Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 Il-moda tal-ismijiet differenti u ġodda… "Skużani, rrepetili waħda x'jismek" CHRISTA BOFFA CLEAVAGE, Farag, Aula, Rodent, Jack Daniels, Ourlittle Princess – huma biss ftit mill-prodotti tal-imħuħ kreattivi u avantgardisti ta' ġenituri li jridu li isem binhom jew binthom żgur ma jkunx l-istess bħal ta' xi ħadd ieħor fil-klassi. Illum il-ġurnata, li tagħti dawn l-ismijiet lit-tfal sar wieħed popolari – fenomenu li sar forsi anke jkexkex lill- għalliema hekk kif żdidilhom inkwiet ieħor ma' dawk li diġà għandhom – kif jippronunċjaw dawn l-ismijiet ġodda, u kif ħa jiftakruhom. F'Malta l-liġi tippermetti li prattikament il-ġenituri jsemmgħu lill-uliedhom dak li jridu, fejn il-liġi tippermetti wkoll li min iħoss li għal xi raġuni jew oħra jrid ibiddel ismu, jista' jieħu azzjoni quddiem il-liġi, li tinkludi wkoll li l-persuna tbiddel isimha għal dak l-isem li ta' spiss jirreferu għalih jew għaliha. Fuq kollox, mal-approvazzjoni ta' dawn il-bidliet, il-persuna tkun tista' tbiddel ukoll isimha fuq dokumenti legali bħalma huma ċertifikati tat-twelid u taż-żwieġ – u b'hekk donnha tħassar darba għal dejjem il-memorja tal-isem li tħoss li m'għandhiex ikollha, u li forsi wkoll kienet vittma ta' bullying ħabba fih. Kien dan fil-fatt il-punt li qajjem l-awtur Malti Trevor Zahra fuq il-profil tiegħu fuq Facebook. Meta tkellimna ma' Zahra, dan qalilna li ddeċieda li jgħaddi dan il-kumment "dwar l-ismijiet li ċerti ġenituri qed jagħti lil uliedhom, għax inħoss li dan huwa abbuż fuq it-tfal. Bl-isem redikolu li l-ġenturi tagħhom ikunu sallbuhom bih, it-tfal jistgħu jkunu esposti għal ibbuljar u sens ta' mistħija. Jeżistu pajjiżi li fihom isir kontroll fuq l-ismijiet li jagħżlu l-ġenituri. Hemm pajjiżi fejn l-istat joħroġ lista uffiċjali ta' ismijiet aċċettabbli, waqt li hemm oħrajn li jitolbu lill-ġenituri jissottomettu l-isem magħżul u wara jinħarġilhom permess. Iżda jiena nħoss li f 'pajjiżna, qabel xejn, jeħtieġ isir studju serju biex nippruvaw nidentifikaw mnejn ġejja l-problema u kif l-aħjar niffaċċjawha. Jidhirli li għandhom jiġu kkonsultati l-entitajiet kollha li jaħdmu fil- qasam tad-drittijiet tat-tfal, fuq quddiem nett il-Kummissarjat tat-Tfal. Jiena jinteressanti l-aktar mhux x'sistema nistgħu nadottaw (dak inħallih f 'idejn l-awtoritajiet kompetenti), imma li niddeċiedu li ma nħallux aktar tfal jiġu esposti għar-redikolaġni." Zahra fil-fatt kien qed jirreferi għal liġijiet li hemm fis-seħħ f 'pajjiżi bħad-Danimarka, fejn fiha tingħata lista ta' 7,000 isem li wieħed jista' jagħżel għal uliedu. Jekk l-isem li tixtieq mhux parti minnha, mela l-ewwel irid jgħaddi minn taħt idejn l-uffiċjali tal-gvern. L-istess tip ta' liġi qegħda fis- seħħ fl-Ungerija, fl-Iżlanda u fil-Portugall. Fil-Ġermanja l-ismijiet iridu jgħaddu minn taħt idejn l-uffiċju tar-reġistrazzjoni, fejn jaraw li l-isem jindika s-sess tat-tarbija, kif ukoll li ma jkunx xi isem ta' xi prodott jew inkella kunjom. Fuq kollox jaraw li t-tarbija ma tkunx tista' ssofri minħabba dan l-isem li ngħatat. Ovvjament, din mhux l-aktar liġi perfetta – hekk kif l-ismijiet u l-konnotazzjonijiet jinbidlu maż-żmien. Staqsi lil Isis – li sa ftit snin ilu kienet alla Eġizzjana, u issa spiċċat grupp terroristiku li ma jgħaddix jum li ma nisimgħux bih fuq l-aħbarijiet. Illum saret popolari li t-tfal jingħataw ismijiet mhux tas-soltu u di erenti ACCESS TO EMPLOYMENT – REMOVING BARRIERS TO EMPLOYMENT – We think you'll like what's coming, because we've changed the rules and made it easier than ever before to qualify for Employment Aid: You open your job doors to those who are more challenged and we will pay you a subsidy of €85 per week per new recruit for 26 weeks or for 52 weeks or for 104 weeks, or a subsidy of €125 per week for as many as 156 weeks in the case of registered disabled persons. Contact us on telephone number 2220 1399 or email address a2e.etc@gov.mt GRANTS TO PROMOTE NEW EMPLOYMENT FOR REGISTERED DISABLED PERSONS: AS FROM 1ST JUNE, 2015. FOR OTHER GROUPS: COMING SOON www.etc.gov.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015