Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019
30 illum Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 SPORTSillum Chris Bonett maħtur president ġdid tal-Inter Club Malta NHAR il-Ġimgħa 5 ta Ġunju 2015 l-Inter Club Malta żamm il-Laqgħa Ġenerali Annwali tiegħu ġewwa l-bini tal-club f 'Santa Venera. Din il- laqgħa, li kellha attendenza sabiħa, rat il-bidla fil- Presidenza tal-Inter Club Malta fejn wara 21 sena ta' tmexxija, John Zammit, iddeċieda li ma jerġax jikkontesta għall-kariga fil-kumitat. Il-president il-ġdid tal- Inter Club Malta huwa Chris Bonett, avukat ta' 33 sena li fil-kumitat preċedenti kien iservi bħala Viċi President. Bonett huwa rinomat għall-involviment tiegħu fil-logħba tal-futbol, fejn bħalissa qiegħed iservi bħala Viċi President tal- Assoċjazzjoni Maltija tal- Futbol. F'kelmtejn tal-okkażjoni s-Sur John Zammit irringrazzja lil kull minn ħadem miegħu fil-kumitat u lil dawk kollha li x'mod jew ieħor għinu lill-klabb biex jibqa għaddej, iżda l-aħħar u mhux l-inqqas lill-membri leali ta' Inter Club Malta. Huwa elenka bi pjaċir avvenimenti sbieħ li seħħew waqt il-presidenza tiegħu fosthom il-bini tal- klabb f 'Santa Venera, li llum huwa proprjetà assoluta tal-membri tal-Inter Club Malta, il-ftuħ uffiċjali tal- klabb mill-eks president ta' FC Internazionale, il-mibki Giacinto Facchetti fl-2002 u l-avveniment li permezz tiegħu f 'Lulju ta' 2011 l-Inter Club Malta kien irnexxielu jġib il-tazzi mirbuħa mit- tim ta' Inter matul l-istaġun storiku 2009/10. Zammit temm id-diskors tiegħu billi awgura lill-kumitat il-ġdid ħeġġa u entużjażmu għal dan il-klabb. Wara, waqt l-elezzjoni għall-ħatra tal-kumitat ġdid għas-sentejn li ġejjin, ġie elett bħala president il-ġdid tal-Inter Club Malta l-avukat Chris Bonett. Fl-ewwel indirizz tiegħu lill-membri il-President il- ġdid Bonett, irringrazzja lil John Zammit għax xogħol u suċċessi li għamel tul dan iż- żmien ta' presidenza tiegħu. Huwa ħeġġeġ lill-Interisti kollha Maltin jingħaqdu mal-Inter Club Malta peress li kienu ġejjin żminijiet eċitanti għall-klabb, fejn filwaqt li t-tajjeb ħafna li sar fiż-żmien John Zammit ser jiġi preservat, ser isiru numru ta' kambjamenti immirati biex jieħdu l-klabb 'il quddiem. Waħda mill-affarijiet li ħabbar il-president il-ġdid kienet li mill-bidu tal-istaġun 2015/16 il-membri ser ikunu jistgħu jiġu jaraw il-logħob kollu tal-Inter ġewwa l-klabb b'xejn. Bonett fakkar mill-ġdid lill-membri sabiex jattendu bi ħġarhom għall-attivitajiet li ser jorganizza l-klabb waqt iż-żjara tal-eks plejer tal-Inter Nicola Berti, b'mod partikolari l-ikla li ser issir ġewwa l-Grand Hotel Excelsior nhar is-Sibt 20 ta' Ġunju u l-attività għall- membri li ser issir ġewwa l-Inter Club Malta il-Ħadd 21 ta' Ġunju filgħodu, u ħeġġeġ lil dawk preżenti sabiex jikkuntattjaw lill- klabb għall-biljetti. Fl-aħħar tad-diskors tiegħu Bonett ippropona mozzjoni, li ġiet issekondata mill-ambaxxatur Anthony De Bono, biex John Zammit isir president onorarju tal-Inter Club Malta, liema mozzjoni ġiet approvata unanimament mill-membri preżenti. John Zammit jippreżenta memento lil Chris Bonett hekk kif dan ħa t-tmexxija tal-Inter Club Malta bħala President Xavi Hernandez itemm il-karriera tiegħu ma' Barcelona fil-quċċata tal-Ewropa M'HEMMX dubju li Xavi Hernandez se jibqa' jiftakar b'mod speċjali l-finali tal- UEFA Champions League ta' nhar is-Sibt 6 ta' Ġunju, hekk kif din kienet propju l-aħħar logħba tiegħu ma' Barcelona, wara li nistgħu ngħidu li rebaħ kull unur li għandu x'joffri l-futbol, ma' dan it-tim mimli stilel. Dan hekk kif huwa rebaħ xejn inqas minn 25 trofew fis-17-il staġun li dam jilgħab mal-Katalani. Wara li nhar is-Sibt 6 ta' Ġunju, Barcelona għelbu lil Juventus fil-finali tal-UEFA Champions League, din kienet ir-raba' UEFA Champions League li kien qed jirbaħ fil-karriera mill-aqwa tiegħu fil-futbol. Skont sieħbu l-plejer ta' Barcelona, Andres Iniesta, Xavi Hernandez, huwa tabilħaqq il-midfielder numru 1 fid-dinja. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn dan l-istaġun ta' Barcelona, jista' jagħti l-każ li l-impatt ta' Xavi fit-tim immexxi minn Luis Enrique kien wieħed ftit inqas evidenti minn dak tas-soltu. Dan hekk kif il-kowċ Luis Enrique pprova jnissel demm ġdid fit-tim tiegħu, fost oħrajn bi plejers bħal mhu l-internazzjonali Kroat, Ivan Rakitic, li kellu staġun mill- aqwa, li ġie nkurunat bl-aħjar mod possibli, bl-ewwel gowl mit-tlieta fil-finali kontra Juventus, wara biss erba' minuti logħob. Barra minn hekk matul dan l-istaġun, Barcelona, saħħew iktar l-attakk tagħhom bit- trio tal-meravilji kompost minn Lionel Messi, Neymar u Luis Suarez, li tefa' xi ftit id-dipartiment ta' nofs il- grawnd. Madankollu, xorta waħda ma rridu nneħħu xejn mill- mertu ta' Xavi Hernandez, li bl-esperjenza unika li jippossjedi, m'hemmx dubju li xpruna lit-tim tiegħu biex jikseb it-Triplete, matul dan l-istaġun. Intant, f 'kummenti li għadda lill-media sportiva, Andres Iniesta, tkellem ukoll fuq il-plejer internazzjonali ta' Juventus, Andrea Pirlo, fejn huwa saħaq li bħal Xavi Hernandez, dan fl-opinjoni tiegħu, ikun jinsab fl-ogħla postijiet tal-gradwatorja f 'dak li għandu x'jaqsam mal-aqwa plejers ta' nofs il-grawnd li pproduċa l-futbol mondjali f 'dawn l-aħħar snin. Intant, qed jingħad li minn staġun ieħor, huwa jista' jkun qed ifittex li jibda avventura ġdida fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti, ma' New York Giants. Xavi Hernandez jifraħ bil-kbir wara li rebaħ ir-raba' UEFA Champions League fil-karriera tiegħu fil- finali ta' nhar is-Sibt 6 ta' Ġunju kontra Juventus