Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 Il-"patrijotti" Maltin tas-Seklu 21 CHRISTA BOFFA FORSI min illum il-ġurnata jgħid li l-"patrijottiżmu" huwa biss ħaġa tal-passat, għadu qatt ma daħal fuq il-bosta gruppi fuq Facebook li l-popolarità tagħhom tista' tgħid dejjem qed tiżdied. Dawn huma gruppi li xi wħud, mit-titlu tagħhom tinduna għalxiex tkun dieħel – gruppi li jitkellmu kontra l-immigrazzjoni u l-immigranti f 'pajjiżna, imma wkoll gruppi li mit- titlu tagħhom taħseb li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-kliem ta' mibgħeda li wieħed jista' jsib fuqhom. Grupp partikolari fid- deskrizzjoni tiegħu jgħid li l-membri huma mħeġġa sabiex jitfgħu fih ritratti u filmati ta' nies li jkunu qed jagħmlu reati aktar żgħar, bħalma huwa li tieqaf f 'nofs ta' triq biex tmur tagħmel xi qadja m'għand tal-merċa, jew inkella karozzi li jifggħu lill- imsejken li jkun warajhom bl-exhaust. Iżda meta wieħed jidħol fuq dawn it-tip ta' gruppi jsib quddiemu grupp imdaqqas ta' Maltin li bl- iskuża tal-patrijottiżmu u nazzjonaliżmu jużaw dan l-ispazju biex ixerrdu messaġġi razzisti, ta' mibgħeda u kliem insolenti, anke permezz ta' ritratti u artikli tal-aħbarijiet dwar il-barrani – l-immigrant u t-turist. Forsi ħaġa li mhux wisq nies jafu huwa li minkejja li l-protezzjoni li jħoss xi ħadd li jxerred dawn il-messaġġi minn wara skrin tal-kompjuter, dan ma jkunx tkunx qed ittih protezzjoni mil-liġi wkoll. Dwar dan tkellimna mal-Ispettur Tim Zammit, mill-Unit tas-Cyber Crime tal-Pulizija ta' Malta. Dwar dan qalilna li "t-tixwix għal mibgħeda razzjali u użu ta' kliem insolenti kontra persuna jew grupp ta' persuni fuq bażi ta' ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, oriġini etnika, reliġjon, twemmin, opinjoni politika jew opinjoni oħra huwa reat kriminali hekk kif pprovdut permezz ta' Artiklu 82A tal-Kodiċi Kriminali. Dan l-artiklu jkopri wkoll kummenti li jsiru permezz tal-internet fuq siti soċjali u siti oħrajn." Meta mistoqsi x'poteri għandha l-Pulizija f 'investigazzjonijiet bħal dawn, hu qalilna li "l-poteri li għandha il-Pulizija f 'investigazzjoniet dwar kummenti bħal dawn huma l-istess bħall-poteri li għandha il-Pulizija fl- investigazzjoni ta' kwalunkwè reat kriminali." Allura x'jiġri meta jiġu identifikati dawn l-individwi? X'ikun il-pass li jmiss? Zammit fehmna kif "Meta kummenti li jikkonstitwixxu reat kriminali li ġew ippublikati fuq l-internet jiġu għall-attenzjoni tal-Pulizija, isir stħarriġ tekniku sabiex jiġu identifikati il-persuni responsabbli. Dan l-istħarriġ jinkludi korrispondenza mal-amministraturi tas- siti li jkunu qed jintużaw kif ukoll mal-provdituri tas-servizz tal-internet involuti. L-informazzjoni kollha li tkun inġabret tiġi skrutinizzata minn uffiċjal investigattiv li jkun responsabbli minn kwalunkwè investigazzjonijiet ulterjuri meħtieġa. F'dawk il-każijiet fejn il-Pulizija jkollha f 'idejha biżżejjed provi sabiex tipproċedi kontra l-individwi li qed jagħmlu dawn il-kummenti, jittieħdu il-passi neċċessarji quddiem il-Qorti." Dawn il-kummenti ħafna drabi jsiru fuq siti soċjali bħalma huwa Facebook, u b'hekk anke minħabba li dawn jinkitbu bil-Malti, il-proċess ikun xi ftit aktar ikkumplikat. "Kif spjegat hawn fuq, il-ġbir ta' informazzjoni li twassal għall-identifikazzjoni tal-persuni li qed jagħmlu jew ixerrdu dawn it- tip ta' kummenti issir f 'kollaborazzjoni mal- amministraturi tas- siti konċernati. Dan ġeneralment jirrikjedi kuntatt ma' persuni jew kumpaniji li huma barranin. Irid jingħad li l-ġbir ta' informazzjoni mingħand entitajiet barranin ġieli joħloq diffikultajiet peress li l-informazzjoni mitluba ġieli iddum ħafna biex tiġi pprovduta jew inkella ma tiġi mgħoddija qatt. Il- Pulizija Maltija tagħmel kuntatt mal-amministraturi tal-iktar siti soċjali popolari mal-Maltin bl-iskop li din il- kollaborazzjoni titjib b'mod regolari." kompla Zammit. Min-natura tagħhom, dawn il-kummenti donnhom qed jisparaw 'il fuq minħabba ż-żieda kemm fl-influss tal-immigranti llegali, imma wkoll ta' immigrant li jidħlu f 'Malta b'mod legali minn pajjiżi Ewropej stess. Dan joħloq dibattitu kemm fuq dawn il-gruppi, imma wkoll per eżempju fuq paġni tal-gazzetti li jkunu qed jirrappurtaw dak li jkun qed jiġri. Zammit fakkar li "huwa minnu li ċirkostanzi soċjali, avvenimenti u fehmiet differenti fuq ċerti suġġetti joħolqu ċertu diskussjoni kemm fuq l-internet kif ukoll fi bnadi oħrajn. Madanakollu, il-limiti ta' dak li huwa aċċetabbli għandhom jiġu rrispetatti dejjem u min jagħmel kumment għandu jkun lest li jerfa r-responsabbilità tiegħu għall-azzjonijiet tiegħu. Min iħossu inġurjat jew offiż minn xi kumment li sar għandu dritt li jagħmel rapport." Il-liġi tapplika għall-kummenti kollha li jsiru fuq l-internet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015