Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum Cristiano Ronaldo jispira lill-Portugall għal rebħa ta' 3-2 kontra l-Armenja ILPORTUGALL ikkonsolidaw l-ewwel post fi Grupp I meta barra minn darhom kisbu rebħa tajba ta' 3-2 konta l-Armenja, bil-gowls għalihom jaslu minn hat-trick ta' Cristiano Ronaldo, b'wieħed mit-tliet gowls jasal minn penalty. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowl għall-Armenja fil- logħba waslu minn Marcos Poineiro Pizzelli u Hrayr Mkoyan fl-14 u fit-72 minuta rispettivament. Tajjeb ngħidu li l-Portugiżi spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fit-62 minuta meta tkeċċa għalihom il-plejer Tiago wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Minn Grupp F, l-Ungerija barra minn darhom għelbu lill-Fillandja bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl għall- Ungeriżi jasal minn Zoltan Stieber fit-82 minuta, bl-istess plejer jiġi ammonit sekondi wara li rnexxielu jsib ix-xibka. Intant minn Grupp I, il-logħba tant mistennija bejn l-Irlanda u l-Iskozja, li ntlagħbet fl-Aviva Stadium f 'Dublin, intemmet fi draw ta' 1-1, bl-Irlandiżi jkunu huma li fetħu l-iskor permezz tal- Jonathan Walters fit-38 minuta, waqt li kellu jkun awto-gowl sfortunat tal- captain Irlandiż John O'Shea li ġab l-iskor indaqs għall- Iskoċċiżi fis-47 minuta. F'logħba oħra mill-istess grupp, il-Polonja ġewwa darhom għelbu lil Georgia bl-iskor kbir ta' 4-0, bil- gowls għalihom fil-logħba jaslu minn Arkadiusz Milik fit-62 minuta u minn hat- trick inkredibbli ta' Robert Lewandowski f 'temp ta' biss ftit minuti, bejn id-89 u d-90 minuta. Tajjeb ngħidu li din kienet logħba ferm korretta u milgħuba fi spirtu tassew sportiv u ta' fair play, hekk kif ma ntwerew l-ebda karta safra u ħamra. L-eroj assolut tal-Portugall, Cristiano Ronaldo, jikkontrolla l-ballun, ikkuntrastat mill-plejer tal-Armenja, Hovhannisyan RIŻULTATI Kwalifikazzjoni Euro 2016 Is-Sibt 13 ta' Ġunju Grupp D Irlanda vs Skozja 1-1 Polonja vs Georgia 4-0 Grupp F Fillandja vs Ungerija 0-1 Grupp I Armenja vs Portugall 2-3 Fixtures Kwalifikazzjoni Euro 2016 Il-Ħadd 14 ta' Ġunju Grupp C 18:00 Ukrajna vs Lussemburgu 20:45 Belarus vs Spanja 20:45 Slovakkja vs Maċedonja Grupp E 18:00 Estonja vs San Marino 18:00 Slovenja vs Ingilterra 20:45 Litwanja vs Svizzera Grupp G 18:00 Liechtenstein vs Moldova 18:00 Russja vs Awstrija 20:45 Svezja vs Montenegro KLASSIFIKA Grupp A L PTI Islanda 6 15 Repubblika Ċeka 6 13 Olanda 6 10 Turkija 6 8 Latvja 6 3 Kazakhstan 6 1 Grupp B L PTI Wales 6 14 Belġju 6 11 Israel 6 9 Ċipru 6 9 Bosnia Herzegovina 6 8 Andorra 6 0 Grupp C L PTI Slovakkja 5 15 Spanja 5 12 Ukrajna 5 9 Belarus 5 4 Maċedonja 5 3 Lussemburgu 5 1 Grupp D L PTI Polonja 6 14 Skozja 6 11 Ġermanja 5 10 Irlanda 6 9 Georgia 6 3 Ġibiltà 5 0 Grupp E L PTI Ingilterra 5 15 Slovenia 5 9 Svizzera 5 9 Litwanja 5 6 Estonia 5 4 San Marino 5 1 Grupp F L PTI Rumanija 5 13 Irlanda ta' Fuq 5 12 Ungerija 6 11 Fillandja 6 4 Gżejjer Faroe 5 3 Greċja 5 2 Grupp G L PTI Austria 5 13 Svezja 5 9 Russia 5 8 Montenegro 5 5 Liechtenstein 5 4 Moldova 5 1 Grupp H L PTI Kroazja 6 14 Italja 6 12 Norveġja 6 10 Bulgaria 6 8 Azerbaijan 6 4 Malta 6 1 Grupp I L PTI Portugal 5 12 Danimarka 4 7 Albania 4 7 Serbia 4 1 Armenia 5 1 AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Jonathan Walters jiċċelebra flimkien ma' John O'Shea u l-bqija tat-tim wara l-iskor tal-ewwel gowl għar-Repubblika tal-Irlanda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015