Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 | illum 35 SPORTSillum tiegħu il-waterpolo. Dak iż-żmien Karl kien għadu jilgħab ma' San Ġiljan fit-Tieni Diviżjoni. Nixtieq nirringrazzja lil Karl ta' dak kollu li għamel miegħi. U r-relazzjoni tiegħek mal-kowċ ta' San Ġiljan, Nicolic? Sa xahrejn ilu, ir-relazzjoni tiegħi mal-kowċ ta' San Ġiljan, Nicolic, kienet tajba ħafna. Però, inzerta li bħalissa m'għandniex kowċ, San Ġiljan. U dik mal-President ta' San Ġiljan, Daniel Aquilina? Daniel Aquilina kien bniedem ieħor li għeni u għallimni ħafna u ħa ħafna paċenzja bija. Li kieku kien president ieħor naħseb li ma kienx jieħu paċenzja bija daqshekk wara li ġara fil-passat. Però, Daniel huwa bniedem ġentlom ħafna u naħseb li r-relazzjoni tiegħi miegħu hija waħda pożittiva. Taħseb li f 'Malta hemm bżonn li tinbena indoor pool? Iva, hemm bżonn ta' indoor pool. Dan għaliex fix-xitwa nkunu nistgħu nipprattikaw l-isport tagħna bil-qalb u mhux qisna sejrin għall-qatla meta jkollna t-taħriġ f 'Jannar f 'dik ix-xita, kesħa u maltemp. Bħala riżorsi li fihom tilagħbu f 'Malta dawn kif jikkumaparaw ma' dawk li int lgħabt fihom barra minn xtutna? M'għandhom x'jaqsmu xejn! Aħna pajjiż fqir meta nara l-mod u fejn nittrenjaw aħna għal dawk ta' barra minn xtutna. Il-media sportiva f 'pajjiżna tagħti biżżejjed prominenza lil-logħba tal-waterpolo jew tagħmel dan biss matul ix-xhur tas-sajf? L-affarjiet qegħdin jinbidlu naqra. Il- media qisha qed iżżid il-promintenza tagħha lejn il-waterpolo. Dan għaliex il-waterpolo huwa l-uniku team sport f 'pajjiżna li qed iġib riżultati tajbin mil-lat nazzjonali. Però, nemmen li l-media għandha tagħti ħafna iktar exposure lill-waterpolo, għax jekk il-poplu Malti ikun jaf il-pożittività li hemm fil-waterpolo, forsi l-ġenituri jibdew iħajru lit- tfal tagħhom biex jibdew jipprattikaw il-waterpolo u mhux dejjem futbol biss! X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni tal-ASA mmexxija mill-President ferm ħabrieki, Joe Caruana Curran? Joe Caruana Curran huwa l-President tal-ASA u b'hekk ma nixtieq nikkumneta xejn fuq is-Sur Joe. Mhux biċċa tiegħi li nikkummenta fuq Joe Caruana Curran, però iva s-Sur Joe huwa bniedem ħabrieki ħafna u jħobb ħafna l-logħba tal- waterpolo. Taħseb li hemm bżonn li l-ASA torganizza iktar kampijiet ta' taħriġ għalikom il-plejers li timmilitaw fit-tim nazzjonali barra minn Malta biex tkomplu ttejbu l-ħiliet tagħkom u tiltaqgħu ma' iktar plejers ta' klassi? Hija diffiċli ħafna. Dan għaliex illum il-ġurnata, il-plejers kollha jaħdmu. Hija diffiċli ħafna li biex issiefer man- nazzjonal trid togħqod tħalli l-leave tiegħek tax-xogħol jew inkella tieħdu unpaid. Mhux sew fuq plejers li jridu jgħaddu minn dan kollu. Tinsiex li aħna man-nazzjonal nagħmluha għax inħobbu l-isport, mhux għax għandna xi inċentiv partikolari. Aħna ma naqilgħu xejn f 'dak li għandu x'jaqsam ma' finanzi. Naħseb din hija ħaġa li għandu jidħol fiha l-Gvern għax aħna mhux professjonisti, imma kulħadd għandu x-xogħol tiegħu. Li kieku aħna plejers professjonali, hemmhekk ngħidlek iva kampijiet ta' taħriġ huma importanti ħafna li jsiru. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- logħba tal-waterpolo kemm ma' San Ġiljan kif ukoll mat-tim nazzjonali tal-waterpolo? Qed inħares lejn il-futur tiegħi b'pożittività kbira. Dan għaliex meta nħares madwari, dejjem qed nara plejers tajbin ħafna telgħin, kemm ma' San Ġiljan, kif ukoll mat-tim nazzjonali tal-waterpolo. Jekk xi tim ieħor jagħmillek offerta sabiħa biex tħalli lil San Ġiljan u tingħaqad ma' xi tim ieħor, tikkunsidra li tħalli lil San Ġiljan jew tqis li l-futur tiegħek se jkun wieħed esklussivament ma' San Ġiljan? San Ġiljan twelidt u San Ġiljan immut! San Ġiljan sal-aħħar! Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Il-messaġġ tiegħi għat-tfal u żgħażagħ huwa dak li ma tħallu lil ħadd jagħżel l-isport għalikom. Però, kunu intom li tagħżlu xi sport tixtiequ tipprattikaw. Ipprattikaw kull sport li tistgħu sa minn età żgħira, imbagħad se tiġu f 'ċertu età li tridu tagħżlu. Għal dawk it-tfal kollha li jaħsbu li l-logħba tal- waterpolo hija logħba diffiċli sejrin żball. Hija diffiċli biss jekk ma tkunux dedikati, però jekk tagħmlu sagrifiċċju u titħarrġu fil-logħba tal-waterpolo b'serjetà u dedikazzjoni, issir xi ħaġa faċli. Illum ħafna klabbs tal-waterpolo qegħdin jagħmlu parti wkoll minn skejjel tal-għawm, jiġifieri għal dawk kollha li jaħsbu li ma jafux jgħumu, nissuġġerilhom jibdew jagħmlu parti minn xi waħda minn dawn l-iskejjel. L-iskola imbagħad bil-mod il-mod tibda tressaq lil individwu konċernat lejn il-logħba sabiħa tal-waterpolo. Illum il-ġurnata kulħadd moħħu fil- futbol, però kif kulħadd jaf futbol jekk ma tkunx plejer tajjeb hija diffiċli biex tilgħab. Fil-waterpolo jilagħbu biss seba' plejers fl-ilma u mhux is-seba' plejers ikunu jifilħu jilagħbu logħba sħiħa, allura dawk li jkunu reserve għandhom iktar ċans jilagħbu mil-logħba tal- futbol. Tħarrġu biex tilagħbu u titħarrġu biex tgħidu qegħdin nagħmlu xi ħaġa! Twieled -1 ta' Ottubru 1987 f'Malta. Meta kien għadu żgħir tal-età ta' 14 -il sena kien jilgħab il-basketball. Ta' 15-il sena qabad ukoll jilgħab il-waterpolo – fejn għażel li jibqa' jipprattika dan l-isport biss Ilu jilgħab ma' San Ġiljan minn meta kellu 15-il sena Ġie vvutat bħala l-Most Valuable Player (MVP), kif ukoll kien l-Aqwa Skorer waqt numru ta' tournaments li ħa sehem hom -istaġun li għadda Huwa magħruf għax-xutt ferm potenti li jipprovdi b'idu x-xellugija – għalhekk magħruf'Ix-Xellugi'. Matthew Zammit Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015