Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019
Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 | illum 7 Id-demm ta' kulħadd għandu l-istess kulur u l-istess valur – Mario Grech "TRID tkun bla demm biex tisma' lkarba ta min qiegħed jilgħabha mal- mewt u tibqa' passiv." Dawn huma l-kliem tal- Isqof t'Għawdex Mario Grech f 'ċirkulari li ħareġ biex tinqara fil-knejjes tad- djoċesi tiegħu. Grech fakkar kif illum l-14 ta' Ġunju, d-dinja kollha qed tiċċelebra l-Jum Dinji tad- Donaturi tad-Demm. "Dan il-Jum ifakkarna fil-ġest kbir u sabiħ ta' ħafna nies li, imqanqlin mill-imħabba lejn l-oħrajn, regolarment jagħtu ddemm. Hu ġest żgħir ta' ftit ħin, imma li jista' jsalva ħajja ta' persuna." L-Isqof Grech ikompli jgħid li l-ħajja tal-lum spiss ma tħalliniex naħsbu biżżejjed fuq dak li jkun qed jiġri madwarna. "Għad li meta niġu bżonn, nistennew li nsibu s-servizzi kollha tas-saħħa li neħtieġu, ftit nirriflettu kemm persuni kuljum, minħabba raġunijiet diversi ta' saħħa, fl- isptarijiet tagħna jingħataw id-demm. Forsi rridu ngħaddu minnu aħna jew xi ħadd mill-familjari tagħna biex nindunaw kemm hu bżonnjuż u prezzjuż iddemm! Id-demm ma jinxtarax. Id-demm ma fihx prezz. Il-ħtieġa tad-demm għall-kura tal-morda ma tonqos qatt. Anzi, it-tobba u l-infermiera jgħidulna li d-domanda dejjem tiżdied." Żied jgħid li quddiem din il-ħtieġa kontinwa, ma nistgħux inkunu indifferenti. "Diversi Missirijiet tal-Knisja għallmuna li jekk ma naqsmux il-ġid tagħna mal- oħrajn, inkunu qisna qed nisirqu jew nheddu l-ħajja ta' min ikun fil-bżonn. Bl-għoti tad-demm tagħna nkunu qed nagħtu l-ħajja lil min għandu saħħtu fil- periklu." L-Isqof t'Għawdex saħaq li aktar ma' toktor u tissaħħaħ id-drawwa li persuni jagħtu d-demm, aktar inkunu qed nibnu kultura ta' ġenerożità u altruwiżmu. "Meta nagħtu d-demm inkunu qed nagħtu lilna nfusna lill-oħrajn; inkunu qed nifirxu aktar l-ispirtu ta' solidarjetà, partikularment ma' min hu marid u dgħajjef; inkunu qed ninsġu sens qawwi ta' fraternità u nirrikonoxxu li aħna l-bnedmin ilkoll demm wieħed – id-demm ta' kulħadd għandu l-istess kulur u l-istess valur." Waqt li sellem lil dawk li b'mod regolari jmorru jagħtu ddemm ħeġġeġ oħrajn, speċjalment żgħażagħ, biex jagħmlu l-qalb u ma jibqgħux lura milli jinvestu mħabbithom fil-bank tad-demm. Proġett ta' rijabilitazzjoni tal-fkieren "ILFATT li llum eNGO ewlenija bħan-Nature Trust u kumpanija fuq quddiem fil-qasam tal-eGaming bħal Mr Green qed jingħaqdu flimkien għall-proġett ta' rijabilitazzjoni tal-fkieren, jibgħat sinjal ċar u qawwi li l-Gvern, il-volontarjat u s-settur privat speċjalment meta jaħdmu id f 'id għandhom jgħinu f 'mod dirett il-biodiversita ġewwa pajjiżna." Dan qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat waqt attività ġewwa Xrobb l-Għaġin fejn għaliha kien hemm preżenti l-Kap Eżekuttiv tan-Nature Trust, l-Kap Eżekuttiv ta' Mr Green flimkien ma' ħaddiema oħra mill-kumpanija Mr Green. Brincat faħħar lill- kumpanija Mr Green li ser ikunu qed jagħtu €10,000 fis-sena lin-Nature Trust bħala appoġġ finanzjarju għall- proġett ta' rijabilitazzjoni tal-fkieren, filwaqt li ħa jkunu qegħdin nappoġġjaw ukoll il-kampanja 'Adopt a Turtle'. Qal li din hija turija ċara ta' impenn qawwi ta' responsabbiltà soċjali korporattiva. Filwaqt li radd ħajr lin- Nature Trust għall-konsistenza fil-ħidma kontinwa tagħhom, il-Ministru Brincat wera l-apprezzament tiegħu u tal- Gvern għall-azzjoni konkreta minn kumpanija protagonista fis-settur korporattiv kemm bħala sponsor kif ukoll bħala sieħba pro-attiva. l-Isqof Grech iżur id-donazzjoni tad-demm fl-isptar Se jingħataw €10,0000 fis-sena għar-rijabilitazzjoni tal-fkieren