Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019
18 illum | Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 I lu ħafna fit-triq li mir- Raħal Ġdid tagħti għal Ħaż-Żabbar (dik li darba kienet imżejna b'żewġ ringieli siġar li xi ħadd iddeċieda li jkun aħjar jekk jitqaċċtu) kien hemm graffit ma' ħajt li kien miżbugħ griż: CREAM. Il-CREAM tal-graffit kien akronimu għal Cash Rules Everything Around Me. Dawk li qegħdin jappoġġjaw il-proposta li jinbena kampus ta' università fuq medda art mhux mimsusa u li suppost m'għandhiex tintmess qegħdin jargumentaw li dan il-kampus se jġib miegħu eluf ta' ewro, jew kif konna ngħidu dari, il-belli liri. Dik hija n-narrattiva li ddominat id-diskors favur dan il-kampus. Hija narrattiva antika li sfortunatament ir- riżultat tagħha huwa l-ġungla tal-konkrit li tellajna tul is-snin mingħajr ebda konsiderazzjoni oħra għajr iċ-ċifri li suppost għolew ħafna. Ironikament minbarra dawn iċ-ċifri għadhom jitfaċċaw oħrajn li jindikaw li hawn familji li għadhom jgħixu f 'livell ta' għajxien baxx. Lil dawn il- konkrit ma tahom xejn. Din in-narrattiva teskludi wkoll kull konsiderazzjoni tas-saħħa ta' dawk li għad iridu jitwieldu, u meta ngħid saħħa m'iniex infisser biss dik tal-ġisem imma anki dik psikoloġika. Il-filosofija dominanti – jekk mhux ukoll l-unika – hija dik li niġġeneraw il-ġid finanzjarju li ħadd m'huwa ċert li eventwalment se jitqassam b'mod ekwu bejn kulħadd. Hija n-narrattiva tal- ġid materjali u xejn aktar. Hija wkoll narrattiva li toħloq l-ironija. Filwaqt li qegħdin nittamaw li l-isfreġju tal-art se jwassal biex xi bwiet jitħaxxnu (u nittamaw li fost dawn il-bwiet ikun hemm tagħna personali) jiġu dawk il-mumenti ta' nostalġija meta konna nħarsu madwarna u konna naraw xenarji differenti minn dawk li hemm illum. Pereżempju ninnota li meta xi nies itellgħu fuq il-media soċjali ritratti ta' Malta 'tal-antik' u ħafna jippruvaw jaqtgħu liema huwa dak il-lokal li llum m'għadux jingħaraf, il-kummenti tan- nies, invarjabbilment, ikunu mimlijin nostalġija u ħlewwa għal 'meta konna aħjar meta konna agħar'. Jiġifieri, xi mkien fil-fond nett ta' moħħna, nirrealizzaw li l-pajjiż mingħajr il-mostrożitajiet tal-konkrit kien isbaħ. Nifhem li wieħed jista' jargumenta li dan huwa sentimentaliżmu li attwalment ma jwassal għal imkien: akkuża li min jaf kemm poeti kellhom jaffaċjaw. U qiegħed insemmi lill-poeti għaliex kienu huma, iva huma, l-ewwel ambjentalisti li esprimew id-diżappunt tagħhom għall-mod kif raw lil Malta tinbidel fiżikament. Imma aħna ngħixu f 'era meta l-poeti ħadd ma jeħodhom bis-serjetà, tant li ħadd ma jaqrahom. Bil-poeżija ma niklux, bil-liri iva. Issa dan l-argument ma jgħoddx biss għall-mod kif konna u għadna qegħdin nikkonkritizzaw lill-gżira. Nieħdu eżempju mil-logħba tal-futbol, xi darba msejħa l-logħba s-sabiħa. Meta wieħed jara s-salarji assurdi tal-istilel tal-ballun, il-perkaċċi