Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 | illum 3 IXSHADOW Minister tal- Ġustizzja, d-Demokrazija u d-Drittijiet taċ-Ċittadin Jason Azzopardi qal li hemm numru ta' mistoqsijiet li wieħed għandu jistaqsi dwar il-każ ta' Gaffarena. Mitlub jikkummenta mill- ġurnalist ta' Maltatoday Tim Diacono dwar dawn il-mistoqsijiet, Azzopardi qal li wieħed bir-raġun jistaqsi għalfejn ingħataw dawn il-propjetajiet u l-prezz li bih ingħataw hekk kif huwa stat ta' fatt li dawn jiswew ferm iżjed. Staqsa wkoll għaliex intgħażel dan is-sit fi triq iz-Zekka u għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li tittieħed kwart minn din il- propjetà. Kompla jistaqsi x'użu se jkollu dan il-bini u jekk b'din id-deċiżjoni hux se jinħoloq preċedent. Jason Azzopardi kompla jistaqsi jekk issa l-kunsilli lokali hux se jesiġu li l-bini tagħhom li jinsabu fih b'kera hux se jintalab li wkoll jiġi esproprjat. Kompla jgħid "Huwa evidenti li f 'dan l-iskandlu hemm ħmieġ kbir, u għalhekk ma teżisti l-ebda għażla oħra ħlief li tintrefa' r-responsabbiltà politika." Azzopardi nsista li dan l-iskandlu ma jistax jgħaddi mingħajr ma tintrefa' r-responsabbiltà politika. "Skont dak li ammetta Michael Falzon innifsu, kien hu li ffirma għal din il-ħanżirata. Huwa ċar li l-proċess kien ivvizjat mill-bidu tant li ttieħdet id-deċiżjoni politika li jiġi esproprjat kwart tal- proprjetà fi Triq iz-Zekka, u li minnu mhux qed tgawdi l-komunità. Joseph Muscat u Michael Falzon għandhom jerfgħu r-responsabbiltà politika". Jason Azzopardi qal li tant kemm l-affarijiet f 'dan l-iskandlu nħadmu b'mod premeditat, li huwa ovvju li dan l-iskandlu għandu riħa tinten ta' korruzzjoni. "Għandek l-uffiċjali f 'Kastilja jduru ma' Gaffarena fid- Dipartiment tal-Artijiet, kumbinazzjoni Gaffarena xtara t-tieni kwart tal-binja fi Triq iz-Zekka ftit ġimgħat qabel esproprjaha l-Gvern, l-artijiet li ngħataw lill-Gaffarena huma magħżula apposta, Michael Falzon iffirma l-proċess kollu. Dawn mhux kumbinazzjonijiet u għalhekk għandha tintrefa' r-responsabbilità politika." Min-naħa tagħha x-Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli fakkret kif il- Gvern ta' Joseph Muscat biddel id-diska kemm-il darba f 'dawn l-aħħar ġimgħatejn. "L-ewwel reazzjoni ta' Joseph Muscat u Michael Falzon kienet li huma ma kienux involuti f 'dan l-iskandlu u li m'għandiex għalfejn issir investigazzjoni għax ma kien hemm ebda att kriminali biex isir profit. Wara li komplew joħorġu aktar intriċċi ta' dan l-iskandlu, l-Gvern dawwar id-diska." Portelli żiedet tgħid li wara li l-Oppożizzjoni talbet lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga l-iskandlu, l-Gvern ħareġ jgħid li jrid issir inkjesta interna dwar x'ġara u ma ġarax. "Jiġifieri minn verżjoni ta' fejn ma jridux li ssir investigazzjoni, issa l-Gvern għażel li ssir inkjesta interna. Infakkar f 'dak li qal id-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela xahrejn ilu, jiġifieri li l-Partit Laburista lest jagħmel in-nies sinjuri bil- moħbi." L-iskandlu ta' Triq iz-Zekka . . . %5($.7,0( 0,11;2*+/,-,(77$ 7:$44,*+-(:7+$)),5 Ǧ̵̵ǦǦȋȌǡǦư ̵¾ǦǙȋȌǦϐǙǙǦǦ ϐ¾Ǧ¾ǦǦǙ ǦơǦǦ̵ ǦǦȋǦͳͷǯ ǚǦ͵Ͳǯǡ ʹͲͳͷȌǡǦ¾̵¾¾ϐ¾ ̵̵ǙǙǤ Ǧ¾¾ǦǦ ǦǦǡǤǤǤǤ ¾̵¾ϐ̵¾¾Ǚ ǙǙǦǦʹʹͻʹ͹͸Ͳͺȋ¾ǦϐǙǙȌ ͻͻ͸͵͹ͷͲͺȋǦ¾ǦϐǙǙȌǤ Ǧ̹¾ǦĂǦǦǡ Ǥ 0,1,6758*ƪ$775$632578/,1)5$67587785$ /8)),ƚƚ-8':$5,55(*2/$0(177$/%,1, /$:725,7$ 7$ 0$/7$*ƫ$7785,Ī08 L-artijiet li ngħataw lil Gaffarena jiswew ferm iżjed milli ddikjarat – Jason Azzopardi Jason Azzopardi ILMEMBRU Parlamentari Laburista Marlene Mizzi qalet li l-fatt li l-ministri jridu l-approvazzjoni tal-Prim Ministru qabel jagħtu kumment jew intervista qed ibiddel lill-membri tal-Kabinett f 'pupazzi mmexxija minn spaga. Dan qalitu fuq il-programm Għandi xi ngħid, fuq Radju Malta waqt intervista ma' Andrew Azzopardi. Dan hekk kif skont il-Kodiċi ta' Etika rivedut, il-Ministri jridu l-approvazzjoni tal-Uffiċju tal-Prim Ministri qabel jagħtu intervista jew xi kummenti. "M'hemmx aħjar milli tħallihom joffru l-ideat tagħhom u jiddibattuhom. Iżda int qed tgħid lill- ministri li għalxejn li jkollhom moħħ u jużawh għax iridu jgħaddu kull idea mill-uffiċċju tiegħek. U dan ifisser li hu l-uffiċċju tal-Prim Ministru li jiddeċiedi meta u kif l-istqarrija ta' ministru trid toħroġ. Id-differenza tkun li jkun hemm ministri li jiġu mpinġija bħala inkompetenti u oħrajn li huma kompetenti wisq," sostniet. Farrugia tkellmet ukoll dwar kif il-gvern jista' jkun li qed jitlef ħafna mill-appoġġ li kellu, fejn semmiet il-fatt li Gaffarena akkwista €1.6 miljun bin- negozju li għamel fi Triq Zekka - "Il-kelma hemm barra hi li wasal iż-żmien li jitħallas id-dejn - dawn l-iskandli qed jiġġeneraw dan it-tip ta' kummenti mingħand il-poplu - nispera li l-gvern jikkonvinċi lill- poplu li dan mhux minnu," kompliet tgħid Farrugia. Farrugia li diġà qalet li mhux fi ħsiebha toħroġ għall-elezzjoni li jmiss, fejn qalet ukoll li mhux se titlaq mill-Partit Laburista. Sostniet li kellha saqajha sodi fiċ-ċentru xellugi tal- partit u ddefendiet l-kritika li qed tagħmel lill-partit tagħha bħala li qed tkun xewka – sabiex tippreveni li l-gvern ma jidħakx bil- poplu."Fi tliet snin il-poplu se jikkonsidra jekk ġiex imqarraq mill-gvern jew le." Il-ministri qed jitbiddlu f 'pupazzi – Marlene Farrugia Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015