Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465
20 illum | Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 I ronija li bilkemm titwemmen. Minflok ma ra iċ-ċimiteru fl-ilma li qed jinħoloq u jitkattar fil-Mediterran, fejn it-telf tal-ħajjiet qed jiżdied bl- eluf, il-Kunsill tal-Ewropa kkritika bl-aħrax lil Malta talli "mhix tagħmel progress fl-implimentazzjoni tal- Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa biex ikunu protetti l-vittmi tat-traffikar tal-persuni." Il-Kunsill tal-Ewropa qed jiċċensura b'mod patronizzanti u insolenti lil Malta - li tinsab fil- post ta' qabel l-Ukraina, jiġifieri l-pajjiż fil-qiegħ tal-lista ta' dawk il-pajjiżi li ffirmaw konvenzjoni biex ikunu identifikati l-vittmi tat-traffikar u jingħataw kumpens u assistenza biex jerġgħu lura mill-pajjiżi mnejn kienu traffikati. Aktar minn hekk ir-rapport mill-Kunsill tal-Ewropa qabbel lil Malta ma' postijiet li mhumiex ikkwotati bħala pajjiżi li hemm prattika denja ta' drittijiet umani. Ta' min ifakkar li Malta qed tiġbor il-katavri ta' vittmi traffikati mill-ilma, topera skemi ta' salvataġġ mill-ftit rizorsi li għandha u tistinka, anki ma' ambaxxati kbar bħal dik tal-Istati Uniti, għar-rijabilitazzjoni ta' mijiet ta' vittmi li ssugraw jaqsmu mill-Afrika għall- Ewropa. U meta l-Kunsill tal- Ewropa jitkellem dwar "in-nuqqas ta' progress" ta' Malta fejn tidħol ir- rijabilitazzjoni tal-vittmi tat-traffikanti, għal- liema pajjiz qed jirreferi, sewwasew? Forsi qed jgħidu li l-vittmi għandhom ikunu "rijabilitati" fil-Libja, imnejn qed jibdew l-operazzjonijiet klandestini bi profitti inkredibbli ta' flejjes li jlahhqu l-miljuni ta' ewro jew dollari? Din kimera, għax fil-Libja hemm infern sħiħ. Tibgħat lura lill-vittmi f 'dak il-pajjiż imħarbat u mtertaq biċċiet, grazzi għal David Cameron, Nicholas Sarkozy u n-NATO li ddeffset biex tkisser il-gvern ta' Gaddafi? Hu bil-wisq aktar ġust u razzjonali li jsiru negozjati ma' pajjizi kbar bħall- Kanada u l-Istati Uniti biex jilqgħu lir-refuġjati bħala immigranti. Dak li mhux jara l-Kunsill tal-Ewropa huma l-katavri mgħarrqin wicchom 'l isfel fl-ilma, bil-forzi ta' Malta, bil-limitazzjonijiet tagħhom jippruvaw isalvawhom min- nawfraġju jew jistagħduhom mid-difna. Malta m'għandhiex toqgħod għall-insulti tal- Kunsill tal-Ewropa. Il- pressjoni tal-KE għandha tkun fuq l-Unjoni Ewropea nnfisha li ilha s-snin it- twal taf x'qed jiġri fil-Bahar Mediterran, illum il-Baħar tal-Mewt, u ddawwar wiċċha n-naħa l-oħra. Is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, speċjalment wara t-tneħħija ta' Gaddafi, fetħet il-bibien għal gelgul ta' refuġjati jippruvaw jaslu fix- xtut Ewropej, inkluż Malta u l-aktar, l-Italja biex ifittxu ħajja ħielsa minn żoni ta' kunflitt, l-aktar minn inħawi bħas-Sirja u l-Afrika tas-Sub Saħara. L-Italja donnha li kienet li sabet xi forma ta' "soluzzjoni" permezz tal- operazzjoni Mare Nostrum, iżda kellha twaqqaf din l-inizjattiva ta' salvataġġ għal raġunijiet finanzjarji €9 miljun fix-xahar, u pressjoni mill-elettorat tal-lemin. Il-Kummissjoni Ewropea ppruvat tbellagħha li qed tintervjeni permezz ta' skema oħra, l-hekk imsejħa Triton, iżda hu ċar li din l-operazzjoni hi biss ċajta kattiva għax la għandna riżorsi umani biżżejjed, la assi navali u lanqas sorsi mill-ajru. Suppost li l-UE f 'dawn il-ġimgħat se toħroġ dokument ta' politika għall-immigrazzjoni. Ħafna ċittadini Ewropej huma xettiċi jew saħansitra, indifferenti. L-UE aktar moħħha fil-flejjes kbar li għandha tiġbor mingħand il-Greċja, milli kif se twaqqaf it-traffikar ta' dawk l-imsejkna rġiel, nisa u tfal li qed jippruvaw jaħarbu mix- xtut Libjani. Issa l-UE qed tgħid li trid tifforma politika għall-immigranti għall- ħames snin li ġejjin, imma l-NGOs qed jgħidu li l-pjan maħsub hu qadim u l-istess: "M'hemm xejn ġdid offrut u l-UE qed tipprova tgħatti x-xemx bl-għarbiel." IN-NUQQAS TA' RESPONSABBILITÀ L-indifferenza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea lejn dak li qed jiġri fin-nawfraġji traġiċi fil-Mediterran għandha ramifikazzjonijiet oħra li kien tkellem dwarhom il-Papa Franġisku fil-Brażil (Lulju, 2013). Franġisku appella biex il-popli ma jaċċattawx il- kultura tal-indifferenza li ġegħlithom jaħsbu li huma insensittivi. "Irribellaw kontra din il-kultura u ħalli jkollkom il-kuraġġ biex tgħumu kontra l-kurrent." Il-nawfraġji żgur qadfu kontra l-baħar qalil, imma jidher li l-mewġ tal-potenti jibla' kollox. Imma għandu raġun il-Papa Franġisku. L-unika soluzzjoni hi r-ribelljoni kontra s-saħħa u l-arroganza tal-politiċi u dawk li jsostnuhom. MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI INSULT LIL MALTA MILL- KUNSILL TAL-EWROPA AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Stennija ghas-salvazzjoni – jew għall-mewt fl-ilma.