Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019
34 illum | Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika? Minn meta kont għadni żgħira kont inħobb nieħu sehem f 'diversi attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-isport iżda qatt m'għaddhietli minn rasi li xi darba kont se nibda nitħarreġ fl-atletika bis- serjetà. L-iskola sekondarja li kont nattendi, Sacred Heart, kienet tħeġġeġ l-isport, speċjalment l-atletika u l-iskola kienet tieħu sehem f 'diversi kompetizzjonijiet kontra skejjel oħra. Dejjem kont nieħu sehem u kont immur tajjeb u anki rbaħt diversi medalji. Wara dawn il-kompetizzjonijiet jiena u ħabibti tħajjarna li nibdew nitħarrġu fl-atletika u minn hemm iltqajt mal-kowċ tiegħi Zeljko Aras u ilni nitħarreġ taħt id-direzzjoni tiegħu għal dawn l-aħħar ħames snin. Nibdew mis-sena 2012. X'esperjenzi kellek fl-atletika matul din is-sena? Fl-2012 esperjenzajt l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tiegħi fil-'Brno Kids Athletics Games' li saru fir-Repubblika Ċeka. Din kienet esperjenza sabiħa ħafna għaliex kelli ċ-ċans li nsir naf atleti barranin kif ukoll li nsir naf aktar lill- atleti Maltin. F'dawn il-kompetizzjonijiet irbaħt il- medalja tal-bronż fit-300 metru. Kont vera ferħana b'dan għaliex din kienet l-ewwel medalja li rbaħt f 'kompetizzjoni internazzjonali u allura vera qiegħda għal qalbi. Wara din il-kompetizzjoni, jiena u l-kowċ tiegħi Zeljko Aras iddeċidejna li niffukaw aktar fuq distanzi bħal 400 metru u anki l-200 metru waqt it-taħriġ. B'hekk is-sessjonijiet ikunu bbażati fuq il- veloċità kif ukoll reżistenza. U fl-2013? Fis-sena 2013 kont parti mill- kontinġent Malti li ħa sehem fil-Logħob ta' Coji Island Games li saru f 'Ajaccio, Corsica. Hawnekk irbaħt il-medalja tal-bronż fl- 400 metru u l-medalja tal-fidda fir-relay medley. F'din is-sena wkoll, bħala tim tar-relay tan-nisa tal-4x400m, konna kkwalifikajna sabiex nirrapreżentaw lil Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li kienu saru fil-Lussemburgu. Din kienet esperjenza sabiħa ħafna speċjalment għaliex spiċċajna rbaħna l-medalja tal-bronż fir- relay. Kien hemm ukoll il-FISEC Games li saru fl-Ungerija u hawnhekk dħalt fir raba' post fl-400 metru. Fl-aħħar tas-sena 2013 reġgħu saru l-Logħob fir- Repubblika Ċeka, u hawnhekk erġajt ħadt sehem fit-tellieqa tal- 400 metru fejn irbaħt il-medalja tal-bronż kif ukoll fis-60 metru fejn ukoll irnexxieli nidħol fit- tielet post. Din il-kompetizzjoni partikolari kienet l-aħjar mod kif stajt nagħlaq staġun. Niġu issa għas-sena ta' wara. X'ġara fl-2014? Fl-istaġun 2014 kont qed inbati minn injury fil-hamstring u fil-fatt ħolqot ħafna stress u tensjoni għaliex kienet qiegħda twaqqafni milli nitħarreġ, kif ukoll nikkompeti. Ġiet f 'ħin ħażin ħafna għaliex f 'dak iż-żmien kont qed nitħarreġ sabiex nikkwalifika għall-Youth Olympic Trials li saru f 'Baku, Azerbaijan. Għalkemm ikkwalifikajt għal dawn il-logħob, jiena u l-kowċ tiegħi ddeċidejna li jien m'għandix immur minħabba li l-uġigħ fil-hamstring baqgħet tippersisti. Jiena kont vera ddiżapuntata u frustrata b'din id-deċiżjoni iżda kont naf li din kienet l-unika għażla li kelli. Din ma kinitx l-unika kompetizzjoni li kelli nitlef. Dan hekk kif minħabba l-injury ma stajtx nieħu sehem fil-Kampjonati Nazzjonali li huma kompetizzjonijiet importanti ħafna hawn Malta iżda xorta mort nara u nissapportja lil sħabi. Apparti l-istress li kienet qed toħloqli l-injury, is-sena l-oħra kelli l-eżamijiet tal-MATSEC tal-O Levels, jiġifieri dan kien żmien diffiċli ħafna għalija u għadni sa llum ma nafx kif irnexxieli ngħaddi minn dan iż-żmien diffiċli. Jiena u l-kowċ domna xahar naħdmu fuq il-hamstring sabiex