Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 | illum 25 Heritage Malta jirċievu Ċertifikat minn TripAdvisor L-ewwel Malta Jousting Festival ta' Malta fir-Rinella Ikel bnin minn A Tavola! ILPALAZZ tal-Inkwiżitur, it-Tempji ta' Ħaġar Qim, it-Tempji tal- Imnajdra, l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni, il-Katakombi ta' San Pawl, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija u l-Mużew Marittimu ta' Malta rċivew dan ir- rikonoxximent li jingħata biss lil dawk l-istabilimenti li b'mod konsistenti jirċievu kummenti tajbin ħafna fuq TripAdvisor. Skont is-sit elettroniku uffiċjali www.tripadvisor. com, "ir-rebbieħa taċ- ċertifikat t'eċċellenza jinsabu madwar id-dinja kollha u jirrappreżentaw l-aqwa negozji u stabilimenti oħra mniżżla fis-sit u li minnhom l-aqwa għaxra fil-mija biss jiġu mogħtija dan iċ- ċertifikat". Dan ifisser li dawn is-seba' siti ta' Heritage Malta huma kkunsidrati siti ta' importanza ewlenija minn dawk li żaruhom. Biex sit jew negozju jikkwalifika għaċ-Ċertifikat t'Eċċellenza irid jżomm rating ta' erbgħa jew iktar minn ħamsa, skont dawk li jibagħtu l-kummenti tagħhom fuq TripAdvisor. Kriterji oħra jinkludu n-numru ta' kummenti li jintbagħtu matul is-sena in kwistjoni. Għal iktar informazzjoni dwar is-siti li ngħataw dan iċ-ċertifikat wieħed jista' jżur is-sit eletroniku uffiċjali ta' Heritage Malta www. heritagemalta.org jew iżur il- paġna ta' Facebook tas-siti. LEWWEL 'Malta Jousting Festival' u Fiera Rinaxximentali' ser jiġu organizzati ġewwa l-Forti tar-Rinella permezz tal- kollaborazzjoni bejn il-Bank of Valletta u l-Fondazzjoni Wirt Artna (FWA). Bejn it-23 u l-24 ta' Mejju, il-Forti tar-Rinella ser tinbidel f 'dinja ta' vjolenza u gwerra, tipika tal-Ewropa tas-seklu 17. Il-fortizza ser isservi ta' sfond għall-wieħed mill-aktar perjodi glorjużi fil-ħajja ta' kavallier. Il- ġostra kienet waħda mill- aktar forom ta' divertiment popolari li kienu jieħdu sehem fihom kemm dinjitarji politiċi kif ukoll militari fi trieqthom lejn xi gwerra. Charles Borg, Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta ltaqa' ma' Mario Farrugia, Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna waqt waħda mis-sessjonijiet ta' taħriġ. Filwaqt li tkellem dwar il-Festival, Mario Farrugia spjega li, "Il-preparazzjoni ilha għaddejja x-xhur. Wara riċerka fil-fond fuq il-ħajja tipika ta' kavallier kemm fl-Ewropa, kif ukoll f 'Malta, il-Fondazzjoni kkummissjonat l-armi għall- parteċipanti li ser ikunu qed jaffrontaw lil xulxin fit-turnew tal-ġostra." Huwa spjega li l-ġostra mhix ħaġa faċli, tant li titlob kemm abbiltà kif ukoll stamina. Barra minn hekk, ir-rikkieb irid ikollu relazzjoni tajba ħafna maż-żiemel. "Il- korazzi huma replika eżatta ta' dawk li kienu jintużaw mill-kavallieri f 'dak iż- żmien. L-armar huwa goff u ingumbranti, b'mod speċjali biex tilbishom meta tkun fuq dahar ta' żiemel waqt xi battalja. Ikun hemm waqtiet meta l-kavallier ma jkunx qed jara x'qed jiġri u għalhekk ikollu jaġixxi skont l-istint." Il-'Malta Jousting Festival' ser isir bejn it-23 u l-24 ta' Mejju bejn l-10.00 u l-17.00. DAWK kollha li għandhom għal qalbhom l-ikel awtentiku Taljan, il-pizza u l-għaġin se jieħdu gost bl- aħbar li r-ristorant al fresco "A Tavola," li jinsab fil-bitħa fuq stil Taljan tal-Alexandra Gardens (bejn Palazzo Capua u The Palace, f 'tas- Sliema), se jerġa' jiftaħ il- bibien tiegħu għall-pubbliku mill-1 ta' Ġunju 2015. "A Tavola" ser jibda jkun miftuħ kull nhar ta' Erbgħa sa nhar ta' Ħadd filgħaxija. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, ir-ristorant ser ikun qed iservi għażla ta' pizza fuq stil Naplitan, antipasti Mediterranji friski u ppreparati b'mod naturali, kif ukoll għażla ta' riċetti tal-għaġin. Il-klijenti jistgħu jagħżlu wkoll minn għażla wiesgħa ta' deżerti Taljani, u dan jiggarantixxi serata ta' gost mal-ħbieb jew mal- familja. Dan ir-ristorant jippreżenta menu varjat ta' platti delizzjużi li huma kollha ispirati minn riċetti tradizzjonali Taljani u mħawra b'ingredjenti friski u awtentiċi. Karatteristika tipika ta' dawn il-platti hi li lkoll jinkludu bilanċ interessanti bejn aromi u togħmiet maħluqa mix-chefs ta' "A Tavola". F'kummenti li ta dwar il- ftuħ ta' "A Tavola" il-maniġer tar-ristorant, James Galea, qal li "wara s-suċċess tas-sena l-oħra u fuq talba popolari ddeċidejna li nerġgħu nitfħu "A Tavola" għax-xhur tas-sajf. Kif għamilna s-sena l-oħra ser inkunu qed inservu ikel ta' kwalità għolja għal valur tajjeb f 'ambjent rilassat u każwali, u niggarantixxu esperjenza tal- ikel unika u indimentikabbli." Wieħed mis-siti tal-Heritage Malta li rċevew iċ-ċertifikat minn TripAdvisor A Tavola jinstab fil-bitħa fuq stil Taljan tal-Alexandra Gardens Il-ġostra kienet waħda mill-aktar forom ta' divertiment popolari likienu jieħdu sehem fihom politiċi u militari www.gourmettoday.recipes

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015