Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019
Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 | illum 25 Il-MEPA tappoġġja l-Assemblea tal-Istudenti Ewropej tal-Arkitettura Il-MEPA iffirmat ftehim ta' sponsorship mal-Fondazzjoni Maltija EASA li f 'Awwissu li ġej ser tospita ġewwa Malta l-Assemblea tal-Istudenti Ewropej tal-Arkitettura. EASA huwa avveniment annwali li jiġbor flimkien 500 student tal-arkitettura b'talenti kbar minn kull parti tal-Ewropa sabiex jindirizzaw kwistjonijiet li qed issaqqaf wiċċha magħhom il-professjoni kif ukoll l-ambjent mibni u dak mhux mibni. Matul il-ġimagħtejn intensivi, il- parteċipanti ser ikunu involuti u ser jieħdu sehem f 'diversi esebizzjonijiet, avvenimenti, lekċers u workshops varjati. L-avveniment, li ser jinżamm fil-Foss tal- Belt Valletta, jimmira li joħloq aktar għarfien dwar il-fortifikazzjonijiet impressjonanti u s-sistema ta' mini li jaqsmu l-Foss tal-Belt. Il-pubbliku ser ikun mistieden ukoll sabiex jara s-sit u jattendi għal numru ta' taħdidiet u dibattiti miftuħa b'xejn mogħtija minn professjonisti ta' fama dinjija bħal Antonio Belvedere, Carlo Ratti, Indira Van't Klooster u Philippe Prost fil-Pjazza Teatru Rjal. Il-Kap Eżekuttiv tal-MEPA, is-Sur Johann Buttiġieġ qal, "l-awtorità qed tappoġġja bi sħiħ dan l-avveniment internazzjonali għax temmen li l-periti tagħna tal-futur għandhom jingħataw kull opportunita' biex jikkultivaw spirtu kreattiv għal disinn innovattiv u l-użu ta' materjali alternattivi." Din is-sena, l-parteċipanti ser ikunu jistgħu jirreġistraw fi kwalunkwe wieħed mill- 35 workshop differenti li ser isiru fl-istess ħin waqt dan l-avveniment. Il-workshops magħżula kienu ntgħażlu wara li rappreżentanti tal- Fondazzjoni Maltija tal-EASA evalwaw 'l fuq minn 130 proposta li kienu sottomessi kemm minn parteċipanti lokali kif ukoll minn dawk barranin. Il-workshops huma estremament varji u ser jesponu l-parteċipanti għall- proġetti ta' skala, teknoloġija, ambjenta u mezzi diversi. Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Maltija tal-EASA, il-Perit Karl Ebejer, qal "il-Fondazzjoni Maltija EASA u l-komunità EASA kollha kemm hi ħerqana u tapprezza li qed taħdem id f 'id mal-MEPA fuq dan l-avveniment. Nemmnu bi sħiħ li flimkien nistgħu nelevaw il-kwalità u s-sustanza ta' dan l-avveniment internazzjonali biex ikun jista' jħalli impatt dejjiemi fuq is-sit, speċjalment għall- preparamenti tal-Belt Kapitali tal-Kultura 2018." KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG IL-MITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. IL-MITA HIJA L-AKBAR ENTITÀ TAL-ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ IL-POTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI L-IMPJIEG TIEGĦEK MAL-MITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. SOFTWARE DEVELOPER ETC PERMIT: 14/2015 Il-kandidati magħżula ser ikunu qed jaħdmu f 'ambjent ta' xogħol dinamiku ukat fuq li jbiddel l-operat ħdan il-Gvern permezz ta' soluzzjonijiet tekniċi tal-aqwa kwalita. Għaldaqstant, il-kandidati ser ikunu esposti għal sezzjonijiet dierenti -operat tal-Gvern u permezz ta' dan se jiżviluppaw jew jimplimentaw/jappoġjaw soluzzjonijiet li jittrasformaw il-mod ta' kif jopera il-Gvern għall-beneċċju taċ-ċittadini. Il-kandidati magħżula jrid ikollhom wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ta' kwaliċi l-qasam tal-ICT u/jew esperjenzi relatati meħtieġa: i) Grad akkademiku (livell tal-MQF ta' 6 jew ogħla), f 'liema każ esperjenza preċedenti mhijiex neċessarja; JEW ii) Diploma (livell tal-MQF ta' 5) imkien ma' sena esperjenza ; JEW iii) Diploma (livell tal-MQF ta' 4) imkien ma' sentejn esperjenza JEW iv) tlett snin esperjenza. Preferenza tingħata lil kandidati li għandhom ġabra ta' ħiliet kurrenti -ICT, li jinkludu business analysis jew immudellar intraprenditorjali, għaren ta' mudelli ta' disinn, kif ukoll l-abbiltà li jiżviluppaw u jimplimentaw jew isostnu