insaħħaħha flimkien mal-physio iżda ma kontx għadni konfidenti biżżejjed għaliex kont ilni ma nikkompeti u ma kontx naf f 'liema livell kont qiegħda. Liema kienet l-ewwel kompetizzjoni li ħadt sehem fiha wara li rkuprajt mill-injury? L-ewwel kompetizzjoni tiegħi wara l-injury kienet fi Tbilisi, Georgia għall-European Team Championships fejn ħadt sehem fl-400 metru. Niftakar li kont eċitata ħafna għax sa fl-aħħar kelli ċ-ċans li nikkompeti iżda fl-istess ħin kont qed nibża' għax kont naf li jekk ma mmurx tajjeb kont se niddiżappunta ruħi ħafna. Fi Tbilisi ġejt l-ewwel fil-heat tiegħi u għalkemm kien hemm xi problemi teknoloġiċi fil-ħin kont naf li dakinhar kont ksibt l-aħjar record personali. Din kienet l-isbaħ sorpriża u vera kont ferħana bir- riżultat u bil-mod ta' kif ġrejt. Din l-esperjenza fi Tbilisi għenitni sabiex ma naqtax qalbi u bis- saħħa ta' dan kont aktar konfidenti għal dawk il-kompetizzjonijiet li għad kellhom jiġu wara. Wara din l-esperjenza, tlajt mal-kontinġent Malti għall-FISEC Games li saru fi Vjenna, l-Awstrija. Waqt dawn il-logħob vera ħadt gost għaliex għamilna ħafna ħbieb ġodda ma' atleti minn pajjiżi differenti. Hawnhekk ħadt sehem fl-400 metru fejn irbaħt medalja tad- deheb u tal-fidda fil-200 metru. Ftit wara dawn il-kompetizzjonijiet kelli l-unur li nirrappreżenta lil Malta fil-World Junior Championships li saru f 'Oregon, Eugene. Din kienet esperjenza mill-isbaħ għaliex iltqajt ma' ħafna atleti ta' klassi għolja. Kont sodisfatta ħafna bl-eżekuzzjoni tat-tellieqa u kien l-aħjar mod ta' kif stajt nagħlaq l-istaġun tiegħi tal-2014. Meta nħares lura fuq is-sena l-oħra, inħossni kburija ħafna li għandi nies bħall-kowċ tiegħi, Zeljko Aras, li tant jieħu paċenzja bija u bħal ommi li jagħtuni l-appoġġ u ma ħallewnix naqta' qalbi. Kif qed tħares lejn is-sena 2015 u x'se tkun qed tirrapreżenta għalik? Din is-sena hija sena importanti ħafna għall-atletika f 'Malta għaliex għadni kemm irritornajt mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-Iżlanda, fejn irbaħt il-fidda fl-400m, waqt li ftit tal-ġimgħat oħra se nkun impenjata fil- European Team Championships. Jiena flimkien mal-kowċ qiegħda naħdem sabiex nikkwalifika għal dawn il-logħob kif ukoll xi kompetizzjonijiet internazzjonli oħrajn. F'Lulju li ġej, għandi l-unur li nirrappreżenta lil Malta fil- European Youth Olympic Festival f 'Baku u allura qiegħda naħdem sabiex immur tajjeb hemmhekk ukoll. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti għas-suċċessi kollha li rnexxielek tikseb għalkemm għadek ta' età relattivament żgħira? Iva, fil-fatt, nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-kowċ tiegħi għall-paċenzja u d-dedikazzjonii tiegħu kif ukoll lill- grupp tat-taħriġ tiegħi li fl-aħħar mill-aħħar huma t-tieni familja tiegħi, tas-sapport li juruni u talli dejjem jimbuttawni sabiex nikseb riżultat aħjar. Nispera li s-sena 2015 tkun mimlija suċċessi u riżultati tajbin! SPORTSillum Meta nħares lura lejn is-sena l-oħra, inħossni kburija ħafna li għandi nies bħall- kowċ tiegħi, Zeljko Aras, li tant jieħu paċenzja bija u bħal ommi li jagħtuni l-appoġġ u ma ħallewnix naqta' qalbi Minn meta kont għadni żgħira kont inħobb nieħu sehem f 'diversi attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-isport iżda qatt m'għaddhietli minn rasi li xi darba kont se nibda nitħarreġ fl-atletika bis-serjetà Futur mill-isbaħ fl-atletika Cristian Antony Muscat Janet Richard – atleta żagħżugħa li bir-riżultati mill-aqwa li rnexxielha tikseb s'issa, m'hemmx dubju li għandha futur mill-isbaħ quddiemha -atletika. Għadha kemm irritornat mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar - Iżlanda, fejn rebħet medalja tal-dda -400m.