Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 | illum 13 ssir skola tal-infermiera fil-kampus tal-MCAST u 'l quddiem meta jiġi rranġat St Luke's se jkun hemm skola tal-infermiera hemm." Dan l-aħħar issemma' li l-Isptar Boffa se jiżvojtja wara l-bini tal- isptar tal-onkoloġija. Issemma' wkoll li floku se tinbena lukanda. "Kulħadd qed jinsa li fl-isptar Boffa hemm id-dipartiment tad-dermatoloġija u dan sa ma jinbena St Luke's irid jibqa' hemm. Għalhekk malli l-pazjenti kollha tal-kanċer jitilqu minn Boffa dan se jintuża biex fih inpoġġu 50 sodda oħra temporanjament. Dwar jekk wara tinbeniex lukanda jew le, dak jarah il-gvern dakinhar." Dwar jekk hux se jintuża l-isptar St Philip's, Chris Fearne ma deherx wisq entużjast għax qal li dan jista' jagħti biss lis-settur tas-saħħa 70 sodda, "jista' jkun parti mill-kullana li qed noħolqu iżda ma jsolvix il- problema." Viżjoni mill-aqwa, Chris Fearne jidher li miexi fit-triq it-tajba u qabad ir-rotta minn dak li qalli. Iżda dan kollu waqa' mis-sema? Ħadd qabel ma kellu dawn il- viżjonijiet? "It-tobba ilna snin twal ngħiduhom dawn l-affarijiet iżda dejjem waqgħu fuq widnejn torox. Issa qed immexxi jien u dak li ridt qed nagħmlu, b'hekk għidtlek li qed inkun entużjast kull filgħodu biex naħdem għal dak li dejjem xtaqna li jinbidel." "In-Nazzjonalisti jirridikolawna meta nsemmu li kellna road map Dan kollu li semmejtlek ma waqax mis-sema, iżda kien kollu mħejji meta konna qed inħejju r-road map fis-settur tas-saħħa. Kollox kien ippjanat. M'għadekx tisma' fuq pilloli out of stock, l-istennija naqset fejn qabel kont tistenna sentejn biex tagħmel MRI - illum f 'ġimgħatejn tagħmilha għax qed nħaddmuha lejl u nhar. Il-ġimgħa d-dieħla għandna laqgħat mal-assoċjazzjoni tas-coelics dwar il-vouchers." U l-pilloli li jaslu d-dar għal meta? "Wasalna u fix-xhur li ġejjin is-sistema li l-pilloli jitwasslulek id- dar tibda taħdem." Sellimtlu, ħadtlu għenba mill-qoffa li jżomm mimlija frott u awgurajtlu aktar suċċess fis-settur tas-saħħa. Chris Fearne "Biex jiċċelebraw l-ftuħ tal-Mater Dei nefqu €150,000 u kulħadd ippoppa sidru, u llum ħadd ma jrid jerfa' responsabilità" politika jerfagħha - Chris Fearne Chris Fearne għandu 52 sena. Huwa miżżewweġ lil Astrid minn Santa Luċija, tabiba tat-tfal. Hu wkoll missier Dawn li hi perit, Julian li qed jistudja għal spiżjar u Raphael li qed jistudja l-ekonomija. Twieled Raħal Ġdid u ta' 10 snin mar jgħix mal-familja Ħal Għaxaq u minn meta żżewweġ mar jgħix Ħal Tarxien. Fl-1987 sar tabib u speċjalizza bħala tabib u kirurgu tat-tfal. Ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali li għaddiet b'suċċess, u għall-aħħar tmien xhur inħatar Segretarju Parlamentari għas- Saħħa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015