skolastika, l-iskola se torganizza diversi workshops u attivitajiet tal-arti, mużika u drama fl-okkażżjoni ta' Jum il-Familja fit-23 ta' Mejju fil-Wied tal-Lunzjata. Barra minn hekk fl-4 ta' Ġunju il-VPA School, flimkien mad-dipartiment tal-Kultura f 'Għawdex se torganizza 'A Night at the Gardens' fil-ġnien Villa Rundle fejn se jkun hemm diversi attivitajiet u wirjiet li jiddevertu lill-pubbliku preżenti. Dan kollu juri s-suċċess li sar f 'din l-iskola speċjalizzata fl-arti, drama u mużika li żgur ma ddumx ma tiġi assimilata f 'Malta meta s'issa dawn it-tliet sezzjonijiet tal-arti huma tliet entitajiet mifruda minn xulxin. Is-suċċess juri bil-provi li l-arti, d-drama u l-mużika f 'Għawdex qed ikomplu jifjorixxu u b'din l-iskola żgur li l-futur artistiku Għawdxi hu garantit. Fil-15 ta' Lulju se jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-istaġun li jmiss u jagħlaq fis- 7 ta' Awwissu. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru jew online: www.lifelonglearning. gov.mt, inkella jinġabru mill- uffiċċji tal-Iskola VPA, Soil Street, ix-Xewkija. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jċempel 27830774. L-arti tkompli tifjorixxi f 'Għawdex illum@mediatoday.com.mt John Busuttil 1,200 student tal-arti fl- • ewwel sena tal-iskola 200 mill-istudenti huma tfal • Fi Frar l-iskola pproduċiet karru tal-karnival li kien iwassal messaġġ satiriku Xi wħud mix-xogħlijiet - prodott ta' din l-iskola tal-arti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015