Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 | illum 9 mill-kontroversja tal-università taż-Żonqor tal-istudenti mad-dinja l-istudenti jistgħu jistudjaw minn tal-anqas għal 3 xhur jew jagħmlu internship għal minn tal-anqas xahrejn f 'pajjiż ieħor tal-UE. Il- programm jiggarantixxi li dak iż-żmien li jqattgħu barra jiġi rikonoxxut mill- università tagħhom ladarba dawn jiġu lura. Il-Ġenerazzjoni tal- Erasmus Għal ħafna student Ewropej, speċjalment dawk Maltin, dan ikun l-ewwel darba li jkunu qed jgħixu waħidhom u jistudjaw f 'pajjiż barrani. Hija wkoll esperjenza, li kważi kważi kulħadd sar jagħmel tul l-istudji tiegħu fl-università – tkellem lil min tkellem minn madwar l-Ewropa, din saret ġenerazzjoni ta' żgħażagħ li d-diskors bejniethom faċilment jaqa' fuq liema pajjiż marru Erasmus fih, u x'impatt kellu dan fuqhom. Din tant hija kultura mifruxa li nħarġu wkoll films fuq l-istess suġġett, fosthom L'Auberge espagnole u d-dokumentarju Erasmus 24/7. L-aktar pajjiżi popolari, skont figuri tas-sena 2012- 2013 f 'dan il-każ huma Spanja, b'aktar minn 40,000 student internazzjonali, segwiti mill-Ġermanja b'aktar minn 30,000, Franza b'madwar 29,0000, ir-Renju Unit b'madwar 27,000 u l-Italja b'madwar 20,000 student internazzjonali. Malta f 'din l-istess sena ospitat madwar 1,600 student. Bl-eċċezzjoni ta' Spanja, l-aktar pajjiżi li jibgħatu studenti fuq il-programm Erasmus huma pajjiżi differenti minn dawk li l-aktar jospitaw – li huma differenti wkoll fuq livell ta' klima, ta' stil ta' ħajja u ta' abitudnijiet. L-aktar pajjiż li jibgħat studenti huwa dak ċkejken tal- Lussemburgu, fejn kważi 35% tal-istudenti marru fuq esperjenza Erasmus fis-sena 2012-2013. Dan hu segwit mill-pajjiż aktar ċkejken ta' Liechtenstein bi kważi 15%. Il-Fillandja, il-Latvja u Spanja jinstabu fl-istess ilma b'bejn wieħed u ieħor 10%. Mil-lenti ta' min esperjenzaha Bħal kull ħaġa oħra, l-aħjar li tisma' huwa minn xi ħadd li għadda minnha. L-ILLUM tkellmet ma' xi studenti, fosthom Jean Karl Grech li mar tliet xhur jistudja t-tagħlim f 'università fl-Ingilterra. Dwar dan qalilna li kienet "esperjenza li fetħitli għajneja għal possibiltajiiet ta' kull tip, u mhux biss ta' studju. Għenitni nikkonferma affarijiet li kelli dubju fuqhom, bħalma hi l- inċertezza li kelli fuq jekk għandix ngħix barra iktar 'il quddiem. Bis- saħħa tal-esperjenza tiegħi fuq Erasmus irnexxieli nesperjenza wkoll ħajja universitarja li naħseb li hi 'kif għandha tkun' – li għenitni napprezza dak li qed nistudja għalih bis- saħħa tal-opportunitajiet li kellna hemm. Din l-esperjenza għinitni insir aktar parti mill-kultura Ewropea u wasslitni biex nagħmel kuntatti ġodda kemm ma' ħbieb, kif ukoll akkademiċi."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015