Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

CHRISTA BOFFA X'inhi l-istorja tiegħek mal- kant? Kif beda kollox? Minn dejjem kelli ammirazzjoni kbira lejn ix- xena mużikali, tant hu hekk li fl-1997 ta' 3 snin, kont affaxxinajt ruħi bil-mużika tal-film Titanic, u spiċċajt nitgħallem il-kanzunetta My Heart Will Go On ta' Celine Dion. Il-ġenituri tiegħi indunaw li kelli xi ħaġa speċjali, u b'hekk iddeċidew li nibda nieħu t-taħriġ tal-kant, u qatt ma ħarist lura. Nirringrazzjahom għal kull sagrifiċċju li kellhom jagħmlu sabiex wasalt fejn jiena llum. Niftakar li l-ewwel esperjenza tiegħi fuq skala nazzjonali ġiet fl-2006 meta pparteċipajt fil-Junior Song for Europe bil-kanzunetta Play Your Violin. Xi jfisser il-Junior Eurovision għalik? Għalija l-Junior Eurovision huwa esperjenza unika, indimentikabli li minnha kull parteċipant għandu jagħmel numru ta' ħbieb ġodda filwaqt li jitgħallem kif itejjeb lilu nnifsu. F'ħajti kelli l-opportunità li nipparteċipa fis-selezzjoni fejn kienet tintgħażel il- kanzunetta għall-Ewropa. Kont għamilt dan għal snin fuq xulxin bejn l-2006 u l-2008, u kont viċin ħafna li nasal sal-quċċata fl-2007 bil- kanzunetta Stolen, li spiċċat fit-tieni post. U l-Eurovision tal-kbar? Il-quċċata tax-xena tal- mużika lokali, opportunità sabiex wieħed jippublika materjal ġdid li jiġi esibit fil-pubbliku u jingħata pjattaforma. Kull darba li kelli ċ-ċans li mmiss ma' din il- kompetizzjoni, mil-lat lokali, kelli esperjenza li ma ninsa qatt, u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil dawk in-nies kollha li dejjem urew fiduċja fija. X'tagħmel barra kant f 'ħajtek? Bħalissa, jiena studenta tal-ewwel sena fl-Università ta' Malta fejn hemmhekk qedgħa nagħmel kors tal-Baċellerat fil-Malti u l-Istudji Soċjali. Il-kumplament tal-ħin liberu nqattgħu mal-anġlu tiegħi, Roen, kif ukoll mal- kumplament tal-familja u forsi xi ħarġa mal-ħbieb. Il-kuntentizza għalik x'inhi? Il-ħbieb li nista' nafda bis- sħiħ, u l-familja! X'taħseb li kien l-isbaħ mument f 'ħajtek? Bla ebda dubju, it-twelid tat-tifel kien l-aktar mument sabiħ ħajti. X'jagħtik motivazzjoni meta forsi tibqa' taqta' qalbek? Niftakar li 'l bogħod, f 'pajjiżi oħra hemm ħafna għaks u dwejjaq fejn id- diffikultajiet huma ferm akbar minn dawk li kapaċi nsib jiena ġewwa Malta. Apparti minn hekk, illum naf li hemm minn jiddependi minni u b'hekk dik hija biżżejjed motivazzjoni sabiex jiena nibqa għaddejja bl-istess ritmu tas-soltu. Xi ħaġa li mhux wisq nies jafu dwarek hi? Fil-verità diffiċli naħseb f 'xi ħaġa għaliex kultant tinsa li l-aktar affarijiet sempliċi, in-nies ma jkunux jafuhom. Id-dar jiena għandi zoo żgħir, għaliex bejn klieb, għasafar, fkieren u qtates kultant ninsa li hemm jiena fin-nofs. Esperjenza li nafu li biddlitlek ħajtek hija meta sirt omm. Kif inbidlitlek ħajtek? Fil-verità l-ħajja tieħu forma differenti, għaliex jinbidlu l-prioritajiet tiegħek. Illum il-ġurnata jiena naf li hemm xi ħadd ieħor li jkun qiegħed jistennieni ta' kuljum. L-aktar ħaġa li nbidlet però hija t-tqassim tal-ġurnata, speċjalment minħabba kemm ix-xogħol tal-kant kif ukoll l-istudju tal- Università. Jidher li ħajtek hija mimlija aktar minn bajda - kif jirnexxielek tleħħaq ma' kollox? Iva, mimlija jkolli ngħid imma kieku mogħtija ċ-ċans, ma nbiddel xejn għaliex jiena niddejjaq ma nkun qedgħa nagħmel xejn, u xorta nżomm ruħi preokkupata. Apparti li nirranġa t-tqassim tal-ġurnata skont l-eżiġenzi, għandi l-għajnuna kemm tal-ħbieb kif ukoll tal-familja għall- affarijiet personali u tal- kant, għaliex kieku naħseb impossibli. Għaddejja b'xi proġetti mużikali bħalissa? Bħalissa, jiena waħda mill- finalisti fis-Summer Hit Song Contest li ħa jintwera matul is-sajf li ġej fuq l-istazzjon F Living. Il-kanzunetta li ħa nippreżenta fuq kliem u mużika ta' Philip Vella iġġib l-isem ta' Amour u tgħaqqad l-istil pop ma dak etniku. Il-futur tiegħek kif tixtiequ? Il-futur ħadd ma rah, u jiena nħares lejn il-ħajja mil-lenti tal-preżent għaliex iċ-ċirkustanzi għallmuni hekk, però nittama li dejjem inkun kuntenta. Ħames Minuti ma' Danica Muscat Ħames Minuti Ħajja mimlija passjonijiet - il- mużika, il-familja u l-anni- mali 24 illum | Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 Danica Muscat waqt waħda mill-prestazzjonijiet tagħha Ritratt: Daniel Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015