eżorbitanti li dawn jirċievu mqar għax xi ħadd jġbdilhom ritratt u jwaħħlu ma' tabella, biex ma nsemmux l-intriċċi u l-kumplotti li jfakkruna fl-għerf tax-xjuħ Maltin li kienu jsostnu li l-ħuta minn rasha tinten, tibda tassew iġġib quddiem għajnejk dak il-graffit fuq ħajt fi Triq Ħaż- Żabbar. Cash Rules Everything Around Me. Anki dwar dan hemm ħafna nostalġija għal meta l-logħba tal-ballun kienet appuntu logħba li kienet tqajjem emozzjonijiet kbar u li kienet segwita għal dawn l-emozzjonijiet u mhux għal ħwejjeġ oħrajn. Ftit tal-jiem ilu l-awtur Umberto Eco rċieva honoris causa mill-Università ta' Turin. Id-diskors li għamel waqt iċ-ċerimonja f 'Turin ħalaq ftit trikki trakki fl-istampa Taljana għaliex fih Eco kkundanna l-media soċjali li skontu qegħdin jagħtu spazju lill-imbeċilli (kelma tiegħu) li jparlaw bl-addoċċ u fil-vojt. Eco għadda kumment iebes meta argumenta li l-media soċjali qegħdin jinkoraġġixxu u jippropagaw kultura psewdodemokratika li fiha l-imbeċilli għandu l-istess aċċess u l-istess importanza daqs l-akbar premju nobel. Il-kontroversja li qajjem Eco ħraxet għaliex kien hemm min argumenta li anki l-imbeċilli għandhom dritt sagrosant li jesprimu rwieħhom. M'għandix dubju li aħrax kemm hu aħrax dan l-argument, ħafna, imqar fil-fond ta' qalbhom, jaqblu miegħu. Anki hawn niddiżgustaw irwieħna bil- livell baxx ta' diskors li tara fil-kummentarji taħt l-aħbarijiet fil-portali tal-gazzetti tagħna. U mhumiex biss l-ideat li jiġu espressi li qegħdin jiddiżgustaw lil ħafna, imma anki l-lingwaġġ u l-lingwa użati. Diffiċli tinnega l-faqar lingwistiku ta' dawn il-kummenti. Xorta naħseb li kulħadd għandu d-dritt, imbeċilli jew professur, jesprimi ruħu. Il-veru inkwiet, iżda, huwa l-faqar ta' ideat u espressjoni ta' min jikteb u jtella' l-artikli nfushom. Jekk lesti nittolleraw lill-imbeċilli juża lingwa limitata, żgur li m'għandniex nagħmlu l-istess lil min jikteb l-artikli. L-iżbalji ortografiċi u grammatikali m'huma xejn ħdejn il-limitazzjonijiet serji fl-ideat u fl-espressjoni tagħhom. Biex nieħdu eżempju, kemm se ndumu nirreferu għall-immigranti Afrikani bħala 's-suwed'? Kemm se ndumu ma nifhmu li bħalma l-jeans li tilbes kuljum ma jmurx għal riċeviment ta' tieġ, hemm lingwaġġ tat-triq li ma jixraqx għall-kitba? Kemm se ndumu ma nifhmu li l-istazzjon nazzjonali, fil-produzzjonijiet tiegħu fuq l-internet inklużi, għandu jkun xempju ta' espressjoni erudita u li mhuwiex aċċettabbli li fuq il-portal tiegħu taqra sentenza bħal "Ix-xhieda qalu li f 'ħin bla waqt ir-raġel iswed tilifha..."