Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 | illum 33 SPORTSillum NĦAR is-Sibt 30 ta' Mejju, l-Assoċjażżjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat l-aħħar attività tal-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2014/15. Tmiem l-istaġun 2014-2015 ġie organizzat fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f 'Ta' Qali, bis-sessjonijiet Autocross, Motocross u Trials. Għal din l-aħħar attività ħadu sehem 48 kompetitur. Intant, ħarsa lejn il-ġurnata fejn kmieni wara nofsinhar bdiet l-attività tat-Trials. Ġiet organizzata s-seba' u l-aħħar tiġrija fejn għal darb'oħra fi Klassi A, Damon Bonello fuq mutur Gas Gas iddomina l-ġurnata u spiċċa għalaq il-kompetizzjoni bl-inqas punti ta' penalità – b'26 punt. Damon kien segwit minn Robert Caruana li spiċċa fit- tieni post fuq mutur Gas Gas b'41 punt ta' penalità waqt li fit-tielet post daħal Rowen Bonello fuq mutur Beta b'45 punt ta' penalità. Fi Klassi B rajna lil Joseph Scicluna jiddomina l-klassi u rebaħ il-ġurnata bi 38 punt ta' penalità. It-tieni post intrebaħ minn Manuel Camilleri li għalaq il-ġurnata b'62 punt waqt li fit-tielet post spiċċa Ian Scicluna li spiċċa l-ġurnata b'76 punt ta' penalità. Is- sewwieqa f 'din il-klassi kollha kkompetew fuq muturi Gas Gas. Ħarsa lejn x'ġara fis-Sezzjoni Motocross. Fi Klassi A rajna taqtigħa bejn Trevor Muscat fuq mutur Honda u Clayton Camilleri fuq KTM. Matul iż-żewġ heats tal- ġurnata Camilleri rnexxielu jirbaħ l-ewwel heat filwaqt li Muscat spiċċa biex rebaħ it-tieni post, tant li dawn spiċċaw il-ġurnata l-istess punteġġ - dak ta' 52 punt kull wieħed. Muscat spiċċa biex ħa l-Podium tal-ġurnata segwit minn Camilleri. Fit-tielet post spiċċa Paul Muscat fuq mutur KTM li għalaq il-ġurnata 45 punt filwaqt li fir-raba' post daħal Edward Ciantar fuq Kawasaki b'39 punt. Fil-Motocross Klassi B rajna lil Ludvick Muscat fuq mutur KTM li ddomina l-Klassi tiegħu fejn rebaħ iż-żewġ heats tal-ġurnata. Muscat spiċċa fl-ewwel post b'50 punt segwit minn sewwieq Għawdxi, Adam Sultana, fuq muturi Kawasaki li spiċċa fit-tieni post b'49 punt. Il-klassifika kompliet fejn fit- tielet post daħal Robert Spiteri fuq Yamaħa filwaqt li fir-raba post spiċċa Charles Borg fuq Honda. L-attività kompliet fejn għal ħabta tat-8pm, l-ASMK, bdiet it-tigrijiet bis-Sezzjoni Autocross fejn ipparteċipaw diversi kategoriji fosthom Autocross Modified, Autocross Standard u Autocross Over 51. L-attenzjoni kollha kienet fuq l-Autocross Modified fejn kien għadu kollox indeċiż min kien ser ikun qed iggor in-numru wieħed fl-istagun li jmiss billi jirbaħ il-Kampjonat Nazzjonali Autocross Modified. Matul din l-attività rajna r-ritorn ta' eks champion, Patrick Cassar, fuq Opel Corsa li ddomina il-heats kollha tal-ġurnata. Sfortunatament, Cassar, ma setax jieħu seħem fil-finali Klassi A minħabba klawsola fir-regolamenti li ma tippermettix li sewwieq jikkompeti fil-finali Klassi A jekk ma jkunx ikkompeta f 'erba attivitajiet matul l-istagun. Cassar rebaħ il- Klassi B fejn wera sewqan spettakolari. Għaldaqstant, fil- finali Klassi A, ikkwalifikaw Philip Joe Vella fuq Opel Corsa, Christian Galea fuq Fiat Ritmo, Joseph Micallef fuq Opel Corsa, Christian Apap fuq Ford Fiesta, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u Matthew Borg fuq Vauxhall Nova. