Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 | illum 5 CHRISTA BOFFA OĠĠEZZJONI b'saħħitha għall-pjan lokali ta' politika li jdawwar lil Strada Stretta u l-Biċċerija f 'destinazzjoni ta' 24 siegħa. Dan min-naħa tal-Valletta Alive Foundation (VAF). Il-fondazzjoni qalet li dan mhux aċċettabbli minħabba l-konsegwenzi serji li din ħa jkollha mhux biss fuq ir-residenti ta' dik iż-żona, imma fuq ir-residenti tal-Belt Valletta in ġenerali. Spjegat ukoll kif għal dawn l-aħħar ħames snin kien hemm żieda kontinwa fl-attività filgħaxija fil-Belt - grazzi għal sforz li sar mill-Kunsill Lokali tal-Belt, mill-gvern u mis- settur privat, fejn infetħu bosta stabbilimenti tad-divertiment li jipprovdu wkoll mużika tajba. Il-fondazzjoni saħqet li l-attività fil-Belt filgħaxija hija milqugħa. Minkejja kollox, il-VAF tinstab imħasba dwar il-fatt li l-awtoritajiet mhux jagħtu biżżejjed attenzjoni għall- impatt li din qed ikollha fuq ir-residenti, b'mod partikolari issa li riesaq is-sajf. Hemm tħassib dwar il-parking, fejn sar aktar diffiċli għar-residenti li jipparkjaw. L-istess fondazzjoni wriet tħassib dwar il-mużika għolja, fejn filwaqt li sostniet li l-muzika li tixraq il-wirt storiku u l-ambjent tal-Belt hija aċċettabbli, il-VAF qalet li "m'hemmx lok għal mużika tal-clubs tgħajjat għax din toħloq inkonvenjenza kemm għar-residenti kif ukoll mhix adattata għall-ambjent." Il-VAF ħeġġet biex meta "jittieħdu deċiżjonijiet fuq il-Belt Valletta, trid issir konsiderazzjoni bil-għaqal dwar l-impatt li ħa jkollha fuq ir-residenti. L-awtoritajiet għandhom jaraw li jagħmlu lill-Belt Valletta aktar faċli biex tgħix fiha, kif ukoll iħeġġu lill-oħrajn imorru jgħixu l-Belt, u jnaqqsu l-probabilità li r-residenti jitilqgħu minnha. Il-bżonnijiet u x-xewqat tar- residenti għandhom jingħataw prijorità għax ir-riġenerazzjoni taf tiġi mxekkla jekk ir- residenti jiddeċiedu li jitilqu mill-Belt." Intant fuq il-mezzi soċjali, bosta rreaġixxew għal din l-istqarrija fejn qalu li l-Belt Valletta, il-belt kapitali Maltija, ħaqqha li tingħata l-ħajja, fejn bosta fakkru kif sa ftit snin ilu kien hemm min kien jitkexkex jidħol il-Belt filgħaxija. Uħud sostnew li Paceville wieħed kien biżżejjed, u li b'dawn il- proġetti din qed tingħata l-ħajja li jistħoqilha kull belt kapitali. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT Oġġezzjoni għall-pjan li jaf "idawwar il-Belt f 'Paceville"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015