Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

GĦADHA kif saret laqgħa f 'Pariġi li fiha industrijalisti u negozjanti ewlenin mill- oqsma tal-industrija, finanzi u assigurazzjoni indirizzaw għadd ta' Ministri tal- Klima dwar kif flimkien kapaċi jdawru l-azzjoni dwar il-klima f 'opportunità ekonomika u finanzjarja. Il-bżonn ta' sinerġija bejn l-ekonomija, u l-ambjent ħareġ ċar minn laqgħa li għadu kif attenda għaliha l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat li saret fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u l-Enerġija Franċiż fuq stedina ta' tliet Ministri fosthom tal-Affarijiet Barranin Laurent Fabius, tal-Ambjent Segolene Royal u tal-Finanzi Michel Sapin, sitt xhur biss qabel is-summit ta' Pariġi nnifsu. Fil-laqgħa li għaliha attendew kemm Ministri Ewropej kif ukoll Ministri minn pajjiżi li jvarjaw mill-Eġittu, il-Marokk u l-Bangladesh fost oħrajn, kien hemm qbil li s-settur privat għandu rwol prominenti x'jilgħab jekk wieħed irid li l-proċess ikun wieħed fejjiedi li jitkompla b'rankatura anki wara s-summit ta' Diċembru COP 21. Din il-laqgħa saret fl- isfond u fil-qofol tal-Ġimgħa ddedikata għall-Klima f 'Pariġi fejn iddomina d-djalogu bejn ilkomunità kummerċjali, is- settur finanzjarju, Gvernijiet u istituzzjonijiet internazzjonali. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Brincat f 'isem il-Gvern Malti, sostna li ftehim ambizzjuż, bilanċjat u li jorbot dwar il-klima mhux biss huwa meħtieġ għall-ambjent iżda wkoll għat-tkabbir ekonomiku globali, għall-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u għas-sigurtà speċjalment fl-aktar żoni u reġjuni vulnerabbli bħall- Mediterran, fost oħrajn. Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 | illum 7 Industrijalisti juru fehmithom dwar it-tibdil fil-klima Inawgurata residenza għaż-żgħażagħ bi bżonn ta' kura psikjatrika ĠIET inawgurata residenza għaż-żgħażagħ, viċin l-Isptar Monte Carmeli, li se tilqa' fiha żgħażagħ u adoloxxenti li jkollhom bżonn kura psikjatrika. Fil-ftuħ tar-residenza, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne qal li din il-binja ġiet iddiżinjata mill-ġdid u adattata biex tlaħħaq mal- bżonnijiet taż-żgħażagħ tal-lum bi problemi mentali. Id-diżinn tal-binja jagħti lok għall-kura aktar individwalista u jimxi lil hinn minn format ta' istituzzjoni medika. Fearne qal li din il-binja se tkun qed titmexxa minn konsulent ġdid, Nigel Camilleri li jispeċjalizza f 'kura psikjatrika fiż- żgħażagħ. "Din il-binja li tinsab viċin, imma fl- istess ħin 'il barra mill- Isptar Monte Carmeli, hija aktar dar milli istituzzjoni medika u għalhekk f 'ambjent ta' dar, iż-żgħażagħ jistgħu jiġu mgħejjuna jintegraw aktar malajr fis-soċjetà." Is-Segretarju Parlamentari qal li l-viżjoni tal-gvern għall-pazjenti li jbatu minn kundizzjoni ta' saħħa mentali hija li dawn jingħataw l-aqwa kura possibbli. Għaldaqstant inħasset il-ħtieġa sabiex tfal u adoloxxenti li jbatu minn kundizzjoni ta' saħħa mentali, jibbenefikaw minn post xieraq li jakkomoda l-persuni kollha li jkollhom bżonn jirċievu kura bħala inpatients. Ir-residenza se tilqa' l-ewwel pazjenti tagħha għada t-Tnejn. Il-Ministru Brincat sostna li dan hu meħtieġ għall- ambjent Waqt it-tnedija tar-residenza għaż-żgħażagħ u adolexxenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015