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Galea jagħmel ħrug tajjeb flimkien ma' Vella, b'Galea jieħu t-tmun segwit viċin minn Vella u Micallef. L-attenzjoni marret fuq l-aħħar tliet pożizzjonijiet fejn Apap kien segwit min Borg u Grech. Matul din il-finali rajna li Borg jagħmel pressjoni fuq Apap u kien biss ftit qabel it-tmiem tal-finali li Borg irnexxilu jissupera lil Apap. Ir-riżultat finali spiċċa b'Galea jirbaħ il-finali segwit minn Vella u Micallef. Fir-raba' post spiċċa Borg segwiet minn Apap fil-ħames post. Għall-finali ta' Klassi B, ikkwalifikaw Patrick Cassar fuq Opel Corsa, Matthew Galea u Ġużi Pace - it-tnejn fuq Ford Escort, Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa, Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift u Mario Tabone fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta din il-finali rajna lil Cassar jisraq l-ewwel pożizzjoni segwit minn Pace u Galea. L-attenzjoni kienet fuq Tabone li kien qed jagħmel pressjoni fuq Pace sakemm Tabone spiċċa jirbaħ pożiżjoni u jingħata warning mir-referee tal-ġurnata fuq azzjoni anti-sportiva. It-tiġrija kompliet fejn Birmigham avvanza matul din il-finali wara li Galea rtira mit-tiġrija. B'hekk il-finali spiċċat b'Cassar jirbaħ b'vantaġġ sostanzjali segwit minn Birmingham u Tabone. Fir- raba' post daħal Pace segwit minn Camilleri fil-ħames post. Riżultati oħra fejn l-Autocross Klassi Standard spiċċa rebbieħ Deane Farrugia fuq Citroen AX segwit min Salvu Miċallef fuq Volkswagen Polo. Fit-tielet post spiċċa Traydon Bailey fuq Ford Ka. Fil-Klassi Autoċross Driver 'Over 51' kienet iddominat min Joe Falżon fuq Vauxhall Nova segwit fit-tieni post minn Michael Galea fuq Ford Escort. Fit-tielet post spiċċa Leli Pisani fuq Volkswagen Polo. L-Assoċjażżjoni ħabbret iċ-champions tal-Kampjonati ASMK Pasta Poiatti 2014/15 li huma s-segwenti: Kampjonat Nazzjonali • Autocross - Rebbieħ Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Runner–up Philip Joe Vella fuq Opel Corsa. Kampjonat Nazzjonali • Motoċross - Rebbieħ Clayton Camilleri fuq mutur KTM, Runner–up Edward Ċiantar fuq muturi Kawasaki. Kampjonat Nazzjonali • Enduro - Rebbieħ James Zahra fuq mutur Yamaha, Runner–up Matthew Gauci fuq mutur KTM Kampjonat Nazzjonali • Trials - Rebbieħ Damon Bonello fuq mutur Gas Gas, Runner–up Robert Caruana fuq mutur Gas Gas. Nagħtu ħarsa lejn klassifiċi oħrajn fejn fl-Autocross Klassi B rebaħ Godwin Martin fuq Opel Ċorsa segwiet minn Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa. Fl-Autocross Standard rebaħ Deane Farrugia fuq Citroen AX segwiet minn Salvu Micallef fuq Volkswagen Polo. Fl-Autocross Gozo rebaħ Domenic Zammit fuq Alfa Sud segwit minn Joseph Agius fuq Ford Fiesta. Fil-Motocross Klassi B rebaħ Ludvic Muscat fuq mutur KTM segwit minn Adam Sultana fuq mutur Kawasaki. Fit-Trials Klassi B rebaħ Josepħ Sċiċluna fuq mutur Gas Gas segwit minn Manuel Camilleri fuq mutur Gas Gas. L-Assoċjazzjoni xtaqet tieħu l-okkażjoni biex tawgura lir-rebbieħa kollħa f 'dan l-istaġun u tirringrażżja lill- parteċipanti kollha li ħadu seħem matul dan l-istagun. Matul dan ix-xahar ta' Ġunju, l-amministrazzjoni tal-ASMK, mistennija tikkonċentra fuq il- konferenza tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Muturi FIM tal-Ewropa li se tiġi organizzata f 'Malta mill- ASMK. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku tal-Assoċjażżjoni www.asmk.org.mt jew fuq is-sit soċjali Facebook bil- pagni 'A.S.M.K. Malta' jew 'Assoċjażżjoni Sport Muturi u Karożżi' jew permeżż ta' email fuq info@asmk.org.mt L-ASMK ittemm b'suċċess l-istaġun 2014/2015 Trevor Muscat fuq Honda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015