soluzzjonijiet permezz tal-aktar teknoloġiji avvanzati. Għal aktar dettalji żur: www.mita.gov.mt/careers Ibgħat C.V. dettaljat, imkien ma' ittra, kopji taċ-ċertikati u ismijiet ta' żewġ referenzi inkluż l-indirizz elettroniku tagħhom sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 24th June 2015 indirizzat lil: careers.mita@gov.mt Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda HMR 9010 Il-kandidat/a magħżul/ha ser jiorma parti minn tim u jipprovdi assistenza lill-Istrateġija Nazzjonali Digital Malta, l-Istrateġija tal-MITA, kif ukoll il-MITA Innovation Hub. Ir-Rwol jinvolvi l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' inizjattivi, ko-ordinazzjoni u kumpilazzjoni ta' rapporti perjodiċi strateġiċi u operazzjonali, kif ukoll l-organizzazzjoni ta' inizjattivi kompetittivi tal-Innovation Hub u attivitajiet oħra relatati. Ir-Rwol jeħtieġ persuna estroversa, li kapaċi titkellem mal-partijiet interessati kollha u għandu/ha l-enerġija li twettaq inizjattivi varji. Il-Kandidati eliġibbli għandu jkollhom wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ta' kwaliċi u esperjenza -oqsma tal-Business / ICT: i) Degree (MQF Livell 6 jew iktar); jew ii) Diploma (MQF Livell 5) u sena esperjenza relatata; jew iii) Diploma (MQF Livell 4) u sentejn esperjenza relatata. EXECUTIVE ETC PERMIT: 114/2015 SOLUTIONS ARCHITECT (SOFTWARE) ETC PERMIT: 34/2015 Din il-pożizzjoni tinsab t-tim tal-Identity Management. Is-Solutions Architect huwa responsabbli mid-disinn, implimentazzjoni u integrazzjoni ta' soluzzjonijiet kumplessi tat-teknoloġija tal-informatika, lwaqt li jassigura li s-soluzzjonijiet jinżammu kurrenti ma' standards industrijali u bżonnijiet tas-suq. Il-persuna magħżula ser tkun mistennija li jkollha rxa ta' abbiltajiet tekniċi relatati mas-Software Development Lifecylce, għaren ogħli ta' Solutions Architecture, information security u metodi u standards ta' awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni moderni. Il-kandidat ideali għandu jkollu għaren tekniku ogħli imkien mal-abbilta li jbiddel bżonnijiet tal-business f 'soluzzjonijiet teknologici integrati u eċjenti. Il-Kandidati eliġibbli għandu jkollhom waħda minn dawn ir-rekwiżiti ta' kwaliċi akkademiċi u/jew esperjenza relatata mat-teknologija tal-informatika: i) Kwalika (MQF Livell 7) u sentejn esperjenz; JEW ii) Kwalika (MQF Livell 6) u erba' snin esperjenza; JEW iii) Tmien snin esperjenza TECHNICAL SERVICES OFFICER ETC PERMIT: 117/2015 Il-MITA tixtieq timpjega Technical Services Ocer s-Service Call Centre kif ukoll l-Control Centre. It-Technical Services Ocer l-Control Centre irid jagħmel xogħol ta' moniteraġġ u jagħti support fuq is-servizzi tal-informatika u l-infrastruttura tal-Gvern biex jiżgura provvista ta' servizz eċċellenti 24x7x52, lwaqt li s-Service Call Centre irid j/tori servizz ta' kwalità għolja lill-klijenti billi j/tagħmel użu minn għodda maniġerjali biex j/tagħmel dijanjosi ta' inċidenti u j/tagħti feedback lill-klijenti. Il-kandidati magħżula jrid ikollhom għaren f 'numru ta' oqsma li jinkludu Local Area Networks, Operating System, Desktop Technology u j/tintegra ruħu mal-klijenti tal-MITA. Il-kandidati magħżula jrid ikollhom wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ta' kwaliċi u/jew esperjenzi meħtieġa l-qasam tal-ICT: i) Grad akkademiku (livell tal-MQF ta' 6 jew ogħla), f 'liema każ esperjenza preċedenti mhijiex neċessarja; JEW ii) Diploma (livell tal-MQF ta' 5) imkien ma' sena esperjenza; JEW iii) Diploma (livell tal-MQF ta' 4) imkien ma' sentejn esperjenza; JEW iv) tlett snin esperjenza. Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd Studenti li għadhom kif spiċċaw l-istudji akkademiċi jistgħu jkunu oruti mpjieg sakemm ikunu f 'pożizzjoni li jipprovdu r-riżultati nali qabel jibdew l-impjieg tagħhom. Il-kandidati huma mitluba li jissottomettu ċ-ċertikati ekwivalenti għal MQF jew Diploma oħra li mhux imniżlha d-database tal-NCFHE.