? Kif nistgħu nippretendu li l-imbeċilli jiktbu aħjar meta dawk li suppost huma professjonisti fil-qasam huma imbeċilli daqshom? CREAM L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Ipokrezija Ambjentali Michael Camilleri Birkirkara ILLIBERTÀ tal-espressjoni u d-drittijiet demokratiċi f 'kull qasam tal-ħajja, qatt ma kienu fil-livell għoli li laħqu taħt il- Gvern Laburista tal-lum. L-iskrutinju nazzjonali fuq il-proposta tal-proġett tal- Università Amerikana (AUM) f 'Wied il-Għajn, huwa l-iżjed esperjenza riċenti ta' din il- libertà wiesgħa fi stat tal-aqwa livell demokratiku. Fil-proċess qegħdin jieħdu sehem partiti politiċi, għaqdiet ambjentali, il- Knisja u diversi NGOs oħra. L-iżjed turija ta' oġġezzjoni kontra dak l-iżvilupp saret forma ta' protesta organizzata mill-PN fuq il-post. F'dik l-attività prinċipali kien hemm il-preżenza ta' MP popolari tal- Gvern stess, waqt li ġiet innotata l-assenza ta' persuni magħrufa u anke n-nuqqas ta' partit politiku, li kienu mistennija li jattendu. Id-deputata Laburista Marlene Farrugia attendiet u esprimiet dispjaċir għaż-żoni ODZ li nbnew mill-gvernijiet fil-passat, u appellat b'ħerqa biex l-AUM titla' f 'sit alternattiv fl-istess reġjun. Kien rappurtat li l-Prim Ministru għaraf dak id-dritt demokratiku espress mid- deputata Laburista. Din kienet l-isbaħ turija tad-demokrazija li ssaltan fil-PL, li jifhem l-awtokritika u jipproteġi fi ħdanu lill-membri tiegħu li jikkritikawh. Godfrey Farrugia kien MP Laburista ieħor li wera opinjoni kuntrarja għall-bini f 'żoni ODZ, tant li qal li "l-PN għandu jitlob maħfra għal ħafna sagrileġġi ambjentali li wettaq meta kien fil-gvern." Infatti Farrugia ma attendiex għall-protesa, u qal li ma jopponix l-iżvilupp, imma biss ma jridx li jsir kollu f 'ODZ. Għal mistoqsijiet ripetuti tal- ġurnalisti, wera tama u nsista li se jinstab post ta' kompromess għall-proġett. Il-proposta ta' dan il-proġett tat opportunità lill-partit AD biex applika l-libertà tal-espressjoni tal-partiti politiċi b'mod intelliġenti. Bħalma dejjem għamel, il-partit ikkundanna bla riżervi l-bini f 'żoni ODZ, imma ma pparteċipax fil-protesta organizzata mill-PN. Anzi meta mistoqsi mill-ġurnalisti, l-kelliem tiegħu, il-Perit Cacopardo qal li l-AD ma tiħux parti f 'dik l-attività u enfasizza li hu ma jikkampanjax ma' min huwa ipokrita." Minbarra li jikkomplimenta l-appell ta' Godfrey Farrugia dwar "is-sagrileġġi ambjentali tal-PN," dan il-kliem iebes tas- Sur Cacopardo jpoġġi lill-PN fl-iżbarra mal-passat ambjentali maħmuġ ta' gverniijiet Nazzjonalisti. Allura fl-attività tal-PN fiż-Żonqor ħareġ element ta' intenzjoni mħallta kontra l-bini fl-ODZ ta' Wied il-Għajn, fid-dawl tad-disponibbilità tal-gvern demokratiku għall- proposti ta' sit ta' kompromess fl-istess reġjun. Dakinhar ġiet ukoll konfermata realtà ta' settur imdaqqas tal-poplu preokkupat mill-atitudni ipokrita tal-PN li jilgħab bil-politika amjbjentali skont l-eżiġenzi partiġġjani tiegħu. Agħar milli ħammġu l-ambjent b'inpuritajiet kimiċi u tossiċi u bini illegali, tal-PN qegħdin inittnuh iżjed bil- politika ambjentali ipokrita preżenti tagħhom. IMMANUEL MIFSUD L-awtur Umberto Eco argumenta li l-media soċjali tagħti spazju lill- "imbeċilli" jparlaw fil-vojt