Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 | illum 23 Bijografi ji Il-Fosos tal-Furjana – Ħażna ta' memorji ta' poplu R AW mases kbar ta' nies – għall-mass meetings politiċi taż-żewġ partiti, devoti miġburin għaż-żjarat tal-Papiet f 'Malta, aktar riċentament mases ta' Maltin u barranin jaqbżu fil-kunċert internazzjonali tal-Isle of MTV – il- Fosos tal-Furjana tista' tgħid li kienu xhieda għal avvenimenti, li bil-mod tagħhom, biddlu l-istorja ta' Malta. Il-Fosos ma kienx dejjem tal-Mass Meetings Għall-ibliet fortifikati bħalma kienu l-Belt Valletta u l-Furjana, minkejja li kienet importanti li jkollhom difiża tajba, kienet importanti wkoll li jkun hemm provvista ta' ikel għal popolazzjoni tagħhom. Huwa b'hekk li meta nbnew dawn l-ibliet, ħadu ħsieb ukoll li jkun hemm numru ta' fosos tal-qamħ. Il-Fosos, kif nafuhom llum il-ġurnata kienu inbnew tul it-tmexxija tal- Gvernatur Richard More O'Farrell f 'nofs is-Seklu 19. Minkejja li bosta jaħsbu bil- kontra, dawn ma kinux l-uniċi fosos tat- tip tagħhom fil-Furjana. L-oħrajn iżda, illum il-ġurnata sar bini fuqhom – għal kuntrarju ta' dak li ġara b'ta quddiem il-knisja, hekk kif dan l-ispazju tant miftuħ dejjem iservi bħala sala pubblika al fresco Dawn il-fosos, preċiżament 76 waħda fihom madwar sular u nofs mill-għoli, u b'forma ta' qampiena minn taħt, jesgħu madwar 5,000 tunnellata qamħ flimkien. Il-Fosos tal-Furjaniżi L-ispazju miftuħ tal-fosos minn dejjem attira lil bosta, speċjalment lill-Furjaniżi stess, li kienu jaraw fih post fejn jistgħu joħorġu mal-familji tagħhom. Il-mod ta' kif inhu mibni dan il-post, bi ftit toroq imissu miegħu kien jagħmlu post perfett sabiex wieħed igawdi arja safja 'il bogħod mill-ftit karozzi li kien hawn Malta fil- passat. It-tfal kienu jaraw f 'dan l-ispazju ġenna hekk kif kien ikollhom fejn jiġru qatigħ. Il-fosos kienu l-post fejn kulħadd, kbar u żgħar, kien joħroġ – saħansitra b'gabbani tal-ikel. Tant kienet tradizzjoni għal dawn il-familji li jingħad li kulħadd kellu l-fossa tiegħu ta' fejn kien joqgħod, u ħadd ma kien jipprova jieħu post ħaddieħor! Il-Fosos tal-Mass Meetings Bħala l-akbar spazju miftuħ f 'Malta, il-Fosos sa mis-Seklu 19 sar post fejn jiltaqgħu mases kbar ta' nies – fejn l-ewwel meetings – dak iż-żmien magħrufa bħala comizi saru fuq il-Fosos fl-1896 b'biżgħa li jkun hemm taħlit fiż- żwiġijiet bejn Kattoliċi u Protestanti. Iżda dawn kienu biss il-bidu – fl- 1916 sar meeting kbir kontra l-Kaiser, l-Imperatur tal-Ġermanja. Aktar tard, naraw il-bidu tal-laqgħat politiċi – ta' William Savona, ta' Fortunato Mizzi, u dawk li saru fiż-żmien tal-integration. Raw il-ġlied, il-biżgħat, it-taqtigħa ta' poplu mifrud mill-kwistjoni tar-reliġjon fis-60ijiet, b'laqgħat miż-żewġ naħat li jibqgħu stampati fil-memorja kemm ta' dawk li għixuhom, kif ukoll ta' dawk li rawhom minn stampi jew filmati. Aktar tard fl-istorja Maltija, il-Fosos saru l-post li fih jorganizzaw l-akbar mass meetings – li fihom bħal donnhom jiddependi jekk tinterbaħx l-elezzjoni jew le. Il-Fosos illum il-ġurnata wkoll tifkira sena wara sena tal-jum li fih, fl-1964 Malta ħadet rajha b'idejha bl- Indipendenza. Il-Fosos mhux tal-mass meetings biss Post miftuħ li jesa' madwar 100,000 ruħ, meqjus bħala waħda mill-akbar pjazez f 'belt fl-Ewropa, ma rax biss l-akbar politiċi jitkellmu. Dan kien il- post li ra fih ukoll lir-Regina Eliżabetta t-Tieni fl-1954 fejn fih kienet iltaqgħet ma' bosta tfal Maltin u Għawdxin. Il-Fosos tal-Knisja wkoll – naraw avvenimenti bħall-Kungress Djoċesan fl-1939, 1960 iċ-ċentinarju tan- Nawfraġju ta' San Pawl f 'Malta fejn għall-ewwel darba fl-istorja ta' Malta ltaqgħu l-istatwi ta' San Pubbliju u ta' San Pawl. Barra minn hekk, fis-60ijiet il-fosos kien jintela' devoti għall-festi ta' Kristu Re u San Ġuzepp Ħaddiem. Il-Fosos assoċjat ukoll maż-żjarat tal-Papiet f 'Malta – bl-ewwel żjara tkun dik tal-1990 meta l-Papa Ġwanni Pawlu II żar Malta għall-ewwel darba. Fl-2001 l-istess Papa ried jerġa' jgħaddi mill-istess vjaġġ li kien għamel San Pawl, u dan kien jinkludi ż-żjara tiegħu fil-Gżejjer Maltin. Hawn il-Fosos kien il-post fejn fih saret il-beatifikazzjoni ta' Adeodata Pisani, Nazju Falzon, u Dun Gorg Preca. Ftit tas-snin wara, fl-2010, l-istess post jara lill-Papa Benedittu XVI. Il-Fosos mużikali Tista' tgħid li l-Fosos, irid u ma jridx, jisma' kull tip ta' mużika – mużika li tvarja minn dik li sema' fil-passat ta' kantanti bħal Elton John u Rod Steward u aktar ma jgħaddi ż-żmien, u aktar bdiet tara kantanti rinomati jżuru gżiritna għal kunċerti varji. Mill- 2007 'l hawn, il-Fosos beda jara massa kbira ta' nies tattendi għal kunċert internazzjonali Isle of MTV, b'artisti bħal Enrique Inglesias, Lady Gaga, Black Eyed Peas, Akon, Maroon 5, One Repubblic, David Guetta, Snoop Dogg u Will.I.Am fost l-oħrajn. Iżda mhux biss – il-Fosos sar ukoll il-post ta' kunċert annwali tant mistenni tat-tenur Malti Joseph Calleja – li permezz tiegħu Malta tospita wkoll bosta kantanti magħrufa bħalma kienet Leona Lewis fost l-oħrajn. Tkun xi tkun is-sitwazzjoni, ix-xena tal-fosos, bil-knisja ta' San Pupulju mdawwla tixgħel fl-isfond ta' massa nies miġbura fuq il-fosos, saret xena li tkun fejn tkun tfakkrek f 'Malta – fejn dak li xi darba kien post li jintuża għall-ħażna ta' qamħ, issa sar post għal ħażna ta' memorji ta' poplu. Christa Bo a cboffa@mediatoday.com.mt Il-Fosos mimlija daqs bajda waqt l-Isle of MTV Il-Furjana hemm 76 fossa li fihom sular u nofs mill-